Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fast Ferry – EDU Fast Ferry Card

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament x'kienu r-raġunijiet għaliex s'issa l-EDU Fast Ferry Card imwiegħda biex tintuża fuq il-fast ferry li jaqsam bejn Malta u Għawdex, għad ma daħlitx fis-seħħ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex – Pool reliever tal-LSEs

Question

Wara li numru ta' LSEs ġew trasferiti biex jaħdmu f'Għawdex reċentement, jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament jekk hux se joħloq pool ta' reliever LSE ġewwa Għawdex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat illi f’Għawdex diġà hemm pool ta’ LSE relievers.

Għawdex — Skola ta’ Sannat – proġett ta’ pixxina terapewtika

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-proġett ta' pixxina terapewtika ġewwa l-Ispecial Unit fl-iskola Ta' Sannat? Jista' jgħid ukoll jekk inħarġitx tender u jekk iva lil min ingħatat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-proġett tinsab quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Il-programm tax-xogħlijiet jitħabbar wara l-għażla tal-kuntrattur skont il-proċess tal-akkwist pubbliku.

Għawdex – tfal li m’għandhomx LSE

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament jekk fil-preżent ġewwa Għawdex hemmx tfal tal-iskola li tul is-sena skolastika kurrenti, mhux qed jiġu akkumpanjati minn LSE minkejja li jeħtieġu dan? Jekk iva, jista' jgħid kemm hemm minn dawn it-tfal u jagħti r-raġunijiet għaliex is-servizz mhux offrut?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat illi sakemm inġabret din l-informazzjoni f'Għawdex l-istudenti kollha li huma statemented għandhom is-sapport ta’ LSE.

Fast Ferry Services — bastimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22010 u jara li r-rampi mill-art għall-bastimenti kollha tal-fast ferry service humiex weqfin iżżejjed u sikuri għal kull min jużahom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-operaturi tal-Fast Ferries, jagħmlu użu ta’ rampi li huma kompatibbli mal-bastimenti li joperaw, għall-fini tal-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri inklużi persuni b'diżabilità.

Għawdex — waqfiet tal-karozzi tal-linja - tactile paving

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm waqfiet tal-karozzi tal-linja f'kull lokalità f'Għawdex? Jista' jgħid kemm minn dawn il-waqfiet fihom tactile paving fit-tarf tal-bankina fejn hemm il-waqfa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ bus stops f’kull lokalità ġewwa Għawdex huwa skont it-tabella sussegwenti: Lokalità Numru ta Bus Stops Għajnsielem 29 Il-Fontana 11 Il-Munxar 7 Il-Qala 15 In-Nadur 46 Ir-Rabat 58 Ix-Xagħra 45 Ix-Xewkija 41 Ix-Xlendi 9 Iż-Żebbug 17 L-Għarb 16 L-Għasri 5 L-Imġarr 7 Marsalforn 12 San Lawrenz 14 Santa Luċija 5 Ta ' Kerċem 7 Ta' Sannat 10 Grand Total 354 Infurmat ukoll li l-informazzjoni mitluba fir-rigward tat-tactile paving mhix disponibbli u għaldaqstant qedgħa tiġi miġbura.

Iċ-Ċirkewwa — ilqugħ protettiv fuq il-mollijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu x-xogħlijiet ta' lqugħ protettiv fuq il-mollijiet tal-Port taċ-Ċirkewwa wara li numru ta' inċidenti seħħew li raw vetturi jispiċċaw il-baħar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ġie nstallat tip ta’ lqugħ protettiv f’Ġunju 2021 qabel ma’ beda is-sajf.

