Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #15771 Sitting 353 2020-07-07 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Triq Għajn Damma bejn ix-Xagħra u Marsalform — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk hemmx il-ħsieb li jagħmel it-tiswijiet flimkien ma’ wiċċ ġdid bl-asfalt fejn meħtieġ fi Triq Għajn Damma bejn ix-Xagħra u Marsalforn? F'każ li iva, jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li dawn ix-xogħlijiet jitlestew?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jieħu ħsieb li jsiru numru ta’ toroq madwar Għawdex skond l-esiġenzi.

Università ta’ Malta u MCAST – residenti Għawdxin li gradwaw

Question

A rigward is-sena akkademika 2018 - 2019, jista' l-Ministru jinforma l-Parlament kemm kien hemm residenti Għawdxin li ggradwaw mill-Università ta' Malta u mill-MCAST ? Jista' jindika wkoll kemm minn dawn kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa? Jista' jindika wkoll minn liema fakultajiet, istituti, dipartimenti eċċ gradwaw dawn il-persuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Xagħra Għawdex – proġett ta’ Park tal-familja

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14510, jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament fiex jikkonsistu l-verifiki msemmija u meta hu maħsub li dawn il-verifiki jitlestew?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-verifiki tlestew u l-Awtorità tista’ tipproċedi bil-kunsens fil-jiem li ġejjin.

Kunsilli Lokali – servizz tal-green wardens

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament liema huma dawk il-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex li fil-preżent qed jagħmlu użu mis-servizzi tal-green wardens?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Informazzjoni mitluba tinsab fit-Tabella t’hawn taħt: Kunsilli Lokali li fil-pre¿ent qed jagħmlu użu mis-servizzi tal-green wardens Birkirkara Ħal Safi Ħa¿-¯ebbug L-Isla Mosta San Ġiljan San Ġwann San Pawl il-Baħar Tal-Pietà
Leg 13 PQ #15775 Sitting 353 2020-07-07 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi – dry standing area – proċedura biex jitpoġġew l-opri tal-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament xi proċedura qed tiġi segwita biex sidien ta’ dgħajjes ikunu jistgħu jpoġġu l-opri tagħhom fid-dry standing area li għad kemm ġiet inawgurata ġewwa x-Xlendi? Jista’ jgħid ukoll kif qed issir l-għażla?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 15672.

COVID-19 – rimi ta’ skart illegali

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14504, jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kif jipparaguna l-perjodu msemmi fir-risposta tiegħu, mal-istess perjodu fis-sena 2019?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, sa fejn tidħol l-ERA, bejn it-02 ta’ Marzu u t-12 ta’ Mejju tal-2019, id-Direttorat tal-Infurzar tal-ERA irċieva 31 rapport ta’ rimi ta’ skart. Dawn jinkludu rapporti ta’ rimi ta’ kwalunwe tip ta’ skart, inkluż dak domestiku. B’hekk peress li fl-istess perjodu tal-2020 kienu waslu 38 rapport ta’ rimi ta’ skart, f’dan il-perjodu tal-2020 irriżulta li daħlu seba’ (7) rapporti iktar mill-2019.
Leg 13 PQ #15765 Sitting 352 2020-07-06 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Xagħra Għawdex – Għar ta’ Kalipso — xogħlijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14508, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-implimentazzjoni tar-rapport tat-terren ta’ Għar Kalipso mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, u meta hu maħsub li titlesta tali implimentazzjoni u kemm hu l-budget iddedikat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qegħdin jiġu finalizzati l-pjanti biex jiġu sottomessi lill-Awtorita tal-Ippjanar.
Leg 13 PQ #15766 Sitting 352 2020-07-06 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Vapuri tal-Gozo Channel – restrizzjonijiet rilaxxati — kapaċità ta’ passiġġieri u vetturi

