Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13346 u ċjoè: Wara li saru diversi serqiet f'Ta' Xbiex, xi familji residenti fi blokki tal-housing ftiehmu li jagħmlu CCTV cameras għas-sigurtà tar-residenti u peress li issa tal-Housing qegħdin javżawhom biex ineħħuhom, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan huwiex minnu? Jekk iva, jista’ jgħid għalfejn, peress li dawn qegħdin isiru fuq ġewwa u bi ftehim bejn ir-residenti? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex minnu li r-residenti ingħatalhom ultimatum sakemm għandhom ineħħu tali cameras li installaw huma stess?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li r-residenti tal-lokalità msemmija fl-ebda mument ma’ talbu u/jew ingħataw awtoriżazzjoni mill-Awtorità tad-Djar sabiex jinstallaw CCTV cameras fil-blokka tagħhom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14188 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu jekk student li jkun qed jieħu l-istipendju u li jaħdem part-time, jiġi mwaqqaf mix-xogħol minħabba l-COVID 19, u mhuwiex intitolat għal għajnuna kif għandhom kollegi li kellhom l-istess xogħol u tilfuh, però mhumiex studenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14045.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu jekk student li jkun qed jieħu l-istipendju u li jaħdem part-time, jiġi mwaqqaf mix-xogħol minħabba l-COVID 19, u mhuwiex intitolat għal għajnuna kif għandhom kollegi li kellhom l-istess xogħol u tilfuh, però mhumiex studenti?
COVID 19 — Pensjonanti part-time li tilfu l-impjieg
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu jekk pensjonant li jaħdem part-time u jiġi mwaqqaf minħabba l-COVID 19, mhuwiex intotalat għall-ebda għajnuna kif għandhom kollegi li kellhom l-istess xogħol u tilfuh, peress li huma pensjonanti?
Minkejja d-diversi talbiet, minħabba l-COVID-19, jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Gvern ma ipprovda l-ebda deferral għat-taxxi fuq id-dħul ta' self employed part-time, li hija ta' 15% u trid tinġabar sal-aħħar ta' April 2020?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taxxa dovuta fuq id-dħul tul il-perjodu stipulat tal-Covid-19 għal kull taxpayer li kien in regola tista' tiġi deferred. Tant hu hekk li ma ġew imposti l-ebda penali u interessi fuq il-pagamenti li ma sarux fiż-żmien stipulat li kellha titħallas it-taxxa dovuta.
Minkejja d-diversi talbiet minħabba l-COVID-19, jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Gvern ma ipprovda l-ebda deferral għat-taxxi fuq id-dħul mill-kirjiet, li hija ta' 15% u trid tinġabar sal-aħħar ta' April 2020?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li d-diferiment ta’ ħlas tat-taxxi huwa fuq dħul minn impjieg pinċipali.
Minħabba l-kriżi tal-COVID-19, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux jilqa' tali talba dwar is-self employed, u jipprovdi deferral fuq it-taxxa tad-dħul tal-2019, li għandha tinġabar sat-30 ta' Ġunju, 2020?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taxxa dovuta fuq id-dħul tul il-perjodu stipulat tal-Covid-19 għal kull taxpayer li kien in regola tista' tiġi deferred.
COVID-19 Korp tal-Pulizija – sigħat flessibbli jew shift għal koppji li għandhom it-tfal
Question
Jista' l-Ministru jagħti garanzija lill-koppji li jaħdmu mal-Korp tal-Pulizija u li għandhom it-tfal, biex dawn jaħdmu sigħat flessibli jew shifts fejn dawn il-koppji ma jaħdmux fl-istess sigħat sabiex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb it-tfal waqt li wieħed/waħda minnhom tkun xogħol?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kull fejn l-esiġenzi tas-Servizz jippermettu speċjalment f’dawn iż-żminijiet, kull fejn hu possibbli koppji li huma membri fil-Korp u li għandhom it-tfal, jingħataw il-possibilità li jibdlu x-xiftijiet tax-xogħol tagħhom meta dawn ikunu f’ħinijiet identiċi, u b’hekk xi ħadd minnhom ikun jista’ jieħu ħsieb it-tfal. L-istess ġenituri għandhom il-faċilità li jagħmlu użu minn child care provdut mill-istat, kif ukoll jistgħu jagħtu l-leave tagħhom lil xulxin.
