Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #14999 Sitting 337 2020-06-01 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Coronavirus – Għawdxin li jaħdmu bit-teleworking

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament kemm Għawdxin kienu u għad qed jagħmlu teleworking sa minn meta bdiet l-imxija tal-Coronavirus? Jista' jippreżenta tabella li turi: a) kemm ħaddiema huma impjegati f'Għawdex; b) kemm ħaddiema huma impjegati f'Malta; c) kemm ħaddiema huma impjegati fis-settur pubbliku; d) kemm ħaddiema huma impjegati fil-privat; u e) il-kategoriji tal-impjieg ta' kull wieħed jew waħda mill-ħaddiema?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru ġabar l-informazzjoni li tirrigwardja l-impjegati fi ħdanu, kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra

Stabbilimenti li jgawdu minn encroachment permits fuq art pubblika – limiti tal-konċessjoni oriġinali osservati

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament jekk stabbilimenti li jgawdu minn encroachment permits fuq art pubblika bħal stabbilimenti tal-ikel u x-xorb, baqgħux josservaw il-limiti tal-konċessjoni oriġinali, issa li l-miżuri ta' COVID-19 ġew rilassati u hu meħtieġ li tinżamm distanza akbar minn qabel bejn in-nies? Jista' jispjega x'qed jagħmel biex dawn il-limiti jiġu osservati?

Response (BORG, IAN)

L-Awtorita’ tal-Artijiet, flimkien mal-entitajiet l-oħra kkonċernati, tipproċessa talbiet gġal Encroachment skont l-OCA Policy. Fil-mansjoni ta’ infurzar tagħha, l-Awtorita’ tal-Artijiet tagħmel is-sorveljanza meħtiega biex tindirizza abbuż li jista jirriżulta. Għal dak li għandu x’jaqsam ma infurzar fir-rigward ta’ distanza bejn mejda u/jew persuni, nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-entita’ konċernata.

Stabbilimenti li jgawdu minn encroachment permits fuq art pubblika – limiti tal-konċessjoni oriġinali osservati

Question

Tista' l-Ministru tispjega lill-Parlament jekk stabbilimenti li jgawdu minn encroachment permits fuq art pubblika bħal stabbilimenti tal-ikel u x-xorb, baqgħux josservaw il-limiti tal-konċessjoni oriġinali, issa li l-miżuri ta' COVID-19 ġew rilassati u hu meħtieġ li tinżamm distanza akbar minn qabel bejn in-nies? Tista' tispjega x'qed tagħmel biex dawn il-limiti jiġu osservati?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-encroachment permits fuq art pubblika, ma ġewx mibdula skont il-protocols li ġew ippubblikati. Persuna trid tosserva d-distanza stabbilita għal outdoor dining, wieħed irid ikun prattiku fl-infurzar tar-regolament f’dan il-perjodu tant sensittiv fejn il-business qiegħed jerġa’ jipprova jirkupra. Bħala Ministeru qegħdin f’diskussjonijiet ma’ Ministeri oħra biex naraw kif nistgħu inżewġu ż-żewġ prijoritajiet – dak li nassiguraw li nagħtu lil business l-ispazju biex ikun jista’ jaħdem skont il-protokolli stabbiliti, u fl-istess ħin inrażżnu l-abbuż.
Leg 13 PQ #14728 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Ta’ Kerċem – sfreġju fuq l-Għadira ta’ San Rafflu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'konklużjonijiet wasal għalihom wara sfreġju li sar fuq l-Għadira ta' San Rafflu f'Ta' Kerċem Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid bi preċiżjoni x'kienet is-sustanza li nxteħtet fl-ilma? Jista' l-Ministru jispjega xi ħsara saret lill-biodiversità taż-żona? Jista' l-Ministru jgħid x'sar jew x'se jsir biex jitnaddaf l-isfreġju?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 14727.
Leg 13 PQ #14729 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Widien imnaddfa f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm widien f’Għawdex se jkunu qed jitnaddfu matul din is-sena u liema huma?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex akkwista fondi Ewropej sabiex jiġu mnaddfa 12-il wied f’Għawdex li huma: 1. Wied ix-Xlendi, 2. Wied tal-Grazzja, 3. Wied ta’ Mġarr ix-Xini, 4. Wied Riħan, 5. Wied Ta Grajgel/Daħlet Qorrot, 6. Wied Il-Wileg (li jinkorpora ukoll il-Wied Tal-Halq/Tal-Marġa ġewwa l- Qala), 7. Wied tax-Xħajma; 8. Wied Imgarr/Ġnien Migiarro ġewwa Għajnsielem; 9. Wied ta’ Marsalforn; 10. Wied tal-Ort, Għasri; 11. Wied l-Infern ġewwa ż-Żebbuġ; 12. Wied il-Kbir Dan il-proċess ta’ tindif tal-widien jkun jista jibda meta jinkisbu l-permessi tal-ERA.
Leg 13 PQ #14730 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – salini tal-melħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kemm żoni tal-kosta ta’ Għawdex jinsabu s-salini tal-melħ? Jista' l-Ministru jgħid fejn jinsabu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn is-salini għadhom qed jitħaddmu? Jista' jgħid kemm kienet, fi kwantità u fi dħul, il-produzzjoni tal-melħ minn dawn is-salini sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm minn dawn is-salini jappartjenu lill-privat u kemm minnhom huma f'idejn il-privat b'kera jew ċens? Jista' l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex dawn is-salini jiġu konservati għall-ġenerazzjonijiet futuri?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #14731 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Xagħra Għawdex – masterplan għall-Pjazza Vittorja

