Għawdex – Għajnsielem – Miżuri ta’ sigurtà għat-traffiku fi Triq l-Imġarr
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11360, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra fejn waslet l-implimentazzjoni tal-pjan imsemmi? Jista' jagħti d-dettalji fiex jikkonsisti dan il-pjan eżattament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, Transport Malta ppreparat ‘upgrading’ tat-Traffic Management fi Triq l-Imġarr, Għawdex. Dan l-eżercizzju tat-‘Traffic Management’, jinkludi ukoll ‘traffic measures’ differenti skont il-bżonn, u li partijiet minnhu diġa ġie mplimentat mill-Ministeru ta’ Għawdex kif dejjem jsir. Nfurmat mill-Ministeru għal Għawdex li l-bqija ta’ dan t-‘traffic Management’ ser jkun qed jiġi mplimentat fil-ġranet li ġejjin.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5999, jista’ l-Prim Ministru jispjega lill-Parlament kemm kien hemm individwi b'anqas minn ħames snin servizz mas-Servizz Pubbliku u li xorta ngħataw il-promozzjoni ta' senior operative?
B'referenza għall-ingaġġar reċenti ta' Assistant Rescue Officers f'Għawdex, jista' l-Prim Ministru jispjega lill-Parlament kemm kienu dawk l-individwi li għaddew mill-eżami bil-miktub? Jista' jgħid ukoll ġewx ingaġġati individwi oħra li ma kenux fost dawk li għaddew mill-eżami bil-miktub?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11771, tista' l-Ministru tgħid x'diffikultà hemm biex is-siġar li jinsabu fi Pjazza Santu Wistin fir-Rabat Għawdex jinżabru regolarment minn żmien għal żmien? Tista' tgħid x'soluzzjoni qed tipproponi?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn is-siġar jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria. Minkejja dan, id-Direttorat ikkonċernat fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex għamel spezjoni wara talba li saritlu għaż-żabra ta` dawn is-siġar. Mill-ispezzjoni li saret, ġie konkluż li dawn is-siġar kien għadhom ma waslux għall-bżonn ta` żabra. Hemm l-intenzjoni li ż-żabra issir fix-xahar ta` Frar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'diżabiltà ġewwa Għawdex minn Ġunju 2017 sal-lum? Jista' jgħid kemm huma b'diżabiltà severa? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawk impjegati huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Jista' jgħid kemm persuni b'diżabiltà qed jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex, kemm ilhom jirreġistraw u xi preparazzjoni qed jingħataw biex isibu impjieg?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta’ persuni b'diżabiltà ġewwa Għawdex li ġew impjegati minn Ġunju 2017 sa Settembru 2019 kien ta’ 40 li minnhom 16 kienu nisa u 24 irġiel. Il-Korporazzjoni ma tikklassifikax il-livell ta’ diżabiltà. Iċ-ċifra ta’ persuni b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex fl-aħħar ta’ Settembru 2019 kienet ta’ 43. It-tabella t’hawn taħt turi kemm ilhom jirreġistraw:
Persuni b’
diżabilt
à jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex
Kemm ilhom jirreġistraw
Settembru 2019
Inqas minn sena
29
Bejn sena u sentejn
5
Iżjed minn sentejn
9
Total
43
Rigward il-preparazzjoni li qed jingħataw, ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10434 li tagħti dettalji dwar diversi skemi u programmi li għandha Jobsplus li huma mmirati għal persuni b’diżabilità li jixtiequ jsibu impjieg ġewwa Għawdex.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11620, jista' l-Ministru jgħid sadanittant x'miżuri qed jittieħdu biex is-sit magħruf bħala ċ-Ċirku tax-Xagħra jiġi mħares mis-serq, vandaliżmu u mit-telqa li jinsab fiha? u
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-sit huwa mdawwar b’reċint tal-ħadid u l-ambjent tiegħu hu mmoniterjat.
Barra minn hekk, il-veġetazzjoni tiġi kkontrollata regolarment u ġie installat scaffolding sabiex jevita ħsarat f’każ ta’ xi ċaqlieq fil-blat.
