Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #20050 Sitting 447 2021-04-13 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem Għawdex – proġett tal-Learning Hub

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett imħabbar fl-2017 mill-Gvern fejn il-Learning Hub ġewwa Għajnsielem Għawdex kellu jiġi estiż biex ikun hemm aktar spazju għas-servizzi offruti minn dak il-post? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Gvern kera l-binja tal-Learning Hub?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #20051 Sitting 447 2021-04-13 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ċerimonja tal-inawgurazzjoni tar-restawr tal-Mitħna tax-Xewkija

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19038, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bi break down tal-ispiża taċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tar-restawr tal-Mitħna tax-Xewkija u kif ukoll b'indikazzjoni lil min saru l-ħlasijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #20052 Sitting 447 2021-04-13 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17801, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-direct orders mogħtija mill-Ministeru tiegħu tul l-2020 bħala informazzjoni mitluba minnu kif jistabbilixxu r-rulings tal-Ispeaker tal-istess Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #20053 Sitting 447 2021-04-13 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Triq ta’ Għajn Damma – wiċċ ġdid

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17800, jista’ l-Ministru jwieġeb u jagħti l-informazzjoni aktar speċifika u konkreta dwar jekk hux se tingħata wiċċ ġdid lit-triq ta' Għajn Damma li mix-Xagħra twassal lejn Marsalforn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid mat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 17800.
Leg 13 PQ #20054 Sitting 447 2021-04-13 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Pjazza San Franġisk – funtana

Question

B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 19423 u 14244, jista' l-Ministru jispeċifika l-post fejn il-funtana msemmiha ser terġa’ tiġi nstallata? Jista' jgħid ukoll jekk it-tneħħija tal-funtana minn Pjazza San Franġisk imurx kontra l-ftehim li l-Gvern kellu mas-sidien oriġinali tal-istess funtana?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari numru 19423 u 14244, inżid li sa issa, l-Ministeru għadu qed jara fejn l-aħjar li tiġi installata l-imsemmija funtana.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – servizz ta’ MRI

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Parlament meta fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ser jibda jkun hemm servizz xieraq ta’ MRI?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz tal-MRI f’Għawdex huwa ppjanat u maħsub li jitnieda mat-tlestija tal-bini ta’ sptar akut ġdid.

Sptar Ġenerali t’Għawdex — speċjalisti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Parlament liema speċjalisti qed iservu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fil-mument? Għal kemm ħin fix-xahar qed iservu kull wieħed minn dawn l-ispeċjalisti? Hemm xi restrizzjonijiet fl-għoti tas-servizz minn dawn l-ispeċjalisti minħabba l-pandemija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi hemm 112 speċjalisti/ konsulenti li jservu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex li minnhom 30 jagħtu is-servizzi tagħhom speċifikament f’dan l-isptar biss. Is-servizzi minn dawn l-ispeċjalisti/konsulenti mhux qed jiġi affetwat mill-pandemija tal-Covid-19.

Persuni residenti f’Għawdex li rriżultaw pożittivi għall-varjant Ingliż

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Parlament kemm persuni residenti f'Għawdex irriżultaw pożittivi għall-varjant Ingliż tal-COVID-19 sal-jum li fih titwieġeb din il-mistoqsija Parlamentari? Kemm minnhom fiequ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sat-8 ta’April 2021 kien hemm 1225 persuna residenti f'Għawdex li rriżultat pożittiv għal-COVID-19 li minnhom 32 kienu attivi sad-data msemmija. Ninfurmah ukoll illi ta’ kull ġimgħa qed jittieħed il-genome sequencing minn kampjuni ta’ każijiet pożittivi u huwa smat illi mill-każijiet pożittivi kurrenti 75% huma pożittivi bil-varjant B117.

Persuni residenti f’Għawdex – tilqima tal-COVID-19

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Parlament kemm persuni residenti f'Għawdex ingħataw it-tilqima tal-COVID-19 sal-jum li fih titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-tilqimiet kienu Pfizer u kemm minnhom kienu AstraZeneca?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sat-8 t’April tal-2021, ingħataw 13,306 dożi tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19 lill-persuni residenti f’Għawdex.

