B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14174, jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament x’qed iżomm lill-Awtorità tal-Artijiet bħala sidt l-art, milli tagħti l-clearance msemmija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet li jinħtieġilha li taghmel diversi verifiki fuq l-art imsemmija qabel tkun tista’ tiffinalizza l-pożizzjoni tagħha.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14175, jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk hux ser ikun hemm terminu entro liema sidien ta’ pompi tal-fuel għandhom japplikaw għar-rilokazzjoni? Jista’ jgħid ukoll hux ser ikun hemm xi forma t’għajnuna apparti l-inċentivi ġa msemmija biex is-sidien jitħajjru jirrilokaw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 14175, ninfurmah ukoll li mhux ser ikun hemm terminu entro liema sidien ta’ pompi tal-fuel għandhom japplikaw għar-rilokazzjoni.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament għalfejn it-toilets pubbliċi ġewwa x-Xlendi għad mhux miftuħa għan-nies? Jista' jgħid ukoll għalfejn il-mobile toilets temporanji ġewwa l-istess bajja, jinsabu moħbijin min-nies u ostakolati minn karrijiet tad-dgħajjes?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-latrina pubblika tax-Xlendi mhix miftuħa għall-pubbliku, peress li qegħdin isiru x-xogħlijiet fuq id-dry standing area u allura kien ikun ta’ periklu għan-nies li jagħmlu użu minn din il-latrina waqt li qegħdin isiru dawn ix-xogħlijiet. B’hekk biex tiġi issalvagwardjata s-saħħa u s-sigurta’ tal-pubbliku din il-latrina ingħalqet. Il-latrina ser tinfetaħ fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif il-proġett tad-dry standing area ser jiġi inawgurat u miftuħ fix-xahar li ġej.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ser tkun tesa' bċejjeċ tal-baħar id-dry standing area fix-Xlendi, ladarba titlesta? Jista’ jgħid meta din id-dry standing area ser tkun lesta għall-użu? Jista' jagħti garanzija li ladarba titlesta d-dry standing area, mhux ser tibqa l-ħtieġa li ħafna bċejjeċ tal-baħar jibqgħu jokkupaw parkeġġi għall-vetturi bħal fil-preżent?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dry standing area fix-Xlendi, l-ammont jiddependi mill-kobor tal-bċejjeċ tal-baħar li jitpoġġew hemmhekk. Hemm il-ħsieb li din id-dry standing area tkun lesta u tibda tintuża x-xahar id-dieħel.
L-użu prinċipali tagħha
huwa dak tat-tiswija u l-manutenzjoni tad-dgħajjes u għaldaqstant din id-
dry standing area
tkun tista’ tieħu numru sostanzjali ta’ dgħajjes minn inħawi fejn bħalissa qed jinżammu temporanjament id-dgħajjes fix-Xlendi meta ma jkunux fil-baħar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-fondi imqassmin mill-Urban Development Fund, intefqu biex ġie provdut parkeġġ għall-vetturi fil-lokalitajiet tagħna? Jista' jagħti rendikont għas-snin bejn l-2013 u l-2019 għal kull lokalità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda fund imsejjah “Urban Development Fund.
Wara li fil-jiem li għaddew ġie ppubblikat disinn tal-Waste to Energy Plant maħsuba għall-Magħtab u kif ukoll tħabbar li ddaħlet applikazzjoni għall-permess tal-ippjanar, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja:
1. tad-dokumentazzjoni marbuta mal-applikazzjoni għall-permess tal-ippjanar;
2. ta' kull rapport jew dokument ieħor preparat mill-awtoritajiet in vista ta' dan il-proġett, speċjalment iżda mhux esklussivament fejn jidħol l-impatt fuq l-ambjent tal-madwar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onor Interpellant li kif ġie spjegat diġà, l-istudji ambjentali għadhom għaddejjin u l-ikbar avvanzi sa issa saru fejn jidħol il-Waste to Energy Plant. Madanakollu, l-applikazzjoni hi waħda outline, bir-riferenza PA 3012/20. Wieħed jista' jara d-dettalji billi jżur l-uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana (St. Francis Ravelin) jew Ir-Rabat (Għawdex - Citybel, Triq Santa Marta) jew inkella online. Applikazzjoni full development ghandha ssegwi wara l-hrug tal-permess tal-izvilupp outline.
