Ministeru għal Għawdex — Youth Services Coordinator
Question
Tista' l-Ministru tgħidilna min qed jokkupa l-pożizzjoni ta' Youth Services Coordinator fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? X'ħidma saret minn dan l-uffiċjal matul is-sena kurrenti? Tista' tipprovdi lista dettaljata fir-rigward?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-pożizzjoni hi okkupata minn uffiċjal pubbliku. L-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 10974 - Youth Services Coordinator - Lista Annessa.docx
Tista' l-Ministru tinforma lill-Parlament liema huma t-toroq ġewwa r-raħal tax-Xagħra, Għawdex li għad m'għandhomx servizz ta' katusi biex minnhom jgħaddi d-drenaġġ? Tista' tindika wkoll xi pjanijiet u soluzzjonijiet għandu l-Gvern biex dan is-servizz jingħata? F'każ li jeżistu dawn il-pjanijiet jew soluzzjonijiet, tista’ tgħid kemm hu stmat li hu meħtieġ żmien biex issir l-implimentazzjoni?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Parlament liema huma t-toroq ġewwa r-raħal tax-Xagħra, Għawdex li għad m’għandhomx servizz ta’ katusi biex minnhom jgħaddi d-drenaġġ? Jista’ jindika wkoll xi pjanijiet u soluzzjonijiet għandu l-Gvern biex dan is-servizz jingħata? F’każ li jeżistu dawn il-pjanijiet jew soluzzjonijiet, jista’ jgħid kemm hu stmat li hu meħtieġ żmien biex issir l-implimentazzjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi t-toroq fejn ma hemmx servizz tad-drenaġġ huma Triq għar ta’ Ninu, Daħla ta’ nenus, Triq ta’ Stellini, parti minn Sant Anton u Sqaq fi Triq Gorf.
Sabiex jiġi estiż is-servizz tad-drenaġġ ġo xi triq fejn ma hemmx, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma trid tirċievi rikjesta formali mingħand ir-residenti ta’ dik it-triq. Din ir-rikjesta tiġi evalwata kemm mil-lat tekniku kif ukoll mil-lat finanzjarju sabiex ttieħed deċiżjoni.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – stennija għal servizz ta’ x-ray
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux minnu li pazjenti fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex qed jitħallew jistennew għal servizz ta' x-ray, sempliċement għax radiologist ma jkunx xogħol minħabba leave? Jekk dan hu l-każ, jista’ jindirizza dan l-inkonvenjent u jispjega kif ser jindirizzah?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’każ meta r-radjoloġista tal-iSptar Ġenerali t’Għawdex ikun assenti għal xi raġuni jew oħra, dan jiġi sostitut minn radjoloġista tal-iSptar Mater Dei b’hekk dan is-servizz xorta jibqa’ disponibbli għall-pazjenti Għawdxin.
Vapuri tal-Gozo Channel – livell ta’ emissjonijiet
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10843, tista’ l-Ministru tgħid kif jipparaguna l-vapur MV Nikolaos mal-vapuri l-oħrajn tal-kumpanija Gozo Channel in kwantu emissjonijiet ta’ dħaħen fl-arja, issa li ġie spjegat li l-magni tal-vapur MV Nikolaos huma Caterpillar EURO V?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-International Air pollution prevention certification, il-vapuri kkonċernati ġew surveyed skont ir-regoli 5/6 – Annex V1 tal-International convention for the Prevention of Pollution from Ships u huma skont il-parametri tal-limiti tal-emissjonijiet kif speċifikati.
Il-magni ta’ MV Nikolaos ġew installati mill-ġdid matul l-2009, filwaqt li l-magni tal-vapuri l-oħra nbnew qabel is-sena 2000.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10844 u jgħid jekk il-Kumitat għall-Immaniġġjar tad-Dwejra hux kompost fil-preżent u jekk iva kemm ilu hekk kompost u min huma l-membri li jikkomponuh?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara Ġunju 2017, il-Kumitat għall-Immaniġġjar tad-Dwejra kien inħatar mill-ġdid b’effett mit-28 t’Awwissu 2017. Minħabba li t-terminu tal-Kumitat kien skada, dan reġa’ nħatar għal perjodu ta’ sena b’effett mid-29 t’Awwissu 2019. Il-kompożizzjoni kurrenti tal-Kumitat hija kif ġej:
Id-Dott. Joseph Caruana
Chairperson
Perit Michelle Piccinino
Membru f’isem l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi
Is-Sur Conrad Borg Manche
Membru f’isem il-Bord tal-Gvernaturi Ambjent Malta
Is-Sur Joseph Muscat
Membru f’isem il-
Gozo Tourism Association
Is-Sur Joseph Falzon
Membru espert
Is-Sur Vincent Attard
Membru f’isem
Nature Trust Malta
E.T. Mons Joseph Vella Gauci
Membru espert
Id-Dott. Sandro Lanfranco
Membru espert
Id-Dott. Joseph Anthony Borg
Membru espert
Is-Sa Vicky Xuereb
Membru f’isem il-Ministeru għal Għawdex
Is-Sur Noel Formosa
Membru f’isem il-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz
Is-Sur Giovanni Zammit
Membru f’isem Wirt Għawdex
Għawdex, Għajnsielem– Triq l-Imġarr – problema ta’ sewqan eċċessiv
Question
Fid-dawl tal-inċidenti li seħħew fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem, Għawdex, jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament x'miżuri qed jieħu jew beħsiebu jieħu l-Gvern jew l-entitajiet tiegħu biex tiġi indirizzata l-problema ta' sewqan eċċessiv jew abbużiv f'din it-triq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li sabiex tiġi indirizzata l-problema ta' sewqan eċċessiv jew abbużiv fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem, li hija l-aktar triq traffikuża f’Għawdex, kif ukoll toroq oħra madwar il-gżira, il-Pulizija tad-Distrett ta’ Għawdex regolarment tagħmel spot checks f’dawn l-inħawi. Hemm okkażjonijiet fejn dawn isiru anke bl-assistenza tal-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku ta’ Malta. Infurmat ukoll illi qed isiru arranġamenti biex fil-futur qrib, il-Pulizija ġewwa Għawdex ikollha wkoll high tech speed cameras, biex bl-użu ta’ dan l-apparat ikompli jikber id-deterrent għal sewqan eċċessiv.
