Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23013 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – fondi lill-Għaqdiet Volontarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi liema għaqdiet volontarji bbenefikaw minn fondi mqassma mill-Ministeru tiegħu sa mill-bidu tas-sena 2020 sal-jum li fih titwieġeb din id-domanda? Jista' jagħti l-ammont li kull waħda mill-għaqdiet ingħatat? Jista' jispjega wkoll il-proċess tal-għażla applikat biex intgħażlu l-għaqdiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23014 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdxin li jaħdmu Malta — teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi skemi jeżistu biex Għawdxin li jaħdmu f'Malta f'kull settur, jingħataw l-opportunità biex jaħdmu minn Għawdex bit-teleworking? Jekk jeżistu, jista' jispjega kemm ibbenefikaw ħaddiema Għawdxin, sew fis-settur pubbliku u sew f'dak privat, u issa jinsabu jaħdmu bit-teleworking minn Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li 73 il-ħaddiem mis-settur privat ibbenefikaw mill-iskema tat-teleworking.
Leg 13 PQ #23015 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija Għawdex – ċentru tal-NGOs — MoU

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rapprezentanti kopja tal-Memorandum Of Understanding iffirmat ftit żmien ilu kwantu l-amministrazzjoni taċ-ċentru tal-NGOs ġewwa x-Xewkija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hawn kopja tal-Memorandum of Understanding ikkonċernat qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra..
Leg 13 PQ #23016 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – il-Qala – Ċentru tal-ITS

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sal-2021, kemm attendew studenti fiċ-ċentru tal-ITS ġewwa l-Qala Għawdex? Kemm minnhom kienu residenti f'Għawdex? Kemm minnhom temmew il-kors li kienu qed isegwu b'suċċess? Jista' jagħti wkoll lista tal-korsijiet li qed jiġu mogħtija llum?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #23017 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija – siġar esotiċi

Question

Jista' l-Ministru jispjega jekk għadx hemm ħsieb li fil-farm tal-Gvern ġewwa x-Xewkija tiġi żviluppata nursery ta' siġar esotiċi? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandna l-ebda ħsieb li niżviluppaw xi nursery għat-tkattir ta` siġar eżotiċi għaliex ma għandna l-ebda intenzjoni li nkattru siġar li ma humiex indiġeni għal Malta. Pjuttost qegħdin naħdmu biex inkattru iktar siġar u arbuxelli indiġeni. Għaldaqstant qed issir ħidma biex insaħħu l-mixliet li għandna fid-Dawwara u Ġnien Censu Sciberras.
Leg 13 PQ #23018 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Cruiseliner Terminal

Question

Jista' l-Ministru jghid jekk għadx hemm ħsieb li jsir il-cruise liner terminal imħabbar mill-Gvern Laburista numru ta' snin ilu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 22347.
Leg 13 PQ #23007 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Learning Support Educators

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 17314, 17315, 17977 u 17984 fejn il-Ministri kollha wieġbu li mhumiex responsabbli, jista' l-Prim Ministru jgħid taħt ir-responsabilità ta' liema Ministru jaqa' dan iċ-ċentru?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan iċ-ċentru huwa parti mid-dekasteru tal-Ministeru tal-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja.
Leg 13 PQ #23008 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ċirkulari

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċirkulari msemmiha minnha waqt s-seduta tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet t'Għawdex datat 26 ta’ Lujlu 2021 u li hi stess kienet impenjat ruħha li tibghat lir-rapprezentant legali ta' numru ta' Learning Support educators preżenti għal dik is-seduta?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf l-Onor. Interpellant li ċ-ċirkolari/jiet li qed jirreferi għaliha qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Fil-5 t’Ottubru 2021, tali ċirkolarijiet kienu ntbgħatu lill-avukat li qed jirrappreżenta numru ta’ LSEs.
Leg 13 PQ #23009 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Għawdex – skejjel — Servizz ta’ Breakfast club

Question

Tista' l-Ministru tispjega kemm kien hemm tfal li jattendu l-iskejjel f'Għawdex li wkoll kienu qed jirċievu s-servizz tal-breakfast club tul l-aħħar sentejn skolastiċi? Tista' tagħti figuri separati għal kull waħda minn dawn l-iskejjel?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ studenti li jattendu l-iskejjel Primarji f’Għawdex u li għamlu użu mis-servizz tal-Breakfast Club huwa: · 645 - Sena skolastika 2020-2021 · 835 - Sena skolastika 2021-2022 (sa Ottubru 2021) kif muri fit-tabelli t’hawn taħt: Sena Skolastika 2020-2021 Kulleġġ Skola Reġistrazzjonijiet Ġunju 2020 GCC Għajnsielem 37 GCC Għarb 49 GCC Kerċem 40 GCC Nadur 146 GCC Qala 70 GCC San Lawrenz 23 GCC Sannat 26 GCC Victoria 167 GCC Xagħra 34 GCC Xewkija 43 GCC Żebbuġ 10 Total 645 Sena Skolastika 2021-2022 Kulleġġ Skola Reġistrazzjonijiet Ottubru 2021 GCC Għajnsielem 78 GCC Għarb 76 GCC Kerċem 51 GCC Nadur 157 GCC Qala 78 GCC San Lawrenz 30 GCC Sannat 30 GCC Rabat 184 GCC Xagħra 54 GCC Xewkija 72 GCC Żebbuġ 25 Total 835
Leg 13 PQ #23010 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel tal-Knisja – Learning Support Educators – ftehim kollettiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk Learning Support Educators impjegati fl-iskejjel tal-knisja humiex ukoll regolati mill-ftehim kollettiv li jikkonċerna din il-professjoni? Tista' tgħid ukoll jekk dawn il-Learning Support Educators jitħallsux minn fondi statali mogħtija lill-knisja?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-Learning Support Educators impjegati fl-iskejjel tal-Knisja huma regolati minn ftehim kollettiv bejn is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika u l-Malta Union of Teachers t'Awwissu 2018. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onor. interpellant li iva, it-talbiet għar-rimborż ta’ salarji ta’ edukaturi jiġu proċessati minn fondi pubbliċi skont kriterji stabbiliti.
Leg 13 PQ #23011 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Għawdex – Skejjel – air conditioners fil-klassijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm skejjel f'Għawdex li fil-klassijiet tagħhom hemm installati air-conditioners? Jekk iva, tista' tgħid liema huma dawn l-iskejjel? Tista' tgħid jekk dawn l-air-conditioners jiffunzjonawx ukoll?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-Kulleġġ t'Għawdex hemm installati air-conditioners fi 15-il klassi tal-iskola primarja f'Ta' Sannat u disgħa fl-Iskola Sekondarja, Victoria. Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, Skola tal-Arti Viżiva u Performattiva Xewkija għandha 10 air-conditioners filwaqt li s-sixth form ta’ Għawdex Sir MA Refalo għandha 35 air-conditioners.
Leg 13 PQ #23012 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ir-Rabat Għawdex – swali tal-eżamijiet – air conditioners

