Legislature:
Category:
Reset
Active:

Assistance and Rescue Officers — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13487 u ċjoè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13343, jista' l-Ministru: a) jgħid kemm mill-253 persuna li kkwalifikaw biex ikunu intervistati, ma għaddewx mill-Personal Assessment/Preliminary Interview; b) iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li għaliha qed jirreferi l-Jr-ruling, inkluża ċ-ċirkulari bis-sejħa u l-kriterji għall-applikazzjonijiet; u c) jagħti d-dettalji tal-impasse li jissemma fil-Jr-ruling?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 60 persuna li l-Public Service Commission iddeċidiet li għandhom ikunu intervistati fi stadju ieħor wara r-rappreżentazzjonijiet li saru quddiemha. Id-dokumenti relevanti qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra u jinkludu spjegazzjoni ċara għall-mistoqsijiet li qed jagħmel l-onor. interpellant.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri Għawdxin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri Għawdxin miżmuma fil-preżent ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Għal liema reati ġew ikkundannati dawn il-priġunieri?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għandna 24 priġunier li huma Għawdxin, li minnhom 2 huma nisa. Il-lista ta’ reati li dawn il-priġunieri ġew akkużati bihom qiegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex – tower cranes

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13437, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji jew regolamenti jsegwu l-kunsilli lokali meta jiġu biex jiddeċiedu x'miżati jimponu fuq persuni li joperaw tower cranes fil-lokalitajiet tagħhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miżati li l-Kunsilli Lokali japplikaw għal-permessi sabiex persuna topera tower crane fil-lokalità huma regolati minn Leġislazzjoni Sussidjarja 441.04 ‘Regolamenti dwar attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsill Lokali’, b’mod speċifiku regolament 8 u skeda B ta’ dawn ir-regolamenti.

ARMS Ltd — skema ta' irtar kmieni

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk reċentement f'ARMS Ltd kienx hemm skema ta' irtirar kmieni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm applikaw għaliha, x'karigi kellhom dawk li applikaw u x'kundizzjonijiet riedu jiġu sodisfatti biex wieħed isir eliġibbli? Jista' jgħid kemm kienet is-somma globali ta' flus li ħadu dawk li kkwalifikaw?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumpanija ARMS Ltd nediet skema volontarja ta’ irtirar kmieni bi ftehim mal-GWU fl-aħħar tas-sena 2019. Għal din l-iskema setgħu japplikaw dawk il-ħaddiema kollha li għalqu 58 sena sal-aħħar tal-2019 u li kellhom ukoll minimu ta’ 5 snin servizz mal-ARMS u/jew mal-WSC. L-applikanti kienu 6 u l-karigi tagħhom kienu ta’ Agents, Lead Agents, u Senior Lead Agents . Is-somma globali kienet tammonta għal-€162,010.10.
Leg 13 PQ #13712 Sitting 318 2020-04-20 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

COVID-19 — Ħaddiema ntitolati li jirċievu flus bil-miżuri tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti garanzija lill-ħaddiema li huma ntitolati li jirċievu flus taħt il-miżuri mħabbra mill-Gvern kwantu COVID-19, li effettivament se jkunu qed jirċievu dawn il-flus żgur? Ladarba dawn il-flus se jgħaddu minn idejn min iħaddem, jista’ jgħid ukoll kif tali flus se jkunu protetti f'każ li jkun inħareġ mandat ta' sekwestru minn terzi kontra min iħaddem?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.

COVID-19 — Ħaddiema intitolati li jirċievu flus bil-miżuri tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti garanzija lill-ħaddiema li huma ntitolati li jirċievu flus taħt il-miżuri mħabbra mill-Gvern kwantu COVID-19, li effettivament se jkunu qed jirċievu dawn il-flus żgur? Ladarba dawn il-flus se jgħaddu minn idejn min iħaddem, jista’ jgħid ukoll kif tali flus se jkunu protetti f'każ li jkun inħareġ mandat ta' sekwestru minn terzi kontra min iħaddem?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-garanziji li hemm bħalissa sabiex jiġi assigurat li kull impjegat jieħu l-paga li jkun dovut, se jkunu qed jgħoddu f’dan il-każ ukoll.