Għawdex, Għajnsielem– Triq l-Imġarr – problema ta’ sewqan eċċessiv
Question
Fid-dawl tal-inċidenti li seħħew fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem, Għawdex, jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament x'miżuri qed jieħu jew beħsiebu jieħu l-Gvern jew l-entitajiet tiegħu biex tiġi indirizzata l-problema ta' sewqan eċċessiv jew abbużiv f'din it-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Għawdex, Għajnsielem– Triq l-Imġarr – problema ta’ sewqan eċċessiv
Question
Fid-dawl tal-inċidenti li seħħew fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem, Għawdex, tista’ l-Ministru tinforma lill-Parlament x'miżuri qed tieħu jew beħsiebu jieħu l-Gvern jew l-entitajiet tiegħu biex tiġi indirizzata l-problema ta' sewqan eċċessiv jew abbużiv f'din it-triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ħadem ma’ Transport Malta fuq pjan komprensiv biex jitnaqqas il-periklu. Dan il-pjan diġà beda jiġi implimentat.
Belt Valletta – Barrakka t’Isfel – manutenzjoni tal-qanpiena
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament x'manutenzjoni ssir fis-sit fejn tinsab il-qanpiena l-kbira taħt il-Barrakka t'Isfel ġewwa l-Belt Valletta? Kif qed jiġi reklamat is-sit mill-Gvern? Kemm-il darba fis-sena tindaqq il-qanpiena msemmija biex jitfakkru l-vittmi tal-gwerra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sorsi ta’ ilma qed joffri l-Gvern lill-bdiewa fiż-żona tal-ex-heliport ġewwa Għawdex? Jista’ jispjega jekk dawn is-sorsi hux qed jiffunzjonaw tajjeb? F’każ li mhumiex, jista’ jgħid x’inhi l-problema u x’soluzzjonijiet ser jimplimenta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li fiż-żona tal-ex heliport ġie nstallat dispenser tal-ilma riċiklat magħruf bħala New Water. Dan il-mekkaniżmu qiegħed jaħdem tajjeb wara interuzzjonijiet fil-provvista tal-ilma minħabba problemi li ġew solvuti u qed ikollna supply konsistenti ta’ New Water.
Malta Public Transport Services Ltd – Karozzi tal-linja – vuċi elettronika li mhux taħdem
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-linja amministrati minn Malta Public Transport Services Ltd. li għalkemm għandhom il-vuċi elettronika li tħabbar il-waqfiet bil-quddiem, din ma tiffunzjonax? Jista’ jgħid x’qed isir biex dan is-servizz tant utli għall-persuni neqsin mid-dawl u l-bqija tal-passiġġieri jkun jiffunzjona tajjeb fuq il-karozzi tal-linja kollha u dejjem?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, Transport Malta, permezz tal-Uffiċjali tagħha, ta’ kuljum twettaq numru ta’ spezzjonijiet fuq il-karrozzi tal-linja. Bħala parti minn dawn l-ispezzjonijiet jiġi ivverifikat li l-apparat elettroniku li jħabbar permezz tal-vuċi l-waqfiet bil-quddiem jkun qiegħed jaħdem kif suppost. F’dawk il-kazi fejn tali apparat ma jkunx qiegħed jaħdem, jew jaħdem tajjeb, Transport Malta tgħarraf lil Operatur tat-trasport pubbliku b’dan sabiex tali problema tiġi indirizzata. Isiru spezzjoniet ulterjuri fuq dawn il-karrozzi tal-linja sabiex jiġi zgurat li t-tiswijiet neċċessarji jkunu saru.