Servizz ta’ GU Clinics

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19494, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex mhux il-mediċini kollha relatati mal-Genitourinary jistgħu jingħataw mill-ispiżerija tal-komunità permezz tas-sistema tal-POYC? Jista’ jgħid liema kundizzjonijiet jirrigwardaw dawn il-mediċini?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mediċini li huma fil-formularju jingħataw mill-ispiżeriji tal-komunità kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, permezz tas-sistema tal-POYC. Skont l-Avviż Legali 188 tal-2009, l-Gentiourinary drugs li ma jingħatawx mill-POYC għax ma jaqawx taħt l-iSkeda Ħamsa, l-pazjenti li jattendu l-klinika jew li ġew riferuti lill-klinika, issirilhom preskrizzjoni u jingħataw dawn il-mediċini bla ħlas mill-konsulent, mill-GU Clinic direttament.

HIV – tqassim tal-mediċina minn Għawdex

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Parlament jekk il-mediċina kwantu l-kundizzjoni tal-HIV titqassamx minn Għawdex u jekk iva minn fejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mediċina kwantu l-kundizzjoni tal-HIV titqassam minn Għawdex, mill-ispiżerija tal-isptar.

Persuni li skontaw il-piena – ħruġ ta’ liċenzja bħala operatur fil-qasam tat-trasport

Question

Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament x’qiegħed jagħmel biex persuni li jkunu wettqu reat u skontaw il-piena, jingħataw il-possibilità biex tinħarġilhom xi liċenzja bħala operatur fil-qasam tat-trasport bla ma jkunu mxekkla mill-kondotta passata tagħhom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Foundation for Social Welfare Services – servizzi f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17715 u jelenka s-servizzi li l-Foundation for Social Welfare Services (FSWS) qed toffri ġewwa Għawdex? Jista' jispjega wkoll kemm persuni qed jirċievu kull wieħed minn dawn is-servizzi? Jista' jgħid ukoll kemm hemm persuni f'Għawdex li qed jirċievu xi wieħed mis-servizzi msemmija, maqsuma lokalità b'lokalità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, s-servizzi li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), toffri minn ġewwa Għawdex huma: - Ħidma Soċjali f’aspetti differenti u f’realitajiet differenti tal-ħajja; - Is-servizz Home-Start; - Is-servizz tal-Fostering; - Is-servizz tal-Looked After Children; - Il-Home Based Therapeutic Services; - Servizz ta’ Ħidma Soċjali pprovdut ġewwa l-Isptar Ġenerali t’Għawdex; - Is-servizz ta’ Supervised Access Visits; - L-Emergency On-Call Service; - Servizz ta’ Ħidma Soċjali fil-Kommunita’ ta’ Marsalforn; - Il-Prison Project; u - Il-Programm Preventiv T.F.A.L 3. Minħabba id-diversità tal-mistoqsija u l-ammont tal-informazzjoni mitluba, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li informazzjoni dettaljata dwar is-servizzi kollha imsemmija fuq, kif ukoll in-numru ta’ benefiċċjarji ta’ dawn is-servizzi, tista’ tinkiseb mir-Rapport Annwali għas-sena 2019, dwar il-Gozo Branch Operations tal-FSWS. Koppja ta’ dan ir-rapport qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għajnuna lil single parents li qed irabbu tfal b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament x’għajnuna qed jagħti l-Gvern lill-single parents li qed irabbu tfal b’diżabilità? Jista’ jispjega wkoll jekk in kwantu din l-għajnuna hijiex qed issir distinzjoni bejn ġenituri li jaħdmu u dawk li ma jaħdmux u taħt liema kriterji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fejn jidħlu tfal b’diżabilità ma ssirx distinzjoni abbażi tal-istatus tal-persuna. Għaldaqstant, single parents huma intitolati għall-istess benefiċċji bħal kull ġenitur ieħor, dejjem skont jekk jissodisfawx il-kriterji għall-benefiċċju li wieħed ikun qed japplika għalih. Ġenituri ta’ tfal b’diżabilità, jekk jissodisfaw il-kriterji skont il-Liġi tas-Sigurta’ Soċjali jingħataw id-Disability Children’s Allowance ta’ €25 fil-ġimgħa minbarra l-Allowance tat-Tfal dovut lilhom. Malli it-tfal ikollhom 14 -il sena, fil-każ ta’ tfal b’vista batuta jew 16-il sena f’każ ta’ tfal b’diżabilta’ skont kif elenkat fil-liġi tas-Sigurtà Soċjali, l-Assistenza tinħareġ fuq it-tfal infushom, sintendi fuq l-Amministratur jekk ikun il-każ. Jekk dawn it-tfal, minħabba d-diżabilità tagħhom ma jkunux jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol, dawn jistgħu jikkwalifikaw għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, li tilħaq l-ammont tal-Paga Minima Nazzjonali netta. Minbarra dan kollu, u b’effett mill-bidu ta’ din is-sena, bħala miżura tal-bagit, ġenituri ta’ tfal li jirċievu Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa li ma jkunux f’impjieg u li jkunu jgħixu flimkien mal-persuna b’diżabilità, bdew jingħataw għotja ta’ €300 fis-sena.

