Legislature:
Category:
Reset
Active:

COVID-19 — Kirjiet ta' proprjetà pubblika – tħaffif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux kirjiet ta' proprjetà pubblika lil negozji, entitajiet privati jew volontarji jew inkella persuni privati, li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu? Jekk iva jista' l-Ministru jgħid jekk għandux pjanijiet biex il-piż ta' dawn il-kirjiet jitħaffef minn fuq il-kerrejja sakemm itul l-effett ta' COVID-19? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji ta' dawn il-pjanijiet?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali m’ għandux proprjeta’ mikrija lil negozji, entitajiet privati jew volontarji, jew inkella persuni privati.
Leg 13 PQ #14215 Sitting 328 2020-05-11 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

COVID-19 — Kirjiet ta' proprjetà pubblika – tħaffif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux kirjiet ta' proprjetà pubblika lil negozji, entitajiet privati jew volontarji jew inkella persuni privati, li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu? Jekk iva jista' l-Ministru jgħid jekk għandux pjanijiet biex il-piż ta' dawn il-kirjiet jitħaffef minn fuq il-kerrejja sakemm itul l-effett ta' COVID-19? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji ta' dawn il-pjanijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

COVID-19 — Kirjiet ta' proprjetà pubblika – tħaffif

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jeżistux kirjiet ta' proprjetà pubblika lil negozji, entitajiet privati jew volontarji jew inkella persuni privati, li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha? Jekk iva tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex pjanijiet biex il-piż ta' dawn il-kirjiet jitħaffef minn fuq il-kerrejja sakemm itul l-effett ta' COVID-19? Jekk iva, tista' tagħti d-dettalji ta' dawn il-pjanijiet?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li l-Bord tad-Diretturi ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi iddeċieda li jissospendi l-ħlas ta’ żewġ kirjiet sakemm dawn il-postijiet ikunu jistgħu jerġgħu jiftħu għall-pubbliku.

Wied Inċita – barriera – rimi ta’ skart ta’ kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: a. Jekk għadux fi ħsiebu li jawtorizza r-rimi ta' skart tal-kostruzzjoni fil-baħar u jekk iva, fejn u f'liema kwantità; b. Għala, kif imħabbar fit-28 ta' April 2020, intgħażlet barriera f'Wied Inċita biss biex fiha jintrema skart tal-kostruzzjoni; c. Għaliex barrieri oħra msemmija mill-istess Ministru, ma ntgħażlux biex ukoll jilqgħu fihom skart tal-kostruzzjoni; d. Jekk il-barriera ta' Wied Inċita hux se tkun qed tilqa’ fiha biss skart tal-kostruzzjoni tat-toroq; u e. Jekk saritx konsultazzjoni qabel ma ntgħażlet il-barriera ta' Wied Inċita u jekk iva ma’ min?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi r-rimi ta’ skart tat-kostruzzjoni fil-baħar ilu sa mill-1997 li huwa permessibli li jsir taht proċeduri stipulati. Jien ninsab infurmat li tali rimi hu jkun ikkunsidrat biss għal materjal ġeoloġiku li jkun nadif u ghal dan il-ghan jista’ jintalab studji analitiku fuqu biex ikun ikkonfermat il-kompo¿izzjoni tiegħu. Is-sit permess għal tali rimi huwa ˊl barra mill-port il-Kbir. In kwantu tal-barriera f’Wied Inċita li rrefera ghaliha l-Onorevoli Interpellant, irrid nghid li din il-barriera ila bil-permess għall-irdim u riċiklaġġ ta’ skart mill-kostruzzjoni sa mill-1998. Mhux l-kaz li l-Gvern għa¿el din il-barriera partikolari. Il-fatt huwa li wara li jien personalment, flimkien mar-regolaturi, ltqajt ma’ numru sostanzjali ta’ sidien ta’ barrieri u anke mal-Malta Developers Association, l-operatur tal-barriera imsemmija minn rajh għa¿el li jerġa’ jibda jaċċetta l-materjal ta’ kostruzzjoni fil-barriera tiegħu. Ma’ din il-barriera hemm barrieri oħrajn li huma permessi li jaċċettaw skart mill-kostruzzjoni u dwar dan ser naghti i¿jed informazzjoni fit-twegiba ghall-Mistoqsija Parlamentari 14155.