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet fuq l-Għar ta’ Kalipso ġewwa x-Xagħra? Tista’ tgħid ukoll għalfejn dawn ix-xogħlijiet għadhom ma tlestewx u meta hi d-data li fiha din l-attrazzjoni turistika ser terġa tinfetaħ b’mod sħiħ għall-pubbliku?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex determinat li jagħmel dak kollu meħtieġ biex dan is-sit jiġi salvat.
Għalhekk, permezz ta’ ftehim ma’ Wirt Għawdex, qed isiru l-istudji meħtieġa biex tiġi ffinalizzata l-applikazzjoni mal-PA u jiġu miktuba u proċessati t-
tenders
għax-xogħol meħtieġ. Kull pass qed isir skont pariri esperti u tekniċi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10838 u jgħid kemm hemm Għawdxin fiċ-Ċivil jaħdmu ġewwa Malta u kif ukoll f'liema grad u skala qegħdin? Kemm-il uffiċjal pubbliku Għawdxi ġie trasferit lejn Għawdex matul l-2019, u f'liema grad u skala qegħdin? Kemm-il Għawdxi hemm fl-iskala ta' Executive Officer maċ-Ċivil, li jaħdmu ġewwa Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab informat li ħaddiema Għawdxin fiċ-Ċivil jaħdmu Malta jammontaw għal 1139. Uffiċċjali pubbliċi Għawdxin li ġew trasferiti għal Għawdex matul l-2019 kienu 44 waqt li uffiċjali pubbliċi Għawdxin fi skala ta’ Executive Officers hemm 12.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ir-Rabat Għawdex – Housing Estates ta’ Taċ-Ċawla — lifts
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10839 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi pjanijiet hemm biex isiru lifts fil-Housing Estates ta' Taċ-Ċawla ġewwa r-Rabat Għawdex? U jekk iva, meta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġiet sottomessa applikazzjoni waħda, għall-installazzjoni ta’ lift fil-Housing Estates Taċ-Ċawla, r-Rabat Għawdex. Dan ifisser illi ser ikun qiegħed jiġi installat lift fi blokka waħda. L-Awtorità tad-Djar kisbet il-permessi neċessarji u appuntat Perit li qiegħed jagħmel ix-xogħol preparatorju, biex immedjatament wara jkunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet.
Tista' l-Ministru tgħid għalfejn il-lampi tat-triq li mir-Rabat twassal għax-Xagħra qed idumu żmien twil biex jinbidlu meta jinħarqu? In oltre, tista' tagħti d-dettalji ta' x'sistema ta' sorveljanza u manutenzjoni tal-lampi ta' din it-triq għandu l-Ministeru?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni ta’ dwal fl-imsemmija triq ma taqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk il-Kumitat għall-Immaniġġjar tad-Dwejra hux kompost fil-preżent u jekk iva kemm ilu hekk kompost u min huma l-membri li jikkomponuh?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Xagħra Għawdex – ex-sit tal-miżbla tal-Qortin – xogħlijiet
Question
Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-istadju preżenti tax-xogħlijiet fl-ex-sit tal-miżbla tal-Qortin ġewwa x-Xagħra Għawdex u meta hu maħsub li dan is-sit jinfetaħ bħala park għall-familji kif imwiegħed mill-Gvern?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa t-tender biex isiru xogħlijiet ta’ titjib fil-Qortin biex dan is-sit ikun addattat sabiex jinfetaħ għall-pubbliku ġie preparat u bħalissa qiegħed jiġi vvettjat mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Huwa mistenni li l-vetting jiġi konkluż fil-ġimgħat li ġejjin u b’hekk it-tender ikun jista’ jiġi ppubblikat.
Min-naħa l-oħra, l-applikazzjoni tal- Awtorità tal-Ippjanar għax-xogħlijiet neċessarji tinsab fi stadju avvanzat (PA 1519/18). Id-drawings ta’ din l-applikazzjoni ġew emendati riċentement sabiex dan il-proġett ikun aċċessibbli minn kulħadd. Is-CRPD qablu ma’ dawn l-emendi u bħalissa, il-Wasteserv qiegħda tistenna lill-Awtorità tal-Ippjanar tikkonkludi l-applikazzjoni u toħroġ il-permess.
Jekk kollox jimxi skont il-pjan u jkun hemm kuntratturi li jitfgħu offerti biex isir ix-xogħol, dan ikun jista’ jibda fl-aħħar kwart ta’ din is-sena u jiġi konkluż għal nofs l-2020.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin fiċ-Ċivil jaħdmu ġewwa Malta u kif ukoll f'liema grad u skala qegħdin? Kemm-il uffiċjal pubbliku Għawdxi ġie trasferit lejn Għawdex matul l-2019, u f'liema grad u skala qegħdin? Kemm-il Għawdxi hemm fl-iskala ta' Executive Officer maċ-Ċivil jaħdmu ġewwa Malta?