Malta Public Transport Services Ltd – Karozzi tal-linja – vuċi elettronika li mhux taħdem
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10937, jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq il-karozzi tal-linja sa minn Ġunju 2017? Kemm-il darba nstab li l-vuċi elettronika li tħabbar il-waqfiet ma kenitx taħdem jew kienet qed taħdem ħażin? Saru kontrolli biex jiġi aċċertat jekk din il-vuċi elettronika kenitx ittranġat u kienet qed taħdem sew?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, l-Uffiċjali fi ħdan Transport Malta ta’ kuljum iwettqu numru ta’ spezzjonijiet li jinkludu spezzjonijiet fuq karozzi tal-linja. Dawn l-ispezzjonijiet li jsiru fuq il-karozzi tal-linja jinkludu saħħa u sigurtà kif ukoll rekwiżiti li bihom għandhom ikunu mgħammra il-karozzi tal-linja skont il-kuntratt. Dawni jinkludu il-vuċi elettronika.
Bejn Ġunju 2017 u Ottubru 2019 saru total ta’ 28,394 ispezzjoni fuq karozzi tal-linja. Minn dawn l-ispezzjonijiet instab li kien hemm 621 l-vuċi elettronika li ma kienetx qedgħha tiffunzjona jew tiffunzjona kif suppost.
Hekk kif kont infurmajt lil Kamra fir-risposta li ingħatat għal mistoqsija parlamentari bin numru 10937 wara li Transport Malta tinnotifika lil Operatur tat-Trasport Pubbliku b’tali nuqqasijiet jsiru spezzjoniet ulterjuri fuq dawn il-karrozzi tal-linja sabiex jiġi żgurat li t-tiswijiet neċċessarji jkunu saru.
Malta Public Transport Ltd – xufiera tal-karozzi tal-linja — lingwi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11770, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq ix-xufiera tal-karozzi tal-linja sa minn Ġunju 2017? Kemm-il darba nstab li xufiera m'għandhomx il-ħiliet biex jikkomunikaw bil-Malti jew bl-Ingliż? Jekk kien hemm każijiet bhal dawn, x'rimedju ġie applikat fid-dawl tal-ftehim mal-operatur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu bejn Ġunju 2017 u Ottubru 2019 saru total ta’ 12,333 spezzjoni fuq 2,363 xufier tal-karozzi tal-linja. Waqt dawn l-ispezzjonijiet l-Uffiċjali ta’ Transport Malta jiċċekkjaw li x-xufier huwa liċenzjat li jsuq karozzi tal-linja, li liebes l-uniformi kif ukoll li għandu kapaċitajiet bażiċi sabiex jikkomumunika bil-Malti jew bl-Ingliż.
Infurmat li waqt dawn l-ispezzjonijiet, fil-perjodu msemmi, kien hemm każ wieħed li x-xufier ma kienx kapaċi jifhem l-istruzzjonijiet li nagħtawlu mill-Uffiċċjal ta’ Transport Malta.
Persuni b’diżabiltà li ma jikkwalifikawx għall-blue badge
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kategoriji ta' persuni b'diżabiltà li ma jikkwalifikawx għall-blue badge u għaliex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex individwu ma’ jkunx eligibli għall-Blue Badge, jew irid li ma’ jkollux nuqqas ta’ mobilita` b’mod dirett jew indirett, jew ma’ jkunx għadu joħrog mir-residenza fejn jgħix.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – stennija għal servizz ta’ x-ray
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11357, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħd jekk is-servizz tal-ultrasound kienx disponibbli dejjem bejn l-20 u l-27 ta' Settembru 2019? Jekk le, jista’ jagħti d-dettalji?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-ultrasound fl-isptar Ġenerali t’Għawdex kien disponnibli fl-24 u fis-26 ta’ Settembru fil-ġimgħa msemmija minnu. Ultasounds urġenti ġew riferuti lill-isptar Mater Dei.