Ukoll, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra r-rapport tekniku li tħejja għall-Ministeru tal-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima (Frar 2018). Kif diġà tennejna l-istudji ambjentali qegħdin isiru u dawn jiġu ppreżentati b’mod konsolidat f’rapporti dettaljati bħala parti mill-proċess tal-permitting.
Attachments:Technical Report by the Ministerial Technical Committee-28.02.2018 (002).pdf
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk tul il-perjodu tal-imxija tal-COVID-19 kienx hemm rapporti ta’ rimi llegali ta’ skart? Jekk iva kemm kienu dawn? Jekk iva f’liema lokalitajiet seħħ ir-rimi? Jekk iva, x’passi ħa jew qed jieħu l-Gvern?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sa fejn jidhol l-Ministeru tieghi, bejn it-02 ta’ Marzu u t-12 ta’ Mejju, id-Direttorat tal-Infurzar tal-ERA irċieva 38 rapport ta’ rimi ta’ skart. Dawn jinkludu rapporti ta’ rimi ta’ kwalunwe tip ta’ skart, inklu¿ dak domestiku. Dawn ir-rapporti kollha ġew investigati u ttieħdu passi skont il-liġi inkluż ħrug ta’ multi. Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Kunsilli lokali – applikazzjonijiet għall-permess ta’ bini
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14104, jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament id-dettalji tal-ftehim imsemmi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relattiva?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li b’referenza għall-ftehim mal-Awtorità dwar l-Ippjanar, nikkjarifika li dan jirreferi għal ‘policy’ tal-istess Awtorita’, fejn f’kull applikazzjoni għal żvilupp, il-Kunsill Lokali konċernat jiġi nfurmat b’mod individwali dwar tali żvilupp, għal kull kumment min-naħa tiegħu. Dwar dan ma jeżisti ebda ftehim bil-miktub bejn l-Awtorita’ u l-Kunsill Lokali. Ninforma ukoll li permezz tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (KAP 552) li daħal fis-seħħ fl-4 ta’ April 2016, speċifikament f’artiklu 63(2)(h) tiegħu, il-Kunsill Lokali għandu ukoll rapreżentant fuq il-bord tal-Awtorita’ dwar l-Ippjanar.
Kunsilli lokali – applikazzjonijiet għall-permess ta’ bini
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14104, jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament id-dettalji tal-ftehim imsemmi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relattiva?
Response (FARRUGIA, AARON)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14506, ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar, mill-2016, kull nhar ta’ Erbgħa tippublika lista fuq il-website tad-Dipartiment tal-Informazjoni tal-applikazjonijiet kollha li hi tkun iċċertifikat bħala kompluti mill-publikazjoni tal-lista preċedenti. Din il-lista tiġi ppublikata ukoll fil-Gazzetta tal-Gvern. Il-lista hija mqassma kull kunsill lokali għalih biex wieħed ikun jista’ jirreferi għall-lista tiegħu aktar malajr. Mill-2017, din il-lista hija ukoll disponibbli għal dawk il-Kunsilli Lokali kollha li rreġistraw fis-sistema elettronika tal-Awtorità, mgħarufa bħala ‘eApplications’ kif meħtieġ permezz tal-Avviż Legali 514 tal-2010, sussegwent revedut bil-ħruġ tal-Avviż Legali 162 tal-2016. L-użu ta’ din il-lista tiffaċilita l-aċċess għad-dokumenti li jkunu jinstabu fil-file (li jkunu miftuħa għall-iskrutinju pubbliku) billi wieħed sempliċement jikklikkja fuq in-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni.
Barra minn hekk minn Mejju tal-2016, meta daħal fis-seħħ l-istess Avviż Legali 162 tal-2016 il-Kunsilli Lokali jiġu konsultati direttament (tramite l-istess sistema elettronika) dwar bosta applikazzjonijiet li ma jaqawx fit-tieni skeda tal-istess avviż legali, u cioe jiġu kkonsultati dwar dawk l-applikazjonijiet l-aktar kumplessi. Fir-rigward l-applikazzjonijiet aktar sempliċi (li jaqaw fl-istess tieni skeda) il-Kunsill xorta jkun mgħarraf bl-applikazjoni mil-listi li semmejt qabel u jista’ idaħħal il-kummenti tiegħu bil-miktub.