Question

Minn meta ġew rilaxxati r-restrizzjonijiet ta’ vjaġġar bejn Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm hi l-kapaċità f’termini ta’ passiġġieri li jistgħu jkunu abbord kull wieħed mill-vapuri tal-Gozo Channel fuq kull vjaġġ ta’ kull wieħed minn dawn il-vapuri? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-kapaċità f’termini ta’ vetturi? Jekk jeżistu restrizzjonijiet, fuq tali kapaċità jista’ jgħid sa meta dawn ir-restrizzjonijiet ser jibqgħu fis-seħħ? F’każ ta’ restrizzjonijiet, dawn ser ikunu japplikaw għall-vapur Nikolaos ukoll?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-kapaċita’ f’termini ta’ passiġġieri li jistgħu jkunu aboard kull wieħed mill-vapuri tal-Gozo Channel, hija dik ta’ nofs il-kapaċita’ li jiflaħ kull vapur abbord għal kull vjaġġ f’ċirkustanzi normali. Dan skont id-direttivi maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Rigward il-vetturi ma hemmx restrizzjonijiet, dawn japplikaw għal passiġġieri biss. Dawn ir-restrizzjonijiet ser jibqgħu fis-seħħ sa meta jgħidulna l- Awtoritajiet, u japplikaw għall-vapuri kollha nkluż l’M.V Nikolaos.

Reklamazzjoni ta’ art

Question

Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra r-reklamazzjoni tal-art f’pajjiżna? Jekk iva, jista’ jgħid f’liema żoni ta’ Malta hu maħsub li ssir din ir-reklamazzjoni? F’każ ta’ reklamazzjoni tal-art, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru fir-rigward?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-On Int jirreferi ghat-twegiba li nghatat ghall-Mistoqsija Parlamentari 12730

Skart riċiklat f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm kien l-ammont ta’ skart riċiklat għall kull lokalità f’Għawdex u għal kull waħda mis-snin 2017, 2018 u 2019?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata seduta oħra għax għada qed tinġabar.

Strategic Plan for the Environment and Development

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament meta ser tibda r-reviżjoni ta' Strategic Plan for the Environment and Development (SPED) u sussegwentement ir-reviżjoni tal-pjan lokali? Jista' jgħid ukoll għaliex ir-reviżjoni tal-pjan lokali tinsab 4 snin tard?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-reviżjoni tal-iStrategic Plan for the Environment and Development (SPED) ser tibda din is-sena, kif jitlob il-pjan attwali. Revizjonijiet tal-Pjani Lokali jsiru skont il-htiega u dejjem fil-qafas tal-pjan strategiku. Revizjoni olistika tal-Pjani Lokali kollha ssir skont il-htiega u dejjem wara li titlesta r-revizjoni tal-iSPED.