Barrieri għal skart tal-kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta' fejn, lokalità b'lokalità f'Malta u Għawdex, jinsabu l-barrieri msemmija minnu u li jistgħu jilqgħu skart tal-kostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

COVID-19 — Swabs

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jinforma lill-Parlament kemm hu t-total ta’ swabs b’relazzjoni mal-imxija tal-COVID-19 li saru f’Għawdex sal-jum li fih tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm hi l-medja ta’ swabs li jsiru kuljum? Kemm hi l-medja taż-żmien biex joħroġ ir-riżultat ta’ dawn is-swabs u kif iqabbel din mal-medja ta’ swabs meħuda f’Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ewwel swab minn Għawdex ittieħed fit-3 ta’ Marzu ta’ din is-sena u minn dak inhar in-numru ta’ swabs żiedu bil-bosta u fl-aħħar xahar qed joqorbu l-mija kuljum. Għalhekk t-total ta’ swabs li ttieħdu mill-gżira Għawdxija sal-4 ta’ Mejju kien 2,021. Peress li dawn l-iswabs jinħadmu flimkien u bl-istess analyser tas-swabs li joriġinaw minn Malta, l-analiżi fil-laboratoju hija l-istess għaż-żewġ gżejjer. Ninfurmah ukoll illi il-kampjuni jiġu trasferiti regolarment matul il-ġurnata minn Għawdex għal Malta.

Xagħra Għawdex – proġett ta’ Park tal-familja

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Parlament f’liema stadju wasal il-proġett ta’ Park tal-familja mwiegħed li jsir fl-ex-sit tal-miżbla tal-Qortin ġewwa x-Xagħra Għawdex? Jista’ jagħti data ta’ meta jqis li dan il-park ser ikun lest u jinfetaħ għall-pubbliku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nixtieq nikkonferma li jien kommess li s-sit fejn kien hemm l-mizbla tal-Qortin gewwa x-Xaghra f’Ghawdex ikun riabilitat sabiex ikun jista’ jinfetah ukoll ghall-pubbliku. Sadanittant l-applikazzjoni u l-pjanti li kienu gew sottomessi mill-WasteServ mal-Awtorita’ tal-Ippjanar gew riveduti wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni għal Persuni b’Diżabilità. Din l-applikazzjoni qed tkun pprocessata mill-Awtorita’ tal-Ippjanar izda jidher li ghad trid tinghata l-clearance mill-Awtorita’ tal-Artijiet bhala sidt l-art. Sadanittant t-tender tax-xoghlijiet hija ppreparatha u tkun tista’ tinhareg hekk kif jinhareg il-permess ta’ zvilupp.

Rilokazzjoni tal-pompi tal-fuel

Question

Wara li ħabbar il-policy għar-rilokazzjoni tal-pompi tal-fuel, jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament: 1) X'inċentivi ser jagħti l-Gvern lis-sidien tal-pompi biex dawn jagħmlu aktar kuraġġ u jirrilokaw? 2) Kemm minn dawn l-inċentivi ser jippremjaw lil min jieħu inizjattivi li jirrispettaw l-ambjent bħal ngħidu aħna l-istallazzjoni ta' fast chargers għal vetturi elettriċi? 3) X’ser isir mill-applikazzjonijiet għal rikolazzjoni li kienu ġew preżentati taħt il-kriterji tal-policy preċedenti bl-aspettattiva li jibbenefikaw minn dawk il-kriterji u li issa nbidlu? 4) Fid-dawl li l-Gvern qed iħares lejn it-tmiem ta’ fuels tradizzjonali bħal petrol u d-diesel, xi pjan għandu l-Gvern biex il-pompi li jiġu rilokati jkunu preparati wkoll għal qalba meta tiġi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li peress li din qed tirregola zvilupp fuq l-art, l-Fuels Stations Policy l-gdida (tal-2020) hija limitata ghall-konsiderazzjonijiet ta’ ambjent u ppjanar u bhala tali ma tidholx fil-mertu ta’ incentivi jew mod iehor sabiex ikun inkoraggut rilokazzjoni fil-qafas tal-imsemmija policy. F’dan il-mument mhumiex kontemplati incentivi bhal dawk li qed jirreferi ghalihom l-Onorevoli Interpellant. Kif kont habbart pubblikament kull applikazzjoni li seta’ kien hemm quddiem l-Awtorita’ jew li ghad trid issir ghall-pompi tal-fuel trid tkun regolata mill-Fuels Stations Policy l-Gdida. Infakkar li l-applikazzjonijiet ghal rilokazzjoni tal-pompi tal-fuel li kien hemm qabel ma dahlet il-policy l-gdida kienu kollha sospizi min-naha tal-applikanti. F’kaz li l-applikanti jiddeciedu li l-applikazzjoniiet ma jibqghux sospizi biex jitkompla l-process, jew inkella f’kaz li jghaddi iz-zmien ta’ sospenzjoni kif indikat f’AL 162/16, l-Awtorita ta’ l-Ippjanar hija obbligata li terga tevalwa mill-gdid dawn l-applikazzjonijiet fid-dawl tal-linja gwida vigenti hekk kif titlob l-istess Fuel Stations Policy Guidance tal-2020. Dwar l-ahhar parti tal-mistoqsija infakkar li l-Gvern waqqaf Kummissjoni inter-ministerjali mmexxija mill-Onorevoli Dr Miriam Dalli MEP sabiex, wara li anke jsiru l-istudji mehtiega, ttirrakkomanda lill-Gvern data minn meta kull karozza li tidhol fis-suq Malti trid tkun wahda nadifa u ma tkunx tahdem bi fuels tradizzjonali. Il-Kummissjoni ghadha ghaddejja bix-xoghol u r-rakkomandazzjonijiet taghha inkluz dawk infrastrutturali.