Għawdex – imxija tal-Coronavirus

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega lill-Parlament dwar dan li ġej in kwantu Għawdex u l-imxija tal-Coronavirus: a. Kemm sodod eżattament tħejjew f’Għawdex u kemm minnhom huma għall-kura intensiva? b. Kemm hemm bżonn li jiġi ingaġġat jew inkella miġjub staff ġdid kwantu dawn is-sodod? c. Liema mill-pazjenti Għawdxin milquta mill-virus ser ikunu qed jiġu trasferiti Malta għall-kura u liema ser jinżammu fis-sodod preparati f’Għawdex? d. Għaliex il-pazjenti mhux ser ikunu qed jiġu trasferiti bl- air ambulance li għadu kemm ġie inawgurat? e. X’miżuri qed jittieħdu biex waqt it-traġitt bl-art tal-pazjenti, jiġi protett l-istaff tal-vapur/i tal-Gozo Channel u l-pubbliku in ġenerali? f. Veru li l-anzjani residenti f’Dar Sant’Anna ser jiġu rilokati għal post alternattiv u jekk iva, jekk hux kollha kemm huma, fejn u meta? g. Hemm ħsieb li f’Għawdex isir swab hub ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-isptar Ġenerali t’Għawdex qed jitħejjew 123 sodod u 13 għal kura intensiva għal pazjenti Covid. L-istaff ser jiġi deployed skont il-bżonnijiet li ser ikunu qed jinqalgħu. L-isptar Ġenerali t’Għawdex huwa lest li jilqa’ lill pazjenti Covid. Id-deċiżjoni dwar min u kif jiġi ttrasportat pazjent bejn l-isptar ta’ Għawdex u l-isptar Mater Dei hija deċiżjoni klinika meħuda b’mod konġunt mit-timijiet mediċi taż-żewġ sptarijiet, dejjem fl-aħjar interess tal-pazjent partikulari u skont protokolli stabbiliti. Fil-ġimgħat li ġejjin, l-maġġoranza tal-anzjani residenti f’Dar Sant’Anna ser jiġu rilokati għal ġo binja oħra li tinsab qrib l-istess sptar. Mil-ġimgħa l-oħra beda’ jiffunzjona testing hub għal noval Coronavirus ġo Għawdex.

Air ambulance

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jispjega lill-Parlament minn meta ser jibda jopera l-air ambulance bejn Malta u Għawdex kif imħabbar reċentement? Jista’ jgħid ukoll l-air ambulance fejn eżattament, ser ikun qed jinżel f’Malta u f’Għawdex? Min ser ikun qed jopera dan is-servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-air ambulance tnieda f'Awwissu tal-2016. Dan is-servizz ġie aġġornat fid-19 ta' Marzu ta’ din is-sena. Is-servizz aġġornat tal-air ambulance jinkludi l-akkwist ta' 2 ħelikopters tat-tip Airbus Helicopter EC135, li huwa l-iktar tip komuni ta' ħelikopter li jintuża għal air ambulance madwar id-dinja. L-operatur ta’ dan is-servizz huwa Gulfmed Aviation Services.

COVID-19 — Sptar Ġenerali ta’Għawdex – servizz tal-Chemotherapy

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jispjega lill-Parlament jekk hux minnu li minħabba l-preparamenti li qed isiru in vista tal-imxija tal-Coronavirus, is-servizz tal-Chemotherapy mhux ser jibqa jingħata mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jekk iva, minn fejn ser jibda jingħata dan is-servizz lill-pazjenti f’Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-kimoterapija ser jibqa jingħata lill pazjenti Għawdxin. Saru preparamenti biex dan is-servizz ikun jista’ jingħata minn parti tal-iskola medika ta’ Barts li hi biswit l-isptar.