Wara li saru diversi serqiet f'Ta' Xbiex, xi familji residenti fi blokki tal-housing ftiehmu li jagħmlu CCTV cameras għas-Sigurtà tar-Residenti u peress li issa tal-Housing qegħdin javżawhom biex ineħħuhom, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan huwiex minnu? Jekk iva, jista’ jgħid għalfejn, peress li dawn qegħdin isiru fuq ġewwa u bi ftehim bejn ir-residenti?
Skejjel Sekondarji – lezzjonijiet bażiċi ta’ First Aid u CPR
Question
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jdaħħal fil-curriculum tal-iskejjel sekondarji lezzjonijiet bażiċi ta' First Aid u CPR?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-prinċipji ewlenin tas-Saħħa u s-Sigurtà, flimkien mal-prinċipji tal-First Aid, huma parti mis-sillabi tas-suġġetti vokazzjonali, mgħallma fl-iskejjel sekondarji;
Agribusiness, Engineering Technology, Fashion and Textiles, Hairdressing and Beauty, Health and Social Care, Hospitality, Information Technology, Media Literacy Education u Retail.
L-istudenti jitgħallmu dwar;
· Perikli
· Riskji u prinċipji ta’ Risk Assessments
· Apparat protettiv personali
· Numri ta’ emerġenza
· Is-sikurezza fl-ambjenti tax-xogħol, inkluż is-sinjali
· Leġiżlazzjoni bażika dwar is-saħħa u s-sikurezza u l-obbligi legali
· Miżuri preventivi
· Kontenut tal-Kaxxi tal-Ewwel Għajnuna
· Għarfien bażiku dwar korrimenti magħżula, bħal ħruq, qtugħ, xokk elettriku, eċċ.
· Sigurtà tan-Nar
Barra minn hekk, l-istudenti kollha tas-Sena 10 fi skejjel statali u mhux statali, li qed jistudjaw is-Saħħa u l-Kura Soċjali, huma mistiedna jattendu għal Kors tal-First Aid u huma pprovduti b’ċertifikat sħiħ maħruġ minn fornitur kompetenti, bħas-Salib l-Aħmar, skont min ikun qed jipprovdi l-kors. Dan il-kors huwa pprovdut bla ħlas għall-istudenti kollha
Kull sena, madwar 200 student mis-setturi kollha se jattendu għal dan il-Kors tal-Ewwel Għajnuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il bank hawn li preżentament qiegħed taħt kontroll ta’ amministratur appuntat mill-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzarji (MFSA)? Liema huma dawn il-banek? Meta ġie appuntat l-amministratur rispettivament? Jista’ jgħid min hu/liema ditta qed taqdi dmirha ta’ amministratur appuntat mill-MFSA għal kull bank rispettivament? Kemm tħallas kull amministatur separatament sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
2
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm tlett banek li huma immexxija minn Persuna Kompetenti appuntata mill-MFSA skond l-Att Dwar il-Kummerc Bankarju:
1. Nemea Bank plc
§ Persuna Kompetenti: PWC Malta
§ Appuntat fis-26 ta’ April 2016
2. Pilatus Bank plc
§ Persuna Kompetenti: Sur Lawrence Connell
§ Appuntat fis-26 ta’ Marzu 2018
3. Satabank plc
§ Persuna Kompetenti: Ernst and Young Limited
§ Appuntat fl-24 ta’ Ottubru 2018
L-aħħar parti tal-Mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba għax hija nformazzjoni ta’ natura kummerċjali.