Awtorità tat-Trasport – kriterji għal valutazzjoni tal-vetturi għal ħlas tar-reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji eżattament jiġu segwiti mill-Awtorità tat-Trasport sabiex din tagħmel il-valutazzjoni tal-vetturi għall-finijiet tal-ħlas tar-reġistrazzjoni tal-istess vetturi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li l-bażi għall-kalkolu tal-valuri ta’ reġistrazzjoni huma l-prezzijiet tas-suq miġbura mis-suq lokali u informazzjoni dwar l-ispiża, l-Assikurazzjoni u l-Merkanzija (CIF) u l-valuri tal-prezzijiet ta’ vetturi ġodda provduti minn Transport Malta. Il-formula bażika għall-istima tal-valur tar-reġistrazzjoni ta' mudell partikolari hija l-prezz medju użat immultiplikat bl-iskalar medju CIF, jiġifieri CIF / prezz il-ġdid. Minħabba li l-biċċa l-kbira tal-vetturi użati li huma rreġistrati jinġiebu f'Malta mir-Renju Unit, huwa loġiku li tagħmel użu minn database eżistenti li tipprovdi lista ta' vetturi bħal dawn u l-attributi tagħhom. L-informazzjoni tkun tinkludi derivattivi, daqs tal-magna, tip ta' fjuwil, emissjonijiet tal-karbonju, emissjonijiet ta' materja partikulata, tul, eċċ. liema informazzjoni hija importanti għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa tar-reġistrazzjoni. Peress li s-suq Malti huwa ta' daqs limitat u jista' jkun hemm differenzi bejn vetturi miġjuba jew importati ġodda u dawk miġjuba jew importati użati f'Malta, wieħed mill-kunċetti ewlenin sottostanti tal-metodoloġija adottata biex tipprovdi valuri ta' reġistrazzjoni għal kwalunkwe vettura rreġistrata f'Malta hija li tistabbilixxi relazzjoni bejn is-suq lokali tal-vetturi bil-mutur u l-valuri tal-bejgħ tas-suq (UK) kif ippubblikat minn CAP UK. B'dan il-mod is-sistema tkun tista' tikkalkula l-valuri tar-reġistrazzjoni għall-maġġoranza tal-vetturi użati li jinġiebu f'Malta. Barra minn hekk l-informazzjoni tkun disponibbli istantanjament għal individwi li jfittxu li jġibu vettura użata a priori permezz tas-sit ta’ Transport Malta. Dan ikun jippermetti wkoll li l-valuri ta’ reġistrazzjoni jiġu aġġornati kull xahar, li jirriflettu x-xejriet li qed jinbidlu fis-suq. Is-sistema wkoll tkun tista’ tippubblika l-valuri ta' reġistrazzjoni għal firxa wiesgħa ta' vetturi u mudelli, anke għal dawk li qatt ma jidħlu fis-suq lokali bħala ġodda. Ir-rwol tal-valuri ta' reġistrazzjoni fil-komputazzjoni tat-taxxa li tinġabar wara r-reġistrazzjoni ta' kwalunkwe vettura huwa li jaqbad il-kunċett ta' deprezzament fejn ikun assigurat li vettura użata li tinġieb Malta tħallas taxxa ta' reġistrazzjoni daqs it-taxxa residwa li jinsab fil-valur tal-prezz ta’ vettura ekwivalenti jew simili li kienet tiddaħħal ġdida f’Malta. Ġeneralment, il-valur ta' vettura jittieħed biex jiddeprezza mill-mument li hija rreġistrata u dan it-tnaqqis fil-valur jittieħed f'kunsiderazzjoni meta tiġi applikata t-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq vetturi użati. Dan isir bl-inklużjoni ta' elementi ta' età u kilometraġġ li jikkunsidraw l-aspett ta' ‘wear and tear’ fil-valur tal-vettura.

COVID-19 – spazji pubbliċi jibqgħu aċċessati għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament x’qed jagħmel biex jassigura li spazji pubbliċi jibqgħu aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità u ma jiġux ostakolati minn stabbilimenti tal-ikel u x-xorb bl-imwejjed u s-siġġijiet tagħhom, issa li minħabba COVID-19 għandhom jinżammu distanzi akbar bejn in-nies u huma meħtieġa spazji akbar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