COVID-19 — Ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Peress li l-anzjani u l-persuni b’diżabilità ngħataw il-parir mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex ma joħorġux minn darhom biex jevitaw li jimirdu bil-Coronavirus u peress li ħafna minn dawn il-persuni s-soltu jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma biss billi jmorru personalment fl-uffiċji tal-ARMS, jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament x’ser tkun il-pożizzjoni kwantu dawn il-persuni jekk jispiċċaw f’sitwazzjoni fejn ma jkunux jistgħu jħallsu l-kontijiet? Jista’ jagħti garanzija li sakemm iddum l-imxija tal-Coronavirus, dawn il-persuni ma jeħlux imgħaxijiet jew charges u lanqas jitwaqfilhom is-servizz tal-ilma u d-dawl?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ARMS għandha sistemi differenti ta' ħlasijiet mingħajr il-bżonn li l-konsumatur ikollu jmur personalment l-uffiċini tagħha. Sadanittant l-ARMS qed tesplora l-possibiltajiet kollha kif f’dawn iż-żminijet diffiċli tkun tista tgħin lill-konsumatur. Min ikollu xi diffikultà jista jagħmel kuntatt mal-customer care permezz tat-telefon (8007 2222) jew jibgħat email (customercare@arms.com.mt).

Corona Virus — Korp tal-Pulizija – miżuri biex anzjani u persuni vulnerabbli ma jiġux misruqa jew abbużati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Korp tal-Pulizija biex anzjani u persuni vulnerabbli oħra ma jiġux misruqa jew abbużati b'xi mod ieħor minn persuni bla kuxjenza bl-iskuża ta' servizzi mogħtija minħabba jew inkonnessjoni mal-coronavirus (Covid-19)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax li sal-lum kien hemm rapporti minn persuni anzjani jew vulnerabbli li ġew misruqa jew b’xi mod ieħor abbużati kif indikat f’din id-domanda mill-onorevoli interpellant. Għalkemm bħalissa l-impenji tal-Pulizija żdiedu drastikament, is-servizz lill-komunità baqa’ jingħata bħal dejjem u dan jinkludi t-tkomplija ta’ patrols madwar dawn il-gżejjer. Il-Pulizija tħeġġeġ lill- persuni anzjani jew vulnerabbli biex ikunu viġilanti dwar lil min jafdaw u li jekk dawn ikollhom imqar suspett għandhom jirrapurtaw mill-ewwel anke permezz ta’ telefonata, bħalma dejjem sar.
Leg 13 PQ #13486 Sitting 313 2020-03-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IIP – fondi mogħtija lill-NGOs

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-fondi li kien hemm fil-fond għall-kontribuzzjonijiet tal-Programm taċ-Ċittadinanza b'Investiment fis-sena 2018, kemm kien l-ammont ta' flus li ngħataw minn dan il-fond lill-Għaqdiet Mhux Governattivi? Liema huma l-Għaqdiet li ngħataw dawn il-flus u kemm ingħataw flus?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li ma ngħataw l-ebda fondi mill-fond għall-kontribuzzjonijiet tal-Programm taċ-Ċittadinanza b'Investiment lill-Għaqdiet Mhux Governattivi fis-sena 2018.

Assistance and Rescue Officers — ingaġġ

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13343, jista' l-Ministru: a) jgħid kemm mill-253 persuna li kwalifikaw biex ikunu intervistati, ma għaddewx mill- Personal Assessment / Preliminary Interview ; b) iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-korrispondenza kollha li għaliha qed jirreferi l-Jr-ruling, inkluża ċ-ċirkulari bis-sejħa u l-kriterji għall-applikazzjonijiet; u c) jagħti d-dettalji tal-impasse li jissemma fil-Jr-ruling?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Tfal f’risku ta’ faqar

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13191, jista' l-Ministru jgħid kemm naqas in-numru ta’ 17,000 tfal f’riskju ta’ faqar, wara li ġew jew bdew jiġu implimentati l-miżuri elenkati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-aħħar statistika dwar tfal f’riskju ta’ faqar (At Risk of Poverty – din ibbażata fuq id-dħul tal-familji) ippublikata mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika hija dik tal-2018. L-istatistika ppubblikata, meta kkomparata ma’ dik maħruġa fl-2013, f’termini numeriċi turi li n-numru ta’ tfal f’riskju ta’ faqar naqas b’1,027 bejn l-2013 u l-2018. Filwaqt li fl-2013 kien hemm 18,233 tifel jew tifla f'riskju ta’ faqar f'pajjiżna, fl-2018 kien hemm 17,206. F’termini perċentwali dan juri tnaqqis ta’ 2.4 punti perċentwali, hekk kif minn 24% fl-2013, inżilna għal 21.4% fl-2018. L-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika, tinkludi ukoll ċifri dwar tfal li qed jgħixu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali f’pajjiżna (At Risk of Poverty or Social Exclusion – din ibbażata kemm fuq id-dħul tal-familji u wkoll iċ-ċaħda minn affarijiet essenzjali). Dawn juru tnaqqis ta’ 5,905 tifel u tifla bejn l-2013 u l-2018. In-numru ta’ tfal li qed jgħixu f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali naqas minn 24,300 fl-2013 għal 18,395 fl-2018. F’termini perċentwali dan ifisser li li t-tfal f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali f’pajjiżna naqsu minn 32% fl-2013 għal 22.8% fl-2018, bi tnaqqis totali ikun dak ta’ 9.2 punti perċentwali.
Leg 13 PQ #13489 Sitting 313 2020-03-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċittadini li qed jistennew biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ċittadini li sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, għamlu talba u qed jistennew biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani f’Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 13402.