Investimenti f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19433 u jispjega lill-Parlament kemm kienu dawk l-investimenti li mill-2013 ‘l hawn rrifjutaw li jiġu Għawdex minħabba n-nuqqas tat-Tieni Fibre Optic Cable? Jista’ jgħid ukoll kemm investimenti wrew interess jew saħansitra ġew Għawdex, proprju għax issa hemm it-Tieni Fibre Optic Cable bejn il-gżejjer?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f`seduta ohra.

Għawdex — Għasri - esproprjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18292 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17795, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Ċentrali għamilx esproprjazzjonijiet fil-lokalità tal-Għasri Għawdex, preċiżament fiż-żona ta' Triq il-Ġdida u Triq il-Qadima li kopji tal-pjanti għalihom qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji, possibbilment anke billi jpoġġi pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f`seduta oħra.

Operaturi tal-ħwienet – tilqima kontra COVID-19

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19634, u peress li l-mistoqsija parlamentari 19572 titkellem fuq materji differenti, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jkun speċifiku u konkret u jagħti l-informazzjoni mitluba lilu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-proċess għadu għaddej u s-sekwenza ta’ tilqim qed issir skont il-pjan maqbul mal-esperti tas-saħħa.

Kunsilli Lokali f’Għawdex – bankini skont l-Access For All Guidelines

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17972 u jinforma lill-Parlament kemm-il bankina għamel kull Kunsill Lokali f'Għawdex tul is-sena 2020? Kemm minn dawn il-bankini saru skont l-Access For All Guidelines? Jekk hemm bankini li ma sarux skont dawn il-guidelines, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Immigranti li ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea li jirrisjedu Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jispejga lill-Parlament kemm immigranti ġejjin minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea huma reġistrati li qed jirrisjedu f’Għawdex? Jista’ jpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra fejn turi: a) Kemm minn dawn huma rġiel, nisa u tfal; b) L-ammont t’immigranti li qed jgħixu f’kull lokalità Għawdxija; u c) Lista tal-pajjiżi tal-oriġni ta’ dawn l-immigranti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkjarifika jekk huwiex qed jirreferi għaċ-ċittadini minn pajjiżi terzi kollha li jirrisjedu f'Għawdex jew inkella benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali li huma residenti f'Għawdex.

Gwardjani lokali f’Għawdex

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19037, jista’ l-Ministru jispjega kemm ħin ta’ servizz joffru l-gwardjani lokali f’kull lokalità f’Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi dan il-ħin lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid ukoll fiex jikkonsisti s-servizz li l-gwardjani lokali jagħtu f’kull lokalità f’Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Uffiċjali jiżguraw preżenza f’kull lokalità, liema ħin ta’ preżenza tvarja skont il-bżonn naturali u momentarju. Dan il-bżonn huwa kontinwament affetwat minn diversi kriterji, fostom aċċidenti stradali, permessi maħruga mill-kunsilli lokali, bżonnijiet oħra mitluba u kkordinati flimkien mal-kunsilli, xogħlijiet u għeluq ta’ toroq, perjodi staġjonali, attivitajiet, kif ukoll sitwazzjonijiet straordinarji. Ninforma wkoll lill-Onor Interpellant ukoll li fil-preżent, numru ta’ Ufficjali tal-Komunità qed jgħinu kontra l-imxija tal-pandemija billi qed jieħdu ħsieb li ta kuljum, jitwassal il-vaċċin fid-djar ta persuni housebound.