Malta Public Transport Ltd – xufiera tal-karozzi tal-linja — lingwi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm mix-xufiera tal-karozzi tal-linja impjegati ma' Malta Public Transport Services Ltd, jafu jikkomunikaw bil-Malti u bl-Ingliż, bl-Ingliż biss u bl-ebda waħda minn dawn il-lingwi? X'qed isir biex jiġi aċċertat li dawn ix-xufiera jkollhom l-abiltà li jikkomunikaw bil-Malti u bl-Ingliż jew tal-inqas bl-Ingliż?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, għal dawn l-aħħar sena u nofs, l-operatur tat-trasport pubbliku bi skeda m’huwiex jimpjega persuni bħala xufiera li ma jkunux kapaċi jikkomunikaw bil-Malti jew bl-Ingliz.
Fil-każ li minn spezzjonijiet li jsiru minn uffiċċjali ta’ Transport Malta jirriżulta li meta xi xufier ma jkunx kapaċi jikkomunika bil-Malti jew bl-Ingliż, l-Awtorità tieħu il-provvedimenti kif kontemplat fil-kuntratt.
Jista' l-Ministru jgħid x'diffikultà hemm biex is-siġar li jinsabu fi Pjazza Sant' Wistin fir-Rabat Għawdex jinżabru regolarment minn żmien għal żmien? Jista’ jgħid x'soluzzjoni qed jipproponi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li xogħlijiet f’Għawdex ma jaqghux taħt ir-responabbilità ta’ dan il-Ministeru u għaldaqstant għandu jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Il-Pitkalija t’Għawdex – kontenituri ta’ ħxejjex u frott
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk matul is-sena 2019 kienx hemm rapporti jew ilmenti rigward il-Pitkalija t’Għawdex dwar kontenituri ta’ ħxejjex u/jew frott li ma kinux nodfa? Jekk iva, kemm kien hemm rapporti xahar b’xahar u x’sar jew x’qed isir biex dawn ir-rapporti jew ilmenti jiġu indirizzati?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2019 id-Direttorat għall-Affarijiet Rurali ta’ Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ma irċieva l-ebda ilment fuq kaxxi tal-Pitkalija li ma kinux nodfa.
Ir-Rabat Għawdex – Housing Estates ta’ Taċ-Ċawla — lifts
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10940, jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-blokka fejn se jiġi stallat il-lift? Jista’ jgħid ukoll x’inhi r-raġuni għala lift se jiġi stallat f’blokka waħda biss?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lift ser ikun installat fi Blokk H, Bieb B, Triq taċ-Ċawla, r-Rabat Għawdex. Il-lift ser ikun installat f’din il-blokka għax l-applikazzjoni li ġiet sottomessa kienet valida u f’din il-blokka l-lift huwa possibbli li jsir.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-iskavi fis-sit taċ-Ċirku tax-Xagħra (magħruf ukoll bħala Xagħra Stone Circle jew Brochtorff Circle)? Jista' jagħti d-dettalji tal-arkeoloġisti nkarigati mill-iskavi? Kemm saru sezzjonijiet ta' skavi mis-sena 2013 sal-lum? Kemm damet kull waħda minn dawn is-sezzjonijiet? X'riżultati tanġibbli nkisbu mill-iskavi mis-sena 2013 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li kemm l-iskavi kif ukoll l-istudju tal-fdalijiet miksuba mis-sit għadhom għaddejin bħala parti minn proġett iktar estensiv ta’ konservazzjoni u mmaniġġjar tas-sit. L-arkeologi inkarigati mill-iskavi huma kollha arkeologi kwalifikati li jaħdmu ma’ Heritage Malta u s-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali.
Saret sessjoni ta’ skavi fl-2018 biex tinvestiga l-istat ta’ konservazzjoni tas-sit, u oħra fl-2019 biex tinvestiga żona partikolari li fl-2018 instab li fiha fdalijiet konsiderevoli. Fl-2018 l-iskav dam ġimgħa, u fl-2019 l-iskav dam ġimagħtejn.
