Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Lawrenz Għawdex – Uffiċċju f’Ta’ Dbiegi

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22997, tista' l-Ministru tgħid liema kienu dawk is-servizzi offruti mill-uffiċċju li ġie assenjat ġewwa Ta' Dbiegi f'San Lawrenz Għawdex lill-Kunsill Malti għall-Volontarjat u dan minn meta fetaħ sakemm għalaq? Tista' tgħid kemm persuni kienu qed jaħdmu f'dan l-uffiċċju u dan minn meta fetaħ sa meta għalaq? Tista' tgħid ukoll kemm għaqdiet Għawdxin ibbenefikaw mis-servizz tal-uffiċċju, minn kemm ilu miftuħ sa meta għalaq? Tista' tagħti d-data ta' meta għalaq dan l-uffiċċju?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura u se tingħata f’seduta oħra.

Għajnsielem – Learning Hub

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23007, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17977 u ċjoè: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17713 u tgħid fejn wasal il-proġett imħabbar fl-2017 mill-Gvern fejn il-Learning Hub ġewwa Għajnsielem Għawdex kellu jiġi estiż biex ikun hemm aktar spazju għas-servizzi offruti minn dak il-post? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Gvern kera l-binja tal-Learning Hub?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura u se tingħata f’seduta oħra
Leg 13 PQ #23874 Sitting 534 2022-01-17 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tim multidixxiplinarju ta’ professjonisti mediċi u Medical Board Coordinator — membri

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23000, jista' l-Prim Ministru jagħti l-isem u kunjom tal-membri tat-tim multidixxiplinarju ta' professjonisti mediċi kif ukoll tal-Medical Board Coordinator?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li skont il-protezzjoni tad-data, dawn id-dettalji ma jistgħux jingħataw.

Sptar t’Għawdex – ambulanzi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jinforma lill-Parlament kemm ambulanzi joperaw fl-Isptar t'Għawdex? Jista' jgħid ukoll min hu l-proprjetarju u jekk hemmx minnhom li huma mikrijin? F'każ li hemm ambulanzi mikrijin, jista' jagħti d-dettalji tal-kirja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex hemm ħames ambulanzi li qed joperaw. Tnejn minn dawn huma propjeta’ ta’ Steward Healthcare u tlieta l-oħra huma mikrija minn kuntrattur privat.

Għawdex — Persuni b’diżabilità li qed jirċievu servizzi ta’ Occupational Therapy, Physiotherapy u Speech Therapy

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jinforma lill-Parlament kemm hemm individwi b'diżabilità f'Għawdex li fil-mument qed jirċievu servizzi ta' Occupational Therapy, Physiotherapy u Speech Therapy? Jista' jgħid ukoll għal kull wieħed minn dawn is-servizzi, kemm hemm professjonisti f'Għawdex li qed joffruhom fil-qasam tas-saħħa pubblika? In kwantu Occupational Therapy, jista' jgħid x'sensory integration resources jeżistu f'Għawdex? In kwantu Speech Therapy, ma jidhirlux il-Ministru li s-servizz mhux qed jingħata minn post adekwat għal tfal li jeħtieġuh?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fuq bażi ta’ outpatients, fl-isptar Ġenerali t’Għawdex hemm 258 individwi b'diżabilità qed jirċievu servizzi ta' Occupational Therapy, 95 Physiotherapy u 205 Speech Therapy li dawn jinkludu ukoll dawk li jirċievu dan is-servizz mill-bereġ u skejjel. Bħala Occupational Therapists li qed joffru servizz f’dan id-Dipartiment, hemm 5, bħala Fiżjoterparisti li qed joffru servizz speċifiku lil individwi b'diżabilità f'Għawdex huwa ta’ 3 u bħala Speech and Language Therapists hemm 10. Bħala Sensory Integration, bħalissa qed isir l-assessjar ta’ tfal u individwi f’dan il-qasam speċjaliżżat. Jingħata wkoll servizz ta’ konsultazzjoni f’dan il-qasam. Dan jinkludi konsultazzjoni mal-ġenituri u l-iskejjel. Individwi li jkollhom bżonn intervent speċjalizzat ta’ Sensory Integration jiġu rreferuti għas-Sensory Integration Centre, fil-Marsa.
Leg 13 PQ #23877 Sitting 534 2022-01-17 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Sure Instrument — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23005 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jippreżenta lill-Parlament break down ta' kif intefaq jew ser jintefaq is-self ta' €243.6 miljuni mogħti taħt ‘l hekk imsejjaħ SURE Instrument kwantu l-pandemija preżenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-self mill-istrument SURE li Malta ibbenefikat minnu jammonta għal €420 miljun matul il-perjodu 2020-21. Il-Gvern ipprezenta lill-Kummissjoni Ewropea informazzjoni dwar infieq attwali kif ukoll stimi li ssapportjaw it-talba għal finanzjament mill-istess strument. Speċifikament kien stmat li SURE kellu jkopri parzjalment l-ispejjez li ġejjin: COVID Disability Benefit €0.5m COVID Parent Benefit €9.3m COVID Medical Benefit €2.5m COVID Wage Supplement €407.7m

Persuni b’Diżabilità – pensjoni tad-diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22994 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm persuni b'diżabilità f'Malta jirċievu pensjoni tad-diżabilità? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni jirċievu pensjoni li hi ekwivalenti fl-ammont għall-paga minima nazzjonali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’Malta hawn 5111 ‘il persuna li jirċievu Assistenza għal Diżabilità. Minn dawn hemm 857 li qed jirċievu l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilita Severa u jitħallsu fl-ekwivalenti tal-Paga Minima Nazzjonali Netta.