Kunsilli lokali – applikazzjonijiet għall-permess ta’ bini

Question

Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament x’mezz u riżorsi qed ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-kunsilli lokali biex dawn ikunu infurmati dwar l-applikazzjoni għall-permessi tal-bini fil-lokalitajiet amministrati minnhom, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu monitoraġġ ta’ dawn l-applikazzjonijiet u f’każ li jħossu l-bżonn jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm il-permessi jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ Ministeru ieħor, il-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, wara li ġie nfurmat bis-sitwazzjoni intervjena u qed jara x’jista’ jsir biex il-Kunsilli Lokali jistgħu jkunu nfurmati aktar. Diġà hemm ftehim fejn l-Awtorità dwar l-Ippjanar qed iżomm il-Kunsilli Lokali informati.
Leg 13 PQ #14105 Sitting 325 2020-05-04 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Xagħra Għawdex – Triq tal-Qaċċa — xogħol

Question

B’referenza għal rappurtaġġ fil-media fis-27 ta’ April 2020, jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament x’xogħol se jsir eżattament fi Triq tal-Qaċċa fix-Xagħra Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm ġej jiswa dan ix-xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol jikkonsisti f’manutenzjoni ta’ parti mit-triq li kienet saritilha l-ħsara maż-żmien. Bħalissa qed jiġu miġbura l-kontijiet.
Leg 13 PQ #14106 Sitting 325 2020-05-04 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Xagħra Għawdex – Għar ta’ Kalipso — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament f’liema stadju waslu x-xogħlijiet fis-sit tal-Għar ta’ Kalipso fix-Xagħra Għawdex? Meta hu maħsub li dan is-sit jerġa jinfetaħ għall-pubbliku?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħda titħejja applikazzjoni biex tiġi sottomessa mal-Awtorità tal-Ippjanar għax-xogħlijiet neċessarji li hemm bżonn jitwettqu biex jiġi kkonsolidat l-għar. Dan ikun jista jerga’ jinfetaħ għall-pubbliku meta jitlestew ix-xogħlijiet.
Leg 13 PQ #14107 Sitting 325 2020-05-04 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Xagħra Għawdex – toroq asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm-il triq ġiet jew ser tiġi asfaltata, totalment jew parzjalment fix-Xagħra Għawdex matul din il-leġislatura? Kemm hi n-nefqa finali jew stmata għal kull triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għamel major patching f’Xagħra Road li mistenni jiġi jiswa madwar €22,000.00 (VAT eskluż). Hemm ukoll ippjanat bini mill-ġdid ta’ Triq Ġorf li hi stmata li se tiswa €230,102.82 (VAT eskluż). Il-Ministeru għal Għawdex qiegħed ukoll jassisti lill-Kunsill biex tinbena Triq Marsalforn, Triq Masri, u jsir il-Proġett ta’ illuminazzjoni ġdida fi Vjal it-8 ta’ Settembru. Filwaqt li l-Ministeru assista wkoll biex saru parti minn Triq Gajdoru u Triq il-Kumittiva. L-ispejjeż marbutin ma' dawn il-proġetti huma kif jinsabu fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #14152 Sitting 325 2020-05-04 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Università ta’ Malta – proposta mill-Grupp Universitarju Għawdxi rigward video conferencing mill-Gozo Campus

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ostakli li qed iżommu lill-Università ta' Malta milli tilqa’ l-proposta tal-Grupp Universitarju Għawdxi biex l-istudenti Għawdxin ikunu jistgħu jsegwu korsijiet Universitarji regolarment bil-video conferencing minn ġewwa l-Gozo Campus? Jista' jispjega wkoll x'beħsiebu jagħmel biex jegħleb dawn l-ostakli?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat. Madankollu, il-Ministeru għal Għawdex huwa disponibbli sabiex jagħti kull għajnuna neċessarja biex dan iseħħ.