Ta’ Qali — Malta Parks - tibdil tal-kundizzjonijiet tal-ħaddiema li jaħdmu bix-shift
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-ħaddiema tal-Malta Parks (Ambjent Malta) li jaħdmu Ta' Qali u li qegħdin bix-shift, se jinbidlulhom il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, b'tali mod li ma jibqgħux fuq bażi ta' shift?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s’issa m’hemmx pjanijiet li jsir tibdil tal-kundizzjonijiet tal-ħaddiema li jaħdmu bix-shift.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex iċ-Childcare Centres għadhom ma tħallsux għax-xahar ta' Settembru (il-pagamenti li suppost kellhom jirċievu fl-ewwel ġimgħa ta' Ottubru)?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk huwiex minnu li t-tliet social workers u żewġ occupational therapists li bħalissa huma fuq bażi full-time fl-Isptar Monte Karmeli, però jibbenefikaw minn għaxar sigħat fil-ġimgħa teleworking, għaż-żamma tal-bilanċ aħjar bejn il-familja u x-xogħol, jekk hemm xi pjani li l-għaxar sigħat fil-ġimgħa teleworking, jiġux ridotti għal ħames sigħat fil-ġimgħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għas-Saħħa jagħraf l-importanza ta’ work - life balance favorevoli u għalhekk jappoġġja kull inizzjattiva li waqt li tiżgura l-effiċjenza u l-kontinwita’ tas-servizz mediku, ittejjeb dan il-bilanċ. Fil-każ tal-professjonisti msemmija ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet mar-rappreżentanti tagħhom sabiex waqt li jinżammu l-mizuri tal-teleworking, ikun żgurat illi r-riżorsi u l-esperjenza tagħhom ikunu użati fl-aħjar mod fl-interess tal-pazjenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mit-taxxa miġbura fuq il-kirjiet tal-proprjetà, mill-2008 ’l hawn, maqsuma sena b'sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Is-sistema tat-TA24 bdiet mis-sena bażi 2014 għaldaqstant ma tezistix informazzjoni qabel din id-data. Il-valur li jidher fl-2018 huwa temporanju peress li jinkludi biss pagamenti mill-1 ta’ Jannar s’issa.
Jista’ l-Ministru jimplimenta s-sistema tad-drenaġġ fi Sqaq Ħofra, Ħal Għargħur? Jista’ jgħid meta mistenni li din issir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tista’ testendi l-infrastruttura tad-drenaġġ ġewwa Sqaq il-Ħofra għal 67 metru u dan għaliex iktar tul jista’ jikkomprometti l-integrita’ tal-istrutturi proprjeta’ ta’ terzi persuni fuq dan l-isqaq.
L-isqaq huwa wisq dejjaq għat-tħaffir li jrid isir sabiex tiġi nstallata l-infrastruttura tad-drenaġġ itwal. Għaldaqstant il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tikkoordina ma’ entitajiet oħra biex tistabilixxi meta u jekk hux ser isir dan ix-xogħol.
Ta’ Xbiex – Triq Augustus Bartolo u Triq Antonio Nani – bdil fid-direzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq Augustus Bartolo u Triq Antonio Nani, it-tnejn f'Ta' Xbiex, għadhom ma biddlux id-direzzjoni tat-traffiku għal kif kienu qabel ma beda l-Proġett tal-Kappara, skont kif kien miftiehem mal-Kunsill Lokali Ta' Xbiex u kif ġie mwiegħed lir-residenti tal-istess lokalità?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill Onorevoli interpellant li dawn it-toroq (Ta’ Xbiex – Triq Augustus Bartolo u Triq Antonio Nani) mistennija tinbidlilhom id-direzzjoni tagħhom għal kif kienet qabel ma nbeda l-proġett tal-Kappara, hekk kif kien miftiehem mal-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex.
Transport Malta qegħda f’kuntatt mal-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex sabiex dan ix-xogħol isir malajr kemm jista’ jkun.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji qegħdin jintgħażlu t-toroq li qed isir xogħol fuqhom f'Ta' Xbiex, peress li hemm toroq li huma ferm aktar urġenti? Jista' jgħid għalfejn ma saritx konsultazzjoni mal-Kunsill fuq l-għażla tat-toroq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni jidher li qed tirrikonoxxi li l-investiment bla preċedent li dan il-Gvern qed iwettaq sabiex intejbu l-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna m’huwiex ħela ta’ flus iżda investiment meħtieġ “b’urġenza”. Nilqgħu din il-bidla fil-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni dwar din il-ħidma wara li sa ftit tax-xhur ilu l-istess Oppożizzjoni kienet tisħaq li m’għandniex bżonn investiment fit-toroq għaliex m’għandniex ħofor fit-toroq f’pajjiżna.
Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti minn dan l-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, qed jiġu ppjanati b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Fl-istess waqt, dan ix-xahar tħabbret it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Aktar toroq li ser jinbnew mill-ġdid fil-bidu tas-sena d-dieħla jitħabbru fix-xhur li ġejjin.
L-investiment tal-Gvern f’dawn it-toroq residenzjali m’huwiex sempliċiment xogħol ta’ manutenzjoni izda l-bini mill-ġdid ta’ kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ e¿istenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn. Infrastructure Malta qiegħda tikkonsulta u tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Fil-fatt, ix-xogħlijiet fil-31 triq li nbdew fil-ġimgħat li għaddew jinkludu t-tqegħid ta’ 32 kilometru ta’ pajpijiet ġodda tal-ilma, cables tal-elettriku u trinek għas-servizzi tal-Internet u t-telekomunikazzjoni.
Wara li tikkonsulta lill-kunsilli lokali u entitajiet oħrajn konċernati, wara li tagħmel spezzjonijiet tekniċi u wara li tqis ukoll talbiet għall-għajnuna minn ħafna residenti, Infrastructure Malta qed tiddetermina liema toroq residenjzali għandhom jingħataw prijorità biex jinbnew mill-ġdid billi tikkunsidra l-istat preżenti tagħhom u fatturi oħrajn, bħall-konnessjonijiet ta’ triq ma’ toroq jew inħawi oħrajn fil-lokalità kif ukoll il-frekwenza ta’ kemm jintużaw. Fit-tfassil tal-għażla tat-toroq li jkunu se jsiru f’kull lokalità, l-aġenzija qed tqis ukoll fattur importanti bħalma huma attivitajiet li jistgħu jintlaqtu ħażin bix-xogħlijiet, fosthom toroq li jinsabu f’¿oni turistiċi jew viċin ta’ skejjel.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' toroq li hu mistenni li jagħmel, jew jagħmel manutenzjoni fuqhom f'Ta' Xbiex? Jista' jindika l-programm ta' kif qed jagħmel dan ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, qed jiġu ppjanati b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Fl-istess waqt, dan ix-xahar tħabbret it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Dawn iż-żewġ kuntratti ta’ xogħlijiet li qed isiru diġa jew se jibdew fix-xhur li ġejjin, jinkludu l-bini mill-ġdid, jew għall-ewwel darba, ta’ diversi toroq f’kull lokalità f’Malta. Aktar toroq li ser jinbnew mill-ġdid fil-bidu tas-sena d-dieħla jitħabbru fix-xhur li ġejjin.
L-investiment tal-Gvern f’dawn it-toroq residenzjali m’huwiex sempliċiment xogħol ta’ manutenzjoni izda l-bini mill-ġdid ta’ kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn. Infrastructure Malta qiegħda tikkonsulta u tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Fil-fatt, ix-xogħlijiet fil-31 triq li nbdew fil-ġimgħat li għaddew jinkludu t-tqegħid ta’ 32 kilometru ta’ pajpijiet ġodda tal-ilma, cables tal-elettriku u trinek għas-servizzi tal-Internet u t-telekomunikazzjoni.
Il-bini mill-ġdid tal-120 triq inklużi fl-ewwel sejħa għall-offerti beda fil-ġimgħat li għaddew bl-ewwel 31 triq. Ix-xogħol qed javvanza b’ritmu tajjeb, kif ippjanat, b’uħud mit-toroq diġa bdew jitlestew. Malli jlestu l-ewwel 31 triq, il-kuntratturi li qed jaħdmu fihom jibdew minnufih xogħlijiet f’toroq residenzjali oħrajn mill-lista ta’ 120. Hekk se jibqa’ jsir sakemm jitlestew it-toroq kollha. Malli jlestu triq, il-kuntratturi huma marbutin li jibdew mill-ewwel ix-xogħlijiet fi triq residenzjali oħra skont it-termini tal-kuntratt. Jekk ikun hemm dewmien mhux ġustifikat, il-kuntratturi jeħlu l-penali applikabbli.
It-toroq inklużi fl-ewwel żewġ sejħiet għall-offerti ġew ippubblikati meta ħarġu dawn l-istess sejħiet. Infrastructure Malta ser tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji qegħdin jintgħażlu t-toroq li qed isir xogħol fuqhom fis-Swieqi? Jista' jgħid għalfejn ma saritx konsultazzjoni mal-Kunsill fuq l-għażla tat-toroq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9060 tal-istess Seduta.