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm biex il-Ministeru tiegħu, kif imwiegħed mill-istess Ministeru lill-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex fil-bidu tas-sena 2018, jiffinanzja u jwettaq Masterplan għaż-żona ta' Pjazza l-Vittorja u t-toroq tal-madwar ġewwa x-Xagħra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li l-Ministeru għal Għawdex ikkonsulta mal-Kunsill Lokali tax-Xagħra, irrizulta li bħalissa l-masterplan qiegħed onhold minħabba li għadhom fis-seħħ diversi restrizzjonijiet marbutin mal-imxija tal-COVID-19. Hija għal din ir-raġuni li fil-preżent ma tistax issir il-konsultazzjoni pubblika li hija mposta fuq il-kuntrattur, apparti li ma jistawx jittieħdu readings reali tat-traffiku peress li kwart tal-popolazzjoni, li hija kkunsidrata vulnerabli u għaldaqstant naqsu mit-toroq.
Leg 13 PQ #14722 Sitting 334 2020-05-25 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xagħra Għawdex – pont ta’ fuq il-Wied ta’ Żejta — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’manutenzjoni jew rikostruzzjoni saret jew se ssir f’din il-leġiżlatura fuq il-Pont fuq il-Wied ta’ Żejta li jgħaqqad in-niżla tas-Sellum ġewwa x-Xagħra Għawdex mar-Rabat? Jista’ jispjega fiex jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid sarux kontrolli biex jiġi vverifikat li l-pont hu sigur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol f’din it-triq ser isir fiż-żmien li ġej.

COVID-19 — Kirjiet ta' proprjetà pubblika – tħaffif

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14216, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx kirjiet oħrajn ta’ proprjetà pubblika li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha u li mhumiex imsemmija fit-tweġiba? Jekk iva, tista' tipprovdi elenku ta' liema huma dawn il-kirjiet?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14216.

Organigramma tal-awtoritajiet/enitatijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14217 u jippreżenta organigramma tal-awtoritajiet/entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Mingħajr ma jindika l-ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-kariga rispettiva tagħhom, jista' ħdejn kull kariga jindika l-iskala pubblika jew l-ekwivalenza tal-iskala pubblika għal dik il-kariga?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Artijiet fil-proċess biex jiġu esproprjati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14218 u jgħid: a. Kemm artijiet ġew jew qegħdin fil-proċess li jiġu esproprjati mill-Gvern, sena b'sena, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija; b. F'liema lokalitajiet f'Malta u Għawdex jinsabu l-artijiet esproprjati; c. Dwar l-użu li sar jew ser isir minn kull waħda minn dawn l-artijiet; d. Kemm minn dawn l-artijiet hemm litigazzjoni dwarhom; u e. Liema minn dawn l-artijiet għad fadal ħlas pendenti fuq prezzhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-domanda mressqa titlob ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk hija meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Lokalitajiet b'żoni turistiċi – fondi extra

Question

B'referenza għar-risposta mistoqsija parlamentari 14004, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji jiġu segwiti biex lokalità tikkwalifika bħala waħda li għandha fi ħdanha żoni turistiċi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ll-kriterji li jiġu segwiti sabiex lokalità tikkwalifika bħala waħda li għandha fi ħdanha żoni turistiċi taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Il-lokalitajiet li jikkwalifikaw bħala żoni turistiċi huma msemmija fit-Tieni Skeda tar-Regolamenti Dwar Drittijiet għat-Turiżmu (L.S. 409.05). Ma dawn ġew miżjuda t-tlett ibliet tal-Kottonera li huma l-Birgu, Bormla u l-Isla bi qbil mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.