Corona Virus — Servizz ta’ sostenn minn psikologu lit-tfal tal-iskola

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkonsidra għoti ta' servizz ta' sostenn minn psikologu lit-tfal tal-iskola, issa li l-iskejjel jinsabu magħluqa u din il-bidla hekk radikali fir-rutina tagħhom, tista' tikkawża disturbi lil xi wħud minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Bħalma l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħa ħsieb u intervjena biex ikun jista’ jsir tagħlim onlajn u jinfetaħ Ċentru għat-tfal ta’ nurses u tobba involuti fis-servizzi mediċi tant essenzjali f’dawn iċ-ċirkostanzi partikolari, nista’ nikkonferma li qed isiru preparamenti ukoll biex ikun disponibbli servizz għall-istudenti li jeħtieġu s-sapport emozzjonali, morali u psikoloġiku.
Leg 13 PQ #13521 Sitting 313 2020-03-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Corona Virus — Gozo Channel – ordnijiet waqt it-traġitti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-coronavirus (Covid-19), il-kumpanija Gozo Channel hiex tikkonsidra li sabiex ma jinfirixx dan il-virus, tagħti ordnijiet biex waqt it-traġitti tal-vapuri, il-passiġġieri li jkunu qed jivvjaġġaw bil-vettura jibqgħu fl-istess vettura?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Meta wieħed jikkonsidra li l-vapuri mhux qed ikollhom daqstant passiġġiera abbord, huwa suġġerit li l-passiġġiera jżommu d-distanza, apparti li jieħdu l-miżuri neċessarji, skont kif rakkomandat mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Infakkar ukoll li qiegħed isir screening ta’ kull passiġġier li jitla’ abbord, kemm bir-riġel kif ukoll bil-vettura, kemm mit-terminal taċ-Ċirkewwa kif ukoll mit-terminal tal-Imġarr. Apparti dan, fid-dawl taċ-ċirkustanzi, il-vapuri qed iħallu l-bibien kollha miftuħa sabiex ikun hemm kuntatt minimu bejn il-persuni u l-handrails kif ukoll għall-ventilazzjoni naturali minflokk l-użu tal-airconditioners. Infakkar ukoll li l-vapuri qed jiġu iffumigati kull lejl. Sa issa jidher li dawn il-prekawzzjonijiet qed jagħtu l-frott mixtieq. Irrid ngħid ukoll li mill-lum, l-iskeda tal-Gozo Channel inbiddlet u t-traġitti naqsu b’40%