Pensjoni tad-Diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22995 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm persuni li qed jirċievu pensjoni tad-diżabilità qegħdin ukoll jaħdmu? Jista’ jgħid jekk jeżistix xi studju li jispjega l-impatt tal-pensjoni tad-diżabilità fuq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' min jirċeviha?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li jirċievu l-Assistenza għal Diżabilita u jaħdmu huwa ta’ 1,805. Inżid ninfurma lill-Onor. Interpellant li ma sarx studju speċifiku kif indikat minnu. Madanakollu, ta’ min jirrimarka illi il-fatt li d-dħul kollu mill-impjieg ma jiġix ikkunsidrat fl-assessjar tal-każ, dan żgur li jħalli impatt pożittiv fuq min jibbenefika minn dan. Inżid ingħid ukoll li bħala miżura tal-Baġit 2022 issa qed jiġi injorat kull dħul ieħor li jista’ jkollha persuna b’diżabilita’ meta japplika għall-Assistenza għal Diżabilità Severa jew Assistenza għal Diżabilità u dan ukoll se jkompli jħalli impatt posittiv.

Tfal li jintbagħtu għal servizzi ta’ terapija u taħriġ fil-privat – għajnuna lill-ġenituri

Question

Jista' l-Ministeru jispjega lill-Parlament x'għajnuna jirċievu ġenituri ta' tfal b'diżabilità li fil-preżent jibagħtu lil dawn it-tfal għal servizzi ta' terapija u taħriġ fil-privat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ġenituri tat-tfal b’diżabilita’taħt is-16-il sena, jirċievu id-Disabled Child Allowance (DCA) li għas-sena 2022 ir-rata hija ta’ €30 fil-ġimgħa wara li għoliet b’€5 oħra fil-ġimgħa. Malli l-minuri jgħalaq/tgħalaq 16-il sena, minflok id-DCA. il-minuri jibda jirċievi f’ismu jew f’isimha, l-Assistenza għal Diżabilità Severa (SDA), irrispettivament jekk l-persuna hijiex f’impjieg jew le. L-SDA fl-2022 ser ikun qed jammonta għal €109.52c fil-ġimgħa. F’każi fejn l-persuna ma tistax taħdem minħabba d-diżabilita’ tagħha, l-persuna b’diżabilita’ tista’ tirċievi l-Assistenza għal Diżabilità Severa Miżjuda (ISDA), li issa tammonta għal €164.90c fil-ġimgħa. L-għajnuniet msemmija (DCA, SDA u ISDA) ma jingħatawx abbażi tas-servizzi ta’ terapeija u taħriġ privat mogħti lit-tfal jew persuni b’diżabilità. Rigward għajnuniet oħra li jingħataw lil ġenituri ta’ tfal b’diżabilita’ nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 13 PQ #23869 Sitting 533 2022-01-12 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Proġett ta Pjazza San Franġisk – Access to all Guidelines

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament jgħid jekk il-proġett ta' Pjazza San Franġisk sarx skont l-Access To All Guidelines biex il-post ikun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza fejn il-Kummissjoni għal Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità ċċertifikat il-proġett ta' Pjazza San Franġisk bħala wieħed li hu aċċessibbli?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rekwiżiti kollha marbutin mal-aċċessibilita ġew indirizzati u koperti skont DNO 00431/18.
Leg 13 PQ #23870 Sitting 533 2022-01-12 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – fondi lill-Għaqdiet Volontarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23013 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi liema għaqdiet volontarji bbenefikaw minn fondi mqassma mill-Ministeru tiegħu sa mill-bidu tas-sena 2020 sal-jum li fih titwieġeb din id-domanda? Jista' jagħti l-ammont li kull waħda mill-għaqdiet ingħatat? Jista' jispjega wkoll il-proċess tal-għażla applikat biex intgħażlu l-għaqdiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23871 Sitting 533 2022-01-12 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Persuni b’diżabilità – faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22996 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'faċilitajiet jew dixxiplini sportivi jeżistu għall-persuni b'diżabilità f'Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x'qed jew x'se jkun qed jagħmel il-Gvern biex jgħin aktar dan il-qasam?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-ċirkostanzi preżenti - fejn il-kumpless sportiv t’Għawdex qiegħed jinbena mill-ġdid biex fil-futur qarib ikun jista’ joffri firxa wisgħa ta’ dixxiplini sportivi lill-atleti Għawdxi inkluż anki persuni b’diżabilità - il-faċilitajiet sportivi offruti fil-preżent huma għalhekk ristretti. Kull dixxiplina sportiva, inkluż anki l-programmi ‘On the Move’, huma miftuħa għall-persuni b’diżabilità.