Meta, imbagħad l-applikazjoni tkun taqa’ fl-ewwel skeda tal-Avviż Legali 162 tal-2016, jiġifieri l-applikazjoni tkun waħda ta’ daqs jew komplessità konsiderevoli jew tkun teħtieġ studji aktar dettaljati, bħal ma hu studju dwar l-impatt ambjentali, apparti l-konsultazjonijiet li għadni kif semmejt, il-Kunsill Lokali jiġi mistieden jipparteċipa fil-laqgħa tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar meta l-applikazjoni tiġi deċiża.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14105, jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta’ x’kienu x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni msemmija minnu? Jista’ b’mod partikolari jgħid jekk sarux xogħlijiet biex jiġu msaħħa s-sisien tat-triq in kwistjoni? Jista’ jgħid min wettaq ix-xogħlijiet kollha li saru f’din it-triq u kemm hu stmat li ser jiġi jiswa x-xogħol kollu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni, li jaqgħu taħt tender bin-numru MGOZ/MPU T 37/2019 – Framework agreement for the provision of general road works including the laying of hot asphalt to the Ministry for Gozo, saru biex ma tkomplix issir ħsara fl-istruttura tat-triq. Ix-xogħlijiet saru minn Road Construction Ltd u x-xogħol huwa mistenni li jiġi jiswa madwar €22,000 (excl VAT).
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14106, jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament min kienu dawk l-entitajiet jew esperti li ġew ikkonsultati? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li jeżistu dwar ix-xogħol meħtieġ li jsir?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għandu kuntratt ma’ Wirt Għawdex biex jiġu mħejjija t-topographic surveys u t-technical reports.
Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport Ġeoloġiku tal-istudju tat-terren ta’ Għar Kalipso.
Attachments:PQ 14508 - Xagħra Għawdex – Għar ta’ Kalipso - xogħlijiet.pdf
Jista' l-Ministru jippreżenta organigramma tal-awtoritajiet/entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Mingħajr ma jindika l-ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-kariga rispettiva tagħhom, jista' ħdejn kull kariga jindika l-iskala pubblika jew l-ekwivalenza tal-iskala pubblika għal dik il-kariga?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid:
a. Kemm artijiet ġew jew qegħdin fil-proċess li jiġu esproprjati mill-Gvern, sena b'sena, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija;
b. F'liema lokalitajiet f'Malta u Għawdex jinsabu l-artijiet esproprjati;
c. Dwar l-użu li sar jew ser isir minn kull waħda minn dawn l-artijiet;
d. Kemm minn dawn l-artijiet hemm litigazzjoni dwarhom; u
e. Liema minn dawn l-artijiet għad fadal ħlas pendenti fuq prezzhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Għajnuna lill-persuni li l-proprjetà tagħhom iġġarfet
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-konkret x'għajnuna ta jew qed jagħti lill-persuni li bejn is-sena l-oħra u din is-sena raw il-proprjetà tagħhom tiġġarraf, allegatament minħabba xogħol ta' kostruzzjoni li kien qed isir fil-viċinanzi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat, li fil-perjodu ndikat mill-Onor. Interpellant, l-Awtorità tad-Djar għenet familji li ġġarfitilhom il-proprjetà tagħhom u/jew kienet f’riskju imminenti, billi offriet akkomodazzjoni alternattiva immedjata u temporanja sakemm l-istess dar tagħhom terġa tiġi ċċertifikata sigura minn periti u professjonisti terzi. Ta’ min jgħid li xi drabi ukoll, fejn indikat, l-Awtorità għenet billi offriet xi b¿onnijiet oħra essenzjali skont il-ħtieġa.
Proprjetà ta’ persuni li ġġarfet — investigazzjonijiet
Question
Wara li bejn is-sena l-oħra u din is-sena, numru ta' persuni raw il-proprjetà tagħhom tiġġarraf, allegatament minħabba xogħol ta' kostruzzjoni li kien qed isir fil-viċinanzi, jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni għal kull wieħed minn dawn l-inċidenti u x'irriżulta s'issa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' każi fejn kien hemm tiġrif ta’ propjetà allegatament minħabba xogħol ta' kostruzzjoni li kien qed isir fil-viċinanzi tal-propjetajiet rispettivi, kienu dawk li jidhru fit-tabella t’hawn taħt. It-tabella tinkludi d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Data tal-inċident
Dettalji
Rimarki
24.04.2019
Ħsara lil tliet appartamenti ġewwa Guardamangia Hill
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
08.06.2019
Ħsara ta’ Block ta’ Appartamenti ġewwa Triq il-Kbira, il-Mellieħa
Inkjesta Maġisterjali għadha għaddejja u l-Pulzija qed tinvestiga
13.06.2019
Twaqqigħ ta’ ħajt ta’ residenza ġewwa Triq Mimosa, il-Ħamrun.