Tfal f'riskju tal-faqar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hemm tfal f'riskju ta’ faqar f'pajjiżna u f'liema lokalità qed jgħixu? X'qiegħed isir sabiex ikunu jistgħu jiġu megħjuna dawn it-tfal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont l-aħħar statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika, maħruġa fl-2018, (NSO News Release EU-SILC 2018: Salient Indicators), turi li huwa stmat li hemm 17,000 tifel jew tifla f'riskju ta’ faqar f'pajjiżna. Il-maġġoranza ta’ dawn it-tfal f’riskju ta’ faqar ġejjin mir-reġjuni tal-Port il-Kbir (Northern Harbour u Southern Harbour) u fix-Xlokk tal-Lvant tal-pajjiż (South Eastern). Sabiex ikunu jistgħu jiġu mgħejjuna dawn it-tfal, minbarra t-twaqqif ta’ diversi liġijiet li jissalvagwardjaw il-benessere tat-tfal bħal: Kapitolu 327 – Att Dwar l-Edukazzjoni; Kapitolu 318 – Att Dwar is-Sigurta` Soċjali, u Kapitolu 495 – Att Dwar l-Amministrazzjoni tal-Adozzjoni, il-benessere tat-tfal ġiet imsaħħa ukoll permezz ta’ diversi strateġiji u dokumenti ta’ politika nazzjonali fosthom; Il-Politika Strateġika Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklu¿joni Soċjali 2014-2024, fejn it-tfal vulnerabbli u f’riskju ta’ faqar huma wieħed mill-gruppi ta’ mira, kif ukoll il- Politika Nazzjonali għat-Tfal. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li abbażi ta’ dawn l-inizjattivi, matul dawn l-aħħar snin, il-Gvern implementa numru ta’ miżuri bil-għan li jgħin tfal f’riskju ta’ faqar. Lista ta’ dawn il-miżuri u servizzi li ġew introdotti u implimentati matul dawn l-aħħar snin, bil-għan li jgħinu lit-tfal li qegħdin f’riskju ta’ faqar b’mod dirett jew indirett qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #13402 Sitting 309 2020-03-12 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Djar tal-Anzjani

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13088, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ċittadini li sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija, għamlu talba u qed jistennew biex jidħlu f'dar tal-anzjani ġewwa Għawdex? Jista' jgħid ukoll kemm ċittadini ngħataw post f'dar tal-anzjani ġewwa Għawdex sa minn meta l-Ministeru għal Ghawdex beda jieħu ħsieb dan il-qasam? Jista' jgħid ukoll kemm postijiet ingħataw għal kull waħda mid-djar tal-anzjani f'Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Ottubru 2017 sal-lum, 38 anzjan daħlu f' Villa San Lawrenz. Id-domanda mistennija tikber hekk kif tkun lesta Dar San Ġużepp.

Aġenzija Sapport: Stennija għaċ-Ċentri ta' Matul il-Jum u Djar Residenzjali

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13087, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm djar residenzjali fil-komunità ppjanati li jinfetħu u fejn jinstabu? Jista' jagħti d-dettalji tal-ftehim ma' diversi entitajiet non governattivi u s-settur privat li jipprovdu servizzi residenzjali, li lejhom persuni b'diżabilità jistgħu jiġu riferuti, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Aġenzija Sapport fil-preżent qed twettaq xogħol fuq żewġt idjar għal persuni b’diżabilità bħala parti mill-Proġett Soċjetà Ġusta. Dawn ir-residenzi jinsabu ġewwa ż-Żurrieq u l-Qrendi. Ir-residenza taż-Żurrieq mistennija tiftaħ lejn l-aħħar tas-sena 2020, filwaqt li dik ġewwa l-Qrendi hija proġettata li tinfetaħ lejn nofs l-2021. L-Aġenzija Sapport, minbarra li tmexxi numru ta’ djar residenzjali f’isimha, għandha wkoll ftehim ma’ diversi entitatajiet privati u non-governattivi sabiex tkabbar l-provista’ ta’servizzi residenzjali fil-kommunita’. Ir-residenzi imsemmija huma dawk elenkati fit-tabella t’hawn taħt: Residenza Entità Numru ta’ persuni b’diżabilit à Dar Shalom, Żurrieq Dar tal-Providenza 5 Dar il-Ġublew tal-Ħniena, Għajnsielem, Għawdex Fondazzjoni Arka 5 Dar Merħba, Fgura Fondazzjoni Wens 10 Dar l-Abilità, Kalkara Fondazzjoni Wens 6 Dar Bjorn, Qormi ALS Malta Foundation 13 L-Akkwarell, Qawra Dar tal-Providenza 3 Dar Pirotta, Birkirkara Dar tal-Providenza 10 Fondazzjoni Ħajja Indipendenti, Naxxar Fondazzjoni Ħajja Indipendenti 1 Dar Arka, Għajnsielem, Għawdex Fondazzjoni Arka 10 Dar il-Wens, Kalkara Fondazzjoni Wens 19 Dar Nazaret Fondazzjoni Nazaret 10 Dar Madre Tereża Fondazzjoni Nazaret 9 Dar l-Arċipriet Degebriele Fondazzjoni Nazaret 9 Casa Apap Bologna, Mosta ĦILA Homes 24