Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #10839 Sitting 247 2019-07-09 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Housing Estates ta’ Taċ-Ċawla — lifts

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm biex isiru lifts fil-Housing Estates ta' Taċ-Ċawla ġewwa r-Rabat? U jekk iva, meta?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru konċernat. Jiżdied jingħad li l-Ministeru għal Għawdex ser jibni blokka ġdida totalment aċċessibbli u ECO-friendly u diġa ġew ippublikati t-tenders.
Leg 13 PQ #10840 Sitting 247 2019-07-09 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Imġarr Għawdex — Park and Ride - Proġett

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett tal-Park and Ride għall-Imġarr?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett beda fi Frar ta’ din is-sena.
Leg 13 PQ #10841 Sitting 247 2019-07-09 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xlendi – xogħlijiet fuq il-Boat yard

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju waslu x-xogħlijiet fuq il-boat yard ġewwa x-Xlendi (il-post fejn soltu jitqiegħdu l-opri tal-baħar) u meta dawn huma skedati li jitlestew?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett qed isir minn fondi Ewropej li l-Ministeru għal Għawdex akkwista u l-proġett miexi skont it-timeline skedata.
Leg 13 PQ #10842 Sitting 247 2019-07-09 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xlendi – opri tal-baħar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-opri tal-baħar ġewwa x-Xlendi jiċċaqalqu minn ġewwa l-parkeġġ destinat għall-vetturi fejn jinsabu fil-preżent u f'każ li iva, meta ser jiġri dan u kif ukoll fejn se jitqiegħdu dawn?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proġett tax-Xlendi huwa maqsum f’diversi fażijiet; l-ewwel fażi hi r-riġenerazzjoni tal-boathouses li kważi lesta, it-tieni fażi hija d-drystanding area għad-dgħajjes li wkoll għaddejin ix-xogħlijiet fiha, u t-tielet fażi hi r-ri-organizzazzjoni tal-parkeġġ biex jiżdided l-ispazju. Dan ix-xogħol huwa skedat għal wara s-sajf.
Leg 13 PQ #10843 Sitting 247 2019-07-09 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Vapuri tal-Gozo Channel – livell ta’ emissjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji tal-livell ta' emissjonijiet ta' dħaħen tal-vapur mikri mill-Gozo Channel dan l-aħħar meta paragunat mal-vapuri l-oħrajn tal-istess Gozo Channel? Qed jittieħdu xi miżuri fir-rigward ta' dawn l-emissjonijiet?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-magni tal-MV Nikolaos huma Caterpillar EURO V.