L-inkjesta ġiet magħluqa u tliet persuni suspettati mressqa l-Qorti
12.10.2019
Twaqqigħ ta’ ħajt ta’ Residenza ġewwa Meridiana Court, San Pawl
Inkjesta Maġisterjali għadha għaddejja u l-Pulzija qed tinvestiga
12.10.2019
Twaqqigħ ta’ bini kummerċjali ġewwa Triq Bordin, Msida
Inkjesta Maġisterjali għadha għaddejja u l-Pulzija qed tinvestiga
02.03.2020
Twaqqigħ ta’ bini u inċident fatali fi Triq Abela Scolaro, il-Ħamrun
Inkjesta Maġisterjali ġiet konkluża u investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja. Erba’ suspettati tressqu l-Qorti.
Kummissjoni li ħatar il-Gvern dwar proprjetajiet li ġġarfu — konklużjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jispjega x'kienu l-konklużjonijiet tal-kummissjoni li ħatar il-Gvern f'Marzu li għadda, wara li bejn is-sena l-oħra u din is-sena numru ta' persuni raw il-proprjetà tagħhom tiġġarraf, allegatament minħabba xogħol ta' kostruzzjoni li kien qed isir fil-viċinanzi? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-pjan tal-Gvern biex jindirizza din is-sitwazzjoni gravi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed jieħu l-kwistjoni tar-regolamentazzjoni ta’ tali attività bl-akbar serjetà.
Il-Gvern ukoll għen kemm seta’ biex il-familji, li djarhom sofrew hsarat b’riżultat ta’ xogħol privat, ikollhom post alternattiv fejn jirrisjedu.
Nixtieq ngħarraf ukoll li qed issir analiżi interna tal-parir li ngħata lill-Prim Ministru mill-Kumitat maħtur minnu.
Fl-istess ħin, wieħed japprezza l-ispeditezza fil-proċess ġudizzjarju b’rabta mat-traġedja fil-Ħamrun f’Marzu li għadda, fejn erba’ persuni qed jiffaċċjaw proċeduri kriminali wara l-konklużjoni tal-inkjesta maġisterjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux pjanaijiet ta' għajnuna lil dawk il-membri tal-pubbliku li qed jikru proprjetà għal finijiet ta' residenza jew negozju, li huma marbutin b'kuntratt ta' kera vinkolanti u li għandhom diffikultà biex iħallsu l-kera minħabba l-effett ta' Covid-19? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tħabbiriet simili jsiru mill-Gvern f’mument propizju u jkunu pubbliċi, kif sar fil-każ tal-miżuri eċċezzjonali li tħabbar il-Gvern fl-aħħar ġimgħat minħabba l-kriżi tal-COVID-19.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux pjanijiet ta' għajnuna għal dawk il-membri tal-pubbliku li qed jikru proprjetà għal finijiet ta' residenza jew negozju, li huma marbutin b'kuntratt ta' kera vinkolanti u li għandhom diffikultà biex iħallsu l-kera minħabba l-effett ta' COVID-19? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji?
COVID-19 — Kirjiet ta' proprjetà pubblika – tħaffif
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux kirjiet ta' proprjetà pubblika lil negozji, entitajiet privati jew volontarji jew inkella persuni privati, li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux pjanijiet biex il-piż ta' dawn il-kirjiet jitħaffef minn fuq il-kerrejja sakemm itul l-effett ta' COVID-19? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji ta' dawn il-pjanijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
COVID-19 — Kirjiet ta' proprjetà pubblika – tħaffif
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux kirjiet ta' proprjetà pubblika lil negozji, entitajiet privati jew volontarji jew inkella persuni privati, li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu? Jekk iva jista' l-Ministru jgħid jekk għandux pjanijiet biex il-piż ta' dawn il-kirjiet jitħaffef minn fuq il-kerrejja sakemm itul l-effett ta' COVID-19? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji ta' dawn il-pjanijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar ġimgħat il-gvern nhieda numru ta' skemi ta' appoġġ ekonomiku biex jipproteġi l-impjiegi, in-negozji u dawk li jaħdmu għal rashom. F'dan l-istadju l-Awtorità tal-Artijiet qedgħha tiddiskuti f’ħidma wiesa fi ħdan il-Gvern.