Dawn is-sessjonijiet huma qosra għax fl-2018 l-għan ewlieni kien li jkun evalwat l-istat ta’ preservazzjoni tas-sit, waqt li fl-2019 instabu fdalijiet konsiderevoli li jridu jiġu studjati qabel ma ssir is-sessjoni li jmiss tal-iskav. Il-fdalijiet li nstabu fl-2019, li kienu jinkludu ghadam uman u oġġetti oħra, qed jiġu studjati u l-informazzjoni li tinkiseb minnhom se tintuża biex jitfassal ix-xogħol għall-2020.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-preżent hemmx Learning Support Educators li qed jaħdmu f'Għawdex biss minħabba raġunijiet umanitarji jew ta' saħħa? Jekk dan hu l-każ, kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Dejjem jekk dan hu l-każ, jista' jindika wkoll kemm minnhom għandhom kundizzjoni permanenti u kemm minnhom għandhom kundizzjoni temporanja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li bħalissa hemm 15-il Learning Support Educator (LSE) li qegħdin Għawdex on medical/humanitarian grounds. Dawn huma kollha nisa ħlief għal raġel wieħed.
Minn dawn l-LSEs:
tnejn (2) telgħu din is-sena għax qed jagħmlu terapija;
ħamsa (5) qegħdin Għawdex minħabba li għandhom diżabilità jew kundizzjoni li m'hemmx fejqan għaliha;
sitta (6) iridu jitilgħu l-Bord Mediku kull sena;
tnejn (2) oħra li l-Bord Mediku ddeċieda li jistgħu jibqgħu jaqdu d-dmirijiet tagħhom ta’ LSEs. Bħalissa dawn iż-żewġ persuni mhumiex jissapportjaw studenti.
Għawdex – Pitkalija – kontenituri ta’ ħxejjex u frott mhux nodfa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2019 kienx hemm rapporti jew ilmenti kwantu l-Pitkalija t'Għawdex dwar kontenituri ta' ħxejjex u/jew frott li ma kinux nodfa? Jekk iva, kemm kien hemm rapporti xahar b'xahar u x'sar jew x'qed isir biex dawn ir-rapporti jew ilmenti jiġu indirizzati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pitkalija t’Għawdex taqa’ taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Għawdex – Għajnsielem – Miżuri ta’ sigurtà għat-traffiku fi Triq l-Imġarr
Question
Fid-dawl tal-inċidenti riċenti li seħħew fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu jew beħsiebu jieħu l-Gvern jew l-entitajiet tiegħu biex tiġi indirizzata l-problema ta' sewqan eċċessiv jew abbużiv f'din it-triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, Transport Malta ppreparat ‘upgrading’ tat-Traffic Management ta’ t-triq msemmija. Dan l-eżerċizju tat-‘Traffic Management’, jinkludi ukoll ‘traffic calming measures’ differenti skont il-bżonn, u ġie mogħddi lill-Ministeru ta’ Għawdex u qed jiġi mplimentat.
Belt Valletta – Barrakka t’Isfel – manutenzjoni tal-qanpiena
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament x'manutenzjoni ssir fis-sit fejn tinsab il-qanpiena l-kbira taħt il-Barrakka t'Isfel ġewwa l-Belt Valletta? Kif qed jiġi reklamat is-sit mill-Gvern? Kemm-il darba fis-sena tindaqq il-qanpiena msemmiha biex jitfakkru l-vittmi tal-gwerra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-manutenzjoni ta’ dan il-post qed issir mill-Valletta Management Unit fi ħdan Heritage Malta bl-għajnuna diretta tal-Cleansing and Maintenance Division. Dan il-post huwa inkluż fil-kumplament tar-reklamar li jsir dwar il-Belt Valletta bħala attrazzjoni turistika u Sit ta’ Wirt Dinji. Bħalissa għaddejja evalwazzjoni minn Heritage Malta sabiex jinstab l-aħjar metodu ta' intervent fuq il-qanpiena mingħajr il-ħtieġa li jiżżarma l-monument.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Parlament dwar min ħa ħsieb jorganizza l-attività 'Għawdex #Inħobbok Concert' li seħħ nhar is-16 ta' Frar 2019? Tista’ tagħti d-dettalji tan-nefqa għal din l-attività permezz ta' lista itemized u ta' min kien/u s-supplier/s?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija attivita’ tal-Ministeru għal Għawdex taħt il-miżura tal-baġit ‘Festivals Tematiċi’. L-ispiża totali ammontat għall-EUR 29,561.