COVID-19 – servizzi lill-persuni b’diżabilità

Question

B’referenza għas-sitwazzjoni kawżata minn COVID-19, jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament dan li ġej: Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni separati għal Malta u għal Għawdex? a) liema servizzi ta' terapija għall-persuni b'diżabilità waqfu jingħataw; b) liema minn dawn is-servizzi għad ma reġgħux inbdew; c) kemm persuni b'diżabilità intlaqtu mis-servizzi li twaqqfu; d) x'qed isir jew x'sar biex il-konsegwenzi kawżati mill-interruzzjoni tas-servizzi, tiġi limitata kemm jista' jkun; e) kif qed jiġu megħjuna l-persuni b'diżabilità issa li l-miżuri restrittivi qed jiġu rilassati u dawn il-persuni jridu jkomplu b'ħajjithom bħal bqija tan-nies; u f) ma’ liema aġenziji jew assoċjazzjonijiet ikkonsulta l-Gvern biex jara li verament jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li, l-Aġenzija Sapport toffri diversi servizzi. Dawk meqjusa servizzi ta’ terapija huma mogħtija minn Occupational u Speech Language Therapists. Dawn kellhom jitwaqqfu mill-mod kif normalment kienu jingħataw minħabba li jinvolvu kuntatt dirett mal-persuni b’di¿abilità u/jew mal-familjari tagħhom. Dawn is-servizzi, minkejja li ma baqgħux jingħataw kif kienu normalment imdorrijin bihom il-benefiċjarji tas-servizzi, il-professjonisti xorta baqgħu jagħtu sostenn u jsegwu lill-klijenti b’mod onlajn fejn possibbli, billi jagħmlu assessjar kif ukoll jagħtu sapport lil impjegati oħra tal-Aġenzija sabiex jiżviluppaw u jwasslu programmi lill-klijenti. Madankollu, dawk il-każijiet meqjusa ta’ emerġenza xorta baqgħu jingħataw is-servizz wiċċ imb’wiċċ. Dan japplika għal klijenti kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Il-ftuħ tas-servizzi bħal kif kien qiegħed isir diġa’, isir skont id-direzzjoni u f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet rispettivi. Sadattant, l-Aġenzija Sapport hi kommessa li b’mod partikolari f’dawn iż-żminijiet, tibqa’ tgħin lill-klijenti tagħha u l-familjari tagħhom sabiex jingħataw sostenn u motivazzjoni biex ikampaw mas-sitwazzjoni. Għadaqstant, il-professjonisti tal-Aġenzija baqgħu j¿ommu kuntatt b’mod regolari permezz tat-telefown u sessjonijiet onlajn sabiex ikun assigurat li persuni b’di¿abiltià u familjari tagħhom jinagħtalhom is-sapport meħtieġ waqt l-interruzzjoni mis-servizzi kif imdorrijin bihom. Programmi lill-benefiċjarji ta’ Servizzi ta’ Matul il-Jum, benefiċjarji tal-proġett INK, u servizzi oħrajn baqgħu jirċievu dawn it-tip ta’ sessjonijiet. Servizzi fil-Komunità baqgħu jingħataw f’ka¿ijiet ta’ emerġenza kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Fil-ka¿ ta’ Servizzi Residenzjali, dawn baqgħu jingħataw. Ħarġiet u attivitajiet fi gruppi twaqqfu skont id-direzzjoni tal-awtoritajiet. Is-Servizzi ta’ Ħidma Soċjali taw sapport kontinwu permezz ta’ telefonati lill-familji, li komplew jingħataw l-interventi meħtieġa f’ka¿ijiet ta’ emerġenza, waqt li taw assistenza wkoll fl-operat ta’ helpline nazzjonali għal anzjani u persuni vulnerabbli li kellhom b¿onn l-għajnuna matul dan il-perjodu. It-tim ta’ ħaddiema tal-Aġenzija bba¿ati f’Għawdex, estendew ukoll il-ħidma tagħhom biex flimkien ma’ entitajiet oħra, iqassmu ikel u mediċina lil familji vulnerabbli u persuni b’di¿abilità f’Għawdex. Applikazzjonijiet għal skemi baqgħu wkoll jiġu proċessati għajr għal dawk li kienu jeħtieġu assessjar minn terapisti wiċċ’imb’wiċċ. Is-Servizz ta’ Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali baqa’ jsir b’mod onlajn ukoll, apparti l-impenn biex bqajna nwasslu b’mod regolari interpretazzjoni ta’ messaġġi pubbliċi mill-awtoritajiet. Matul dan il-perijodu kollu, l-Aġenzija Sapport ħadmet b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, mal-awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika, mas-Segretarjat għall-Anzjanità Attiva u Persuni b’Diżabilità, mal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, NGOs, kif ukoll ma’ assoċċjazzjonijiet ta’ ġenituri. Dan apparti li l-Aġenzija dejjem rat il-bżonnijiet tal-persuni b’di¿abilità u l-familjari tagħhom u rat kif inkludiet u indirizzat il-bżonnijiet li kellhom.