Għawdex — postijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-appartamenti li ngħataw għall-akkomodazzjoni soċjali u li l-indirizz tagħhom qed jingħata separatament, ġara jew qed jiġri dan li ġej: 1. Il-Kera qed tintalab kull xahar meta suppost litintalab kull tliet xhur; 2. L-appartamenti huma nieqsa kważi għal kollox mill-għamara; 3. Il-cookers u l-hobs fil-kċina ma jaħdmux u ġew mibdula b'oħrajn antiki li jaħlu aktar u allura b'konsum għola ta' dawl għad-detriment tal-inkwilini li jridu jħallsuh; 4. Il-pressa tal-ilma hi batuta ħafna? Jista' jgħid x'se jagħmel il-Gvern biex isolvi dawn il-problemi?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi : B’risposta għall-ewwel domanda, il-ħlas tal-kera jitwettaq għal perjodi fissi ta’ tliet xhur li jibdew fl-ewwel ġurnata tax-xhur ta’ Jannar, April, Lulju u Ottubru. Il-kirja għal żmien ta’ xahar intalbet sabiex jiġi kopert il-perjodu bejn meta ġie iffirmat il-kuntratt tal-kera u l-bidu tal-perjodu fiss li kien imiss. B’risposta għat-tieni domanda l-appartamenti mikrija permezz tal-iskema Nikru Biex Nassistu bħal din il-binja jingħataw lir-residenti finished u mgħammra bi kċina. Il-kumplament tal-għamara tinxtara mill-inkwilini. B’risposta għat-tielet domanda minn diskussjonijiet mal-fornitur irriżulta li l-forn u l-hob ġew mibdula ma mudelli li huma ekwivalenti jew aħjar minn dawk li kien hemm. B’risposta għar-raba’ domanda minn investigazzjonijiet irriżulta li l-pressa tal-ilma hija adegwata għaċ-ċirkustanzi tal-każ, ċioe penthouse taħt il-bejt fejn normalment ikun hemm nuqqas ta’ pressa. L-inkwilin infurma lill-uffiċjal ta’ l-Awtorita’ tad-Djar li se tingħata għajnuna addizzjonali mill-Malta Community Chest Fund sabiex tiġi nstallata pompa biex b’hekk ikun hemm iżjed kumdità.
Leg 13 PQ #23025 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ta’ Sannat Għawdex – Triq Ta’ Xaman – wiċċ ta’ triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li Triq Ta' Xaman f'Ta' Sannat Għawdex se tingħata wiċċ ġdid? Jista' jgħid ukoll liema servizzi ġew mgħoddija u liema servizzi jonqos li jiġu mgħoddija minn din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Ministeru għal Għawdex għaddej b’ħidma kontinwa fejn tidħol l-infrastruttura madwar il-ġżira, kif jista japprezza li qed isir.
Leg 13 PQ #23026 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xagħra Għawdex – Trejqet Ġużeppi Sultana – wiċċ ta’ triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jagħti wiċċ ġdid lill-Trejqet Ġużeppi Sultana ġewwa x-Xagħra Għawdex flimkien mas-servizzi li hemm bżonn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lil Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #23027 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija u Għajnsielem Għawdex – kawża tal-intiena ta’ drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi jew x'kienet il-kawża tal-intiena ta' drenaġġ li tinxtamm fl-inħawi ta' Triq l-Imġarr bejn ix-Xewkija u Għajnsielem?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Immigranti li ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea li jirrisjedu Għawdex

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20032, jista' l-Ministru jippreżenta l-informazzjoni għaż-żewġ kategoriji msemmija minnu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Persuni li applikaw biex isiru pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwili applikaw biex isiru pulizija tul l-aħħar tliet snin? Jista' jgħid għal kull waħda minn dawn is-snin, kemm minn dawn l-applikanti ġew reklutati fil-korp? Jista' jgħid ukoll kemm mill-applikanti u r-rekluti l-ġodda kienu Għawdxin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi matul dawn l-aħħar tliet snin u cioe mis-sena 2019 sal-lum, kien hemm sitt mija u sittin (660) individwi li applikaw biex isiru pulizija u wara l-proċess ta’ reklutaġġ mija u ħamsa u sittin (165) minnhom ġew reklutati fil-korp, kif jidher fit tabella hawn taħt. It-tabella tinkludi wkoll dettalji dwar kemm mill-applikanti u r-rekluti l-ġodda kienu Għawdxin, kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. POLICE CONSTABLES Sena Maltese Applicants Applicants from Gozo Maltese Applicants who became Constables Gozitan Applicants who became Constables 2019 119 18 45 11 2020 198 19 35 9 2021 280 26 58 7 Total 597 63 138 27

Rabat Malta — bankini skont l-Access to All Guidelines

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bankini fit-toroq fir-Rabat Malta sarux skont l-Access To All Guidelines?