Università ta’ Malta – proposta mill-Grupp Universitarju Għawdxi rigward video conferencing mill-Gozo Campus

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ostakli li qed iżommu lill-Università ta' Malta milli tilqa’ l-proposta tal-Grupp Universitarju Għawdxi biex l-istudenti Għawdxin ikunu jistgħu jsegwu korsijiet Universitarji regolarment bil-video conferencing minn ġewwa l-Gozo Campus? Jista' jispjega wkoll x'beħsiebu jagħmel biex jegħleb dawn l-ostakli?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif żgur japprezza l-Onor. interpellant li tattendi l-Università mhuwiex biss li tkun f’kamra tisma' lecture iżda wkoll li tipparteċipa fil-ħajja universitarja, tiltaqa' ma' studenti oħra, anki barra mill-kors tiegħek, tieħu sehem f’attivitajiet organizzati mid-dipartimenti akkademiċi, mill-KSU u mill-ħafna organizzazzjonijiet tal-istudenti. Din il-proposta ċertament għandha tiġi diskussa però fil-fehma tiegħi l-punt ta' tluq huwa li ma għandniex nissottovalutaw il-ħafna ġid li joħroġ mill-esperjenza tal-ħajja universitarja. Kwalunkwe soluzzjoni għandha żgur toħloq bilanċ.

Għajnuna lill-persuni li raw il-proprjetà tagħhom tiġġarraf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-konkret x’għajnuna ta jew qed jagħti lill-persuni li bejn is-sena l-oħra u din is-sena raw il-proprjetà tagħhom tiġġarraf, allegatament minħabba xogħol ta’ kostruzzjoni li kien qed isir fil-viċinanzi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll fejn waslet l-investigazzjoni għal kull wieħed minn dawn l-inċidenti u x'irriżulta s'issa? Jista' jispjega wkoll x'kienu l-konklużjonijiet tal-kummissjoni li ħatar il-Gvern biex tistudja s-suġġett wara t-traġedja tax-xahar li għadda, Marzu 2020, fil-Ħamrun?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ninsab infurmat dawn il-mistoqsijiet iridu jiġu referruti lill-Ministeri varji li taħthom jaqgħu tali responsabbiltajiet.
Leg 13 PQ #14026 Sitting 324 2020-04-30 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Dwejra Għawdex – vandaliżmu ta’ siġar

Question

Fid-dawl ta’ vandaliżmu ta’ siġar li seħħ reċentement fid-Dwejra, jista’ l-Ministru jgħid x’beħsiebu jagħmel biex jipprovdi aktar sigurtà ħalli dawn l-atti ma jerġgħux iseħħu? Jista’ jgħid hemmx investigazzjoni għaddejja u jekk iva x’irriżulta s’issa? Jista’ jgħid ukoll jekk fid-Dwejra hemmx stazzjonati persuni inkarigati mis-sigurtà u jekk iva kemm hemm?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li atti vandali bħal dawn huma ta’ stmerrija u kundannabli. Il-Ministeru għal Għawdex ser ikun qed jitkellem mal-Kunsill Lokali sa’ San Lawrenz sabiex naraw kif atti bħal dawn ma jerġgħux isiru.
Leg 13 PQ #14027 Sitting 324 2020-04-30 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Reklamar għal gżira Għawdxija — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament kemm kienet in-nefqa tiegħu bejn l-2013 u l-2019 sena b’sena biex isir reklamar f’Għawdex bħala destinazzjoni turistika unika u distinta minn Malta? Jista’ jispjega kemm ser tkun din in-nefqa għas-sena 2020 u x’inhuma l-inizjattivi ppjanati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

COVID-19 — Ħaddiema ntitolati li jirċievu flus bil-miżuri tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti garanzija lill-ħaddiema li huma ntitolati li jirċievu flus taħt il-miżuri mħabbra mill-Gvern kwantu COVID-19, li effettivament se jkunu qed jirċievu dawn il-flus żgur? Ladarba dawn il-flus se jgħaddu minn idejn min iħaddem, jista’ jgħid ukoll kif tali flus se jkunu protetti f'każ li jkun inħareġ mandat ta' sekwestru minn terzi kontra min iħaddem?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Il-Gvern qed jistudja il-kontenut ta’ din id-domanda biex jimplimenta il-miżuri ekonomiċi u pożittivi inkwantu COVID-19 bl-aktar mod effettiv.

COVID-19 — Ħaddiema intitolati li jirċievu flus bil-miżuri tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti garanzija lill-ħaddiema li huma ntitolati li jirċievu flus taħt il-miżuri mħabbra mill-Gvern kwantu COVID-19, li effettivament se jkunu qed jirċievu dawn il-flus żgur? Ladarba dawn il-flus se jgħaddu minn idejn min iħaddem, jista’ jgħid ukoll kif tali flus se jkunu protetti f'każ li jkun inħareġ mandat ta' sekwestru minn terzi kontra min iħaddem?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interprellant, li Il-Gvern qed jistudja il-kontenut ta’ din id-domanda biex jimplimenta il-mi¿uri ekonomiċi u po¿ittivi inkwantu COVID-19 bl-aktar mod effettiv.