COVID-19 – servizzi lill-persuni b’diżabilità

Question

B'referenza għas-sitwazzjoni kawżata minn COVID-19, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jispjega lill-Parlament dan li ġej: Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjonijiet separati għal Malta u għal Għawdex dwar a) liema servizzi ta' terapija għall-persuni b'diżabilità waqfu jingħataw; b) liema minn dawn is-servizzi għad ma reġgħux inbdew; c) kemm persuni b'diżabilità intlaqtu mis-servizzi li twaqqfu; d) x'qed isir jew x'sar biex il-konsegwenzi kawżati mill-interruzzjoni tas-servizzi, tiġi limitata kemm jista' jkun; e) kif qed jiġu megħjuna l-persuni b'diżabilità issa li l-miżuri restrittivi qed jiġu rilassati u dawn il-persuni jridu jkomplu b'ħajjithom bħal bqija tan-nies; u f) ma’ liema aġenziji jew assoċjazzjonijiet ikkonsulta l-Gvern biex jara li verament jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

COVID-19 – servizzi lill-persuni b’diżabilità

Question

B'referenza għas-sitwazzjoni kkawżata minn COVID-19, jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament dan li ġej: Jista' jagħti spjegazzjonijiet separati għal Malta u għal Għawdex? a) liema servizzi għall-persuni b'diżabilita waqfu jingħataw; b) liema minn dawn is-servizzi għad ma reġgħux inbdew; c) kemm persuni b'diżabilità intlaqtu mis-servizzi li twaqqfu; d) x'qed isir jew x'sar biex il-konsegwenzi kawżati mill-interruzzjoni tas-servizzi, tiġi limitata kemm jista' jkun; e) kif qed jiġu megħjuna l-persuni b'diżabilità issa li l-miżuri restrittivi qed jiġu rilassati u dawn il-persuni jridu jkomplu b'ħajjithom bħal bqija tan-nies; u f) ma’ liema aġenziji jew assoċjazzjonijiet ikkonsulta l-Gvern biex jara li verament jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għal dak li jikkonċerna l-MEDE, ir-risposti fl-istess ordni alfabetiku tad-diversi mistoqsijiet li saru f'din l-interpellanza, huma kif ġej: a) Ma twaqqfu l-ebda servizzi għall-istudenti b'diżabilità fl-erba’ Ċentri ta’ Riżorsa rispettivi, f’Malta kif ukoll fiċ-Ċentru f’Għawdex, anzi t-tagħlim mill-għalliema baqa’ jsir b’mod remot kif ukoll bl-użu ta’ attivitajiet onlajn. L-istess jista’ jintqal għal servizzi oħra li jingħataw permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ NGOs u assoċjazzjonijiet fejn is-servizzi kollha baqgħu jingħataw permezz ta’ riżorsi li jintbagħtu lill-istudenti u b’kuntatt regolari mal-ġenituri minn professjonisti varji hekk kif ikun hemm bżonn. Qegħdin isiru wkoll sessjonijiet onlajn ukoll mal-istudenti minn professjonisti mħarrġa f’dan il-qasam. b) Ara t-tweġiba li ngħatat f’ittra a) c) Ara t-tweġiba li ngħatat f’ittra a) d) Il-MEDE ra li s-servizzi kollha li kienu jingħataw qabel l-imxija tal-COVID-19 jibqgħu jiġu mogħtija lill-istudenti b’diżabilità b’mod effettiv permezz ta’ mezzi teknoloġiċi adekwati. e) Mill-mod edukattiv, l-istudenti qegħdin jiġu megħjuna u mħarrġa li jagħmlu dan permezz ta’ social stories . L-istudenti ġew imfiehma kemm ir-raġuni għalxiex twaqqfu milli jattendu l-iskola kif ukoll issa li xi miżuri restrittivi qed jiġu rilaxxati ħalli b’hekk jibdew jiġu ppreparati biex jerġgħu jkomplu b’ħajjithom mal-bqija tan-nies, bħal pereżempju fejn jidħol l-użu tal-maskri fil-pubbliku. f) Il-MEDE qiegħed jikkonsulta ma’ msieħba soċjali differenti speċjalment mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD). Qed isiru kuntatti regolari ma’ NGOs u assoċjazzjonijiet fejn qed naħdmu flimkien biex naraw li nkomplu nsaħħu l-ħiliet ħolistiċi tagħhom saħansitra dawk indipendenti permezz ta’ attivitajiet u tagħlim b’mod remot minn professjonisti mħarrġa apposta f’dan il-qasam.