Response (BORG, IAN)

Peress li fir-Rabat, bħal f’kull lokalità oħra, ilhom isiru bankini minn entitajiet u dipartimenti differenti għal għexieren ta’ snin, ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Cutajar jispeċifika eżattament għal liema bankini f’din il-lokalità qed jirreferi.
Leg 13 PQ #23019 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – proġetti iffinanzjati minn fondi Ewropej

Question

Jista' l- Ministru kemm proġetti ffinanzjati minn fondi Ewropej taħt il-budget 2014 - 2020 saru f'Għawdex mill-2013 sal-jum li fih titwieġeb din il-mistoqsija? Jista' jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa f'fondi Ewropej għal kull wieħed minn dawn il-proġetti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #23020 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta’ helicopter bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jitħaddem is-servizz ta' helicopter bejn Malta u Għawdex, liema servizz kien tħabbar mill-Gvern fl-2019?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 22760.
Leg 13 PQ #23021 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – ħaddiema – vaċċin kontra l-Covid-19

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema kollha li jaħdmu mal-Gozo Channel ħadu t-tilqima kontra l-Covid-19 u dan sal-jum li fih titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex iħeġġeġ biex il-ħaddiema kollha jkunu mlaqqmin, iżda m’hemmx lok li tiġi żvelata din it-tip ta’ informazzjoni li toħroġ mir-rekords mediċi tal-impjegati. Dan imur kontra l-Att dwar il-protezzjoni tad-Dejta.
Leg 13 PQ #23022 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — sideramps

Question

Wara li s-sideramp li tgħaqqad il-vapuri tal-Gozo Channel mat-terminals fil-portijiet tal-Imġarr u ċ-Ċirkewwa għal numru konsiderevoli ta' drabi ma kinetx qed taħdem, jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jwettaq dawk it-tiswijiet meħtieġa biex jara li l-imsemmiha sideramp tkun taħdem tajjeb dejjem? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm-il darba fl-aħħar sitt xhur minn meta titwieġeb din id-domanda ma kinetx qed taħdem din is-sideramp?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li ma kien hemm l-ebda rapport li s-side ramps tal-Mġarr ma kinux qegħdin jaħdmu. Fir-rigward tas-side ramps taċ-Ċirkewwa, il-ħaddiema jaħdmu kontinwament fuq dawn il-ħsarat biex dawn jiġu rranġati minnufiħ. Apparti hekk, issir manutenzjoni kontinwa fuq is-side ramps tal-Mġarr u taċ-Ċirkewwa biex dawn il-ħsarat jiġu evitati.
Leg 13 PQ #23023 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Il-Qala – Triq San Piju XII — xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba kwantu mistoqsija parlamentari 22011, jista' l-Ministru jgħid jekk l-għoti ta' wiċċ ġdid għat-triq in kwistjoni jaqax taħt ir-responsabiltajiet tiegħu? Jekk iva, jista' jgħid meta ser isir dan il-wiċċ ġdid?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan ix-xogħol mistenni jitlesta fil-gimgħat li ġejjin.
Leg 13 PQ #23024 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Employment Refund Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid dan li ġej kwantu l-Gozo Employment Refund Scheme: a. Kemm kien il-budget allokat għall-iskema għal kull sena li ilha teżisti; b. Kemm mill-budget allokat ma ġiex utilizzat; c. Kemm employers ibbenefikaw għal kull sena li ilha tezżsti l-iskema; u d. Kemm għajnuniet tħallsu jew se jitħallsu kwantu impiegi li nħolqu minn meta bdiet l-iskema?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.