Skejjel Għawdxin – assistive technology – budget

Question

Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm kien il-budget għal kull sena fl-aħħar tliet snin, inkluż dik kurrenti, biex tfal fl-iskejjel ikunu jistgħu jingħataw assistive technology? Minn dan il-budget, kemm kienet in-nefqa fl-iskejjel Għawdxin, kemm ibbenefikaw tfal u x'tip ta' assistive technology inxtrat kwantu dawn l-iskejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li assistive devices la jinxtraw u lanqas jiġu allokati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u Sport.

Għawdex – tfal li qed jistennew li jidhru quddiem l-Statementing Moderating Board

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament kemm hemm tfal f'Għawdex jistennew biex jidhru quddiem l-Statementing Moderating Board (Review Board) fil-preżent? Jista' jgħid ukoll kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-board qattx iltaqa f'Għawdex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li tfal f’Għawdex jistennew biex jidhru quddiem l-Statementing Panel hemm tmienja (8) li t-talbiet tagħom waslu matul ix-xhur ta’ Novembru/Diċembru 2021, u hemm tliet (3) kazijiet ta’ Review biex jiżdied is-sapport. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, infurmat li meta jkunu każijiet ta’ tfal b’diżabilità u fil-Kinder dawn jingħataw appuntament ftit wara li jaslu l-applikazzjonijiet. L-oħrajn jingħataw appuntament meta jkun imisshom. Minħabba l-pandemija COVID-19 ma saru ebda bordijiet ġewwa Għawdex.

Għawdex – tfal li qed jistennew is-servizzi ta’ Access to Communication and Technology Unit

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament kemm hemm tfal f'Għawdex jistennew is-servizzi ta' Access to Communication and Technology Unit (ACTU) fil-preżent? Jista' jgħid ukoll kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex is-servizz jingħata?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-ACTU m’għadux fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u Sport.

Għawdex – Ta’ Sannat – Special Unit

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament x'inhi l-possibbiltà li l-Ispecial Unit ġewwa ta' Sannat tibqa’ tiffunzjona tul ix-xhur tas-Sajf bi programm iddisenjat biex jaqdi l-ħtiġijiet tat-tfal b'diżabilità li jattendu hemmhekk? Jekk le, jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. interpellant li r-Resource Centre tas-Sannat ilu dawn l-aħħar snin jopera matul is-sajf u jiftaħ kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgha bejn it-8 u s-13:30pm. Dan iċ-ċentru jaqdi l-ħtiġijiet tat-tfal b’diżabbiltà li jattendu hemmhekk.

Għawdex — Għasri - esproprjazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18292, 20041 u 22991 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17795, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Ċentrali għamilx esproprjazzjonijiet fil-lokalità tal-Għasri Għawdex, preċiżament fiż-żona ta' Triq il-Ġdida u Triq il-Qadima li kopji tal-pjanti għalihom qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji, possibbilment anke billi jpoġġi pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li parti mill-art indikata fuq l-annessa pjanta giet akkwistata permezz ta’ kuntratt (14/08/1991)

Ix-Xagħra Għawdex – proprjetà immobbli li tappartjeni għall-Istat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22989 u jgħid kemm hemm proprjetà immobbli li tappartjeni lill-Istat ġewwa l-lokalità tax-Xagħra Għawdex? Jista' jgħid kemm minn din il-proprjetà hi suġġetta għal kirja jew ċens? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx proprjetà li tinsab f'idejn il-Gvern u jekk iva, jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet bl-indirizzi fejn jinstabu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tad-dipartimenti varji.

Għalliema mħarrġin biex jgħallmu tfal b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tul is-sena skolastika kurrenti hemm għalliema mħarrġin biex jgħallmu tfal bid-diżabilitajiet segwenti: nuqqas ta' dawl, awtiżmu u sfidi fl-imġieba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li tul is-sena skolastika kurrenti kien hemm 173 għalliema li ġew mħarrġin biex jgħallmu tfal b’nuqqas ta' dawl, 447 għalliema li ġew mħarrġin biex jgħallmu tfal b’awtiżmu u 135 għalliema li ġew mħarrġin biex jgħallmu tfal bi sfidi fl-imġieba.

Għalliem tal-kindergarten – kriterji għall-warrant

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament x'inhuma l-kriterji biex għalliem tal-kindergarten jasal jieħu l-warrant? Jista' jispjega wkoll jekk għalliema tal-kindergarten ikkwalifikawx jew hux se jikkwalifikaw għall-arretrati fi ħlas lil dawk l-edukaturi li għandhom 20 sena servizz jew aktar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-warrant ma jingħatax lill-edukaturi tal-Kindergarten. Skont il-ftehim settorali li sar bejn il-Gvern u l-MUT huma l-għalliema regolari li jikkwalifikaw għal ħlas ta’ allowance għal min ilu jagħti servizz għal iktar minn għoxrin sena.