COVID-19 – għajnuna mill-Gvern lil individwi, negozji jew kumpaniji fil-qasam tat-Turiżmu f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm individwi, negozji jew kumpaniji fil-qasam tat-Turiżmu f’Għawdex applikaw għall-għajnuniet imħabbra mill-Gvern biex tilqa’ għall-effetti tal-imxija ta’ COVID-19? Sal-jum li fih tiġi mwieġba din il-mistoqsija, jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm mill-applikanti għad ma’ rċevewx tali għajnuniet, totalment jew parzjalment? Jista’ jgħid ukoll sa meta dawn l-għajnuniet ser ikunu qed jitqassmu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

ARMS Ltd — skema ta' irtirar kmieni

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13699, jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament jekk fost is-sitt individwi indikati, kienx hemm min diġà laħaq l-età tal-pensjoni u safrattant ma ġiex mogħti l-pre-retirement leave? Jekk dan hu l-każ, jista’ jagħti r-raġunijiet? Jista’ jgħid hux u kif ser jirrimedja għal dan?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sitt individwi ndikati fir-risposta mogħtija għall-mistoqsija numru 13699, ħadd minnhom ma kien laħaq l-eta’ tal-pensjoni.

Operaturi tat-Turiżmu f’Għawdex – għajnuna fuq fuel u utility bills

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux fi ħsiebu jikkonċedi xi skemi t’għajnuna fuq fuel u utility bills lill-operaturi tat-turiżmu f’Għawdex sabiex dawn jilqgħu għad-daqqa kbira li qalgħu bl-imxija tal-Coronavirus? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt li faqqgħet l-imxija tal-Coronavirus, pajjiżna introduċa fost l-aqwa pakketti u miżuri finanzjarji fid-dinja sabiex jgħin lill-familji u lill-industrija u ma jintilfux kemm jista’ jkun impjiegi. Dan filwaqt li din l-amministrazzjoni raħset il-kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-2014 għall-familji u n-negozji bil-qalba għall-gas iktar nadif li ħalla medja ta’ tmenin miljun ewro fil-but tal-Maltin u l-Għawdxin kull sena. Skont l-aħħar statistika tal-Eurostat, il-Maltin u l-Għawdxin qed iħallsu r-raba’ l-orħos kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-Ewropa u t-tieni l-orħos fiż-żona Euro. Fir-rigward tal-fuel, statistika tal-Kummissjoni Ewropea tindika li mill-2013, il-prezz tal-petrol u tad-diesel f’ Malta u Għawdex naqas b’7% u b’9% rispettivament.
Leg 13 PQ #14998 Sitting 337 2020-06-01 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Bajja ta’ Marsalforn – riħa tinten

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament x'qed jikkawża r-riħa tinten li fl-aħħar ħmistax-il jum kienet tinxtamm fil-bajja ta' Marsalforn, eżattament fl-inħawi tal-wied? Jista' jgħid x'qed jagħmel biex jelimina din ir-riħa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta daħal l-ilment fuq din ir-riħa ġew ikkuntatjati l-WSC li marru fuq il-post. Irriżulta li din ir-riħa kienet ġejja minn ilma qiegħed li jinġabar taħt il-bridges li hemm, kemm dak faċċata tal-bus terminal u kif ukoll dak faċċata tal-parkeġġ. Infurmat ukoll li fl-istess intervent il-WSC għamlet preventive maintenance fuq is-servizzi li hemm mal-front ta’ Marsalforn. Għalkemm ir-riħa ma għadhiex hemm, il-Ministeru se jieħu il-passi li jkun hemm bżonn jekk din ir-riħa terġa’ titfaċċa.