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-iswali magħrufa bħala tal-eżamijiet fir-Rabat Għawdex hemmx installati air-conditioners? Jekk iva, tista' tgħid kemm ilhom istallati dawn l-air-conditioners u jekk dawn jiffunzjonawx ukoll?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentru tal-Eżamijiet fi Triq Fortunato Mizzi, Victoria (Għawdex) huwa mgħammar b’sistema ta’ arja kkundizzjonata, inkluż il-kmamar li jintużaw għall-kandidati b’arranġamenti differenti. L-apparat huwa funzjonabbli u ġie installat bejn l-2014 u 2015.
Leg 13 PQ #23001 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet Volontarji li ma jikkwalifikawx biex ikollhom ħaddiema tas-settur pubbliku sekondati magħhom

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21734, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policies fis-seħħ dwar rilaxx ta' ħaddiema pubbliċi ma’ għaqdiet volontarji?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-policy fis-seħħ dwar rilaxx ta' ħaddiema pubbliċi ma’ għaqdiet volontarji tinstab f’Sezzjoni 4.1 fil-Manual on Special Leaves. Kopja ta’ din il-policy qiegħda titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #23002 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Interreg Med Programme

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu dawk l-entitajiet jew individwi li bbenefikaw mill-aħħar Interreg Med programme tal-Unjoni Ewropea? F'każ li kien hemm, jista' jippreżenta tabella li turi liema kienu l-proġetti li kkwalifikaw u kemm rċieva fondi kull proġett?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ proġetti li bbenefikaw mill-aħħar Interreg Med Programme tal-Unjoni Ewropeja. Din l-informazzjoni tinsab ukoll fuq is-sit elettroniku: www.eufunds.gov.mt
Leg 13 PQ #23003 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Life Programme

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu dawk l-entitajiet jew individwi li bbenefikaw mill-aħħar Life programme tal-Unjoni Ewropea? F'każ li kien hemm, jista' jippreżenta tabella li turi liema kienu l-proġetti li kkwalifikaw u kemm rċieva fondi kull proġett?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ proġetti li bbenefikaw mill-aħħar Life Programme tal-Unjoni Ewropea. Din l-informazzjoni tinsab ukoll fuq is-sit elettroniku: https://environment.gov.mt/en/life/Pages/maltaLifeProjects.aspx
Leg 13 PQ #23004 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fond Soċjali Ewropew – fondi għal Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn kemm fondi bbenefika Għawdex mill-Fond Soċjali Ewropew fil-perjodu bejn l-2014 u 2020? Jista' jgħid ukoll fiex kienu jikkonsistu dawn il-fondi u għal liema proġetti ttieħdu?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra, lista ta’ proġetti ffinanzjati mill-programm tal-Fond Soċjali Ewropew. Din l-informazzjoni tinsab ukoll fuq is-sit elettroniku: www.eufunds.gov.mt.
Leg 13 PQ #23005 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sure Instrument — nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jippreżenta lill-Parlament break down ta' kif intefaq jew ser jintefaq is-self ta' €243.6 miljuni mogħti taħt ‘l hekk imsejjaħ SURE Instrument kwantu l-pandemija preżenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #23006 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet Volontarji li benefikaw minn fondi Ewropej

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għaqdiet volontarji bbenefikaw minn fondi Ewropej tul din il-leġiżlatura? Liema kienu dawn l-għaqdiet, kemm fondi rċeviet kull waħda u x'kien l-iskop li għalih ingħataw il-fondi?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ proġetti li bbenefikaw minnhom għaqdiet volontarji. Din l-informazzjoni tinsab ukoll fuq is-siti elettroniċi www.eufunds.gov.mt u www.eupa.org.mt.

Pensjoni tad-Diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm persuni li qed jirċievu pensjoni tad-diżabilità qegħdin ukoll jaħdmu? Tista’ tgħid jekk jeżistix xi studju li jispjega l-impatt tal-pensjoni tad-diżabilità fuq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' min jirċeviha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex l-mistoqsija tiġi rreferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni b’diżabilità – faċilitajiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet jew dixxiplini sportivi jeżistu għall-persuni b'diżabilità f'Għawdex? Tista’ tgħid ukoll x'qed jew x'se jkun qed jagħmel il-Gvern biex jgħin aktar dan il-qasam?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex l-mistoqsija tiġi rreferuta lill-Ministeru kkonċernat.