Għawdex – Ta’ Kerċem – sfreġju fuq l-Għadira ta’ San Rafflu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'konklużjonijiet wasal għalihom wara sfreġju li sar fug l-Għadira ta' San Rafflu f'Ta' Kerċem Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid bi preċiżjoni x'kienet is-sustanza li nxteħtet fl-ilma? Jista' l-Ministru jispjega xi ħsara saret lill-biodiversità taż-żona? Jista' l-Ministru jgħid x'sar jew x'se jsir biex jitnaddaf l-isfreġju?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi (l-ERA), bl-assistenza tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, qed tinvestiga l-materjal preżenti fl-ilma. Mir-riżultati ta’ testijiet tal-ilma li saru jidher li ma kienx hemm preżenza ta’ żejt. It-testijiet mikrobijologiċi wrew preżenza ta’ batterji assoċjati mal-ħmieġ tal-annimali. Barra minn hekk, bl-għajnuna ta’ espert fil-qasam imqabbad mill-ERA, l-ewwel indikazzjonijiet juru li fl-għadira hemm preżenza sostanzjali ta’ organiżmi mikroskopiċi li setgħu ikkawżaw dan l-episodju. Aktar dettalji dwar dan ikun jista’ jingħata fil-ġimgħat li ġejjin.

Awtorità tat-Trasport – kriterji għal valutazzjoni tal-vetturi għal ħlas tar-reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji eżattament jiġu segwiti mill-Awtorità tat-Trasport sabiex din tagħmel il-valutazzjoni tal-vetturi għall-finijiet tal-ħlas tar-reġistrazzjoni tal-istess vetturi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar – proċessar u ħruġ ta’ liċenzji tal-kummerċ għal ħwienet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi rwol tkopri l-Awtorità tal-Ippjanar fl-ipproċessar u l-ħruġ ta' liċenzji tal-kummerċ għall-ħwienet varji?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar mhijiex responsabbli għal ħruġ ta' dawn il-liċenzji msemmija.

Għawdex – bini ta’ skejjel ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il skola ġdida beħsiebu jibni l-Gvern f'Għawdex, apparti dik tar-Rabat?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Gvern qiegħed jaħdem fuq il-bini tal-iskola primarja tar-Rabat u full refurbishment tal-iskola primarja tan-Nadur u dik medja fir-Rabat.

Università ta’ Malta – proposta mill-Grupp Universitarju Għawdxi rigward video conferencing mill-Gozo Campus

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14153, jista' l-Ministru jgħid hux favur l-idea li l-Università ta' Malta tagħti l-possibiltà lill-istudenti Għawdxin li jsegwu l-korsijiet mill-Gozo Campus permezz ta' video conferencing? Jista' jgħid ukoll meta ser jibda jiddiskuti u ma' min?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ministeru diġà kellu diskussjonijiet mal-Università fuq din il-kwistjoni. Kif diġà issemma fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari preċedenti rigward din it-tema, l-Università waqt li hi miftuħa għal suġġerimenti fuq tisħiħ ta' tagħlim online ma tħossx li jkun ta' ġid għall-istudenti Għawdxin li jinqatgħu kompletament mill-komunità studenteska u l-ħajja tant sabiħa ta' l-Università.

San Ġiljan – art ta’ fejn kien hem l-ITS

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jew x'beħsiebu jagħmel dwar l-art fejn qabel kien hemm l-Institute for Tourism Studies (ITS) f'San Ġiljan wara r-rapport tal-Awditur Ġenerali pubblikat f'Marzu 2020?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-PQ13676.

Servizzi taħt Direct Order

Question

B'referenza għall-istorja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tas-servizzi rezi taħt id-direct order imsemmiha, mill-persuna msemmiha lill-Awtorità tal-Ippjanar jew xi entità oħra?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tad-domanda PQ 14168. Jien infurmat li l-ħlasijiet li saru lill-persuna inkwistjoni kienu jirrelataw ma’ servizzi ta' riċerka kwalitattiva u kwantitattiva, konsulenza dwar branding u strateġiji oħra. Intant, nagħrfu wkoll li l-persuna msemmija ma tat servizz lill-ebda entità oħra fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar.

Wied Inċita – barriera – rimi ta’ skart ta’ kostruzzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14154, jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm hi l-kapaċità ta’ skart tal-kostruzzjoni li għad tista’ tilqa fiha l-barriera ta’ Wied Inċita? Jista’ jgħid ukoll meta l-aħħar li din il-barriera rċeviet fiha skart tal-kostruzzjoni? Jista’ jikkonferma li din il-barriera għandha l-istrutturi tagħha approvati skont il-Liġi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-informazzjoni li għandha l-ERA huwa stmat li fil-barrieri f’Wied Incita hemm void space totali li jammonta ghal madwar 399,000metru kubu, li ovvjament parti minnu tkun mehtiega ghall-operat tal-barriera innifisha. Min-naha l-ohra ghalkemm l-ERA ghandha informazzjoni ġenerika li ghal xi żmien l-barrieri in kwistjoni kienu waqfu jaċċettaw materjal ghal raġunijiet logistici, l-Awtorita’ m’għandiex dettalji f’liema perjodu ezatt dan kien sehh. Jien infurmat ukoll li l-istrutturi tal-barriera huma koperti b’liċenzji tal-Pulizija u permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar.