Jista' l-Ministru jgħid l-istadju li fih waslu x-xogħlijiet fuq it-tieni fibre-optic cable bejn Malta u Għawdex u meta hu maħsub li dan se jibda jiffunzjona?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni ser tinghata f’ seduta ohra.
A rigward is-sena akkademika 2018 - 2019, tista' l-Ministru tinforma l-Parlament kemm kien hemm residenti Għawdxin li gradwaw mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Tista' tindika wkoll kemm minn dawn kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa? Tista' tindika wkoll minn liema fakultajiet, istituti, dipartimenti eċċ gradwaw dawn il-persuni?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmata li fis-sena akkademika 2018/19 kien hemm 34 student full-time irreġistrati mal-Istitut għall-Istudji Turistiċi. Minn dawn lestew il-kors tagħhom u gradwaw 11-il student – 8 irġiel u 3 nisa. Huma kienu jsegwu dawn il-korsijiet:
· Foundation
· Certificate in Food Preparation and Service
· Diploma in Food Preparation & Production Operations
· Bachelor in Culinary Arts (HONS)
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14996, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux fost is-sitt persuni li qed jirreferi għalihom hu? Jekk iva u peress li jirriżulta li dan l-individwu kien laħaq l-età tal-irtirar u madanakollu m’ingħatax il-pre-retirement leave u lanqas tħallas tiegħu, jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament, kien laħaq ftehim finali mal-entità qabel id-data tal-irtirar.
Regolamenti dwar Perijodi Permessi għal Duħħan Iswed minn Bastimenti — kontrolli
Question
B’referenza għal-Liġi Sussidjarja Nru 200.02 (Avviż Legali Nru 30/1969 kif emendat b'Avviż Legali Nru 32/1969) Regolamenti dwar Perijodi Permessi għal Duħħan Iswed minn Bastimenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm saru kontrolli, jekk saru, mill-bidu tas-sena 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm infrazzjonijiet u minn min?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Regolamenti dwar Perijodi Permessi għal Duħħan Iswed minn Bastimenti — kontrolli
Question
B'referenza għal-Liġi Sussidjarja Nru 200.02 (Avviż Legali Nru. 30/1969 kif emendat b'Avviż Legali Nru 32/1969) Regolamenti dwar Perijodi Permessi għal Duħħan Iswed minn Bastimenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm saru kontrolli, jekk saru, mill-bidu tas-sena 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm infrazzjonijiet u minn min?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Regolamenti dwar Perijodi Permessi għal Duħħan Iswed minn Bastimenti — kontrolli
Question
B'referenza għal-Liġi Sussidjarja Nru 200.02 (Avviż Legali Nru. 30/1969 kif emendat b'Avviż Legali Nru 32/1969) Regolamenti dwar Perijodi Permessi għal Duħħan Iswed minn Bastimenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm saru kontrolli, jekk saru, mill-bidu tas-sena 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm infrazzjonijiet u minn min?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li r-Regolamenti dwar Perijodi permessi għal Duħħan minn Bastimenti (L.S. 200.02) huma maħruġa taħt l-Att dwar l-Arja Pura (Kap. 200) u jaqgħu taħt il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika.
Minkejja dan, l-Awtorita għat-Trasport f’Malta rċeviet madwar 17-ilment dwar duħħan ħiereġ minn bastimenti mis-2016 sal-lum, liema ilmenti ġew investigati minnufih u ttieħdet l-azzjoni neċessarja fejn kien hemm bżonn. Ta min wieħed jiċċara illi dawn l-emissjonijiet kienu r-riżultat ta’ magni li kellhom bżonn tiswijiet jew inkella minn bastimenti antiki waqt l-operazzjonijiet ta’ manuvrar tagħhom, inkluż irmiġġ jew ħall mill-irmiġġ.
Reserved car parking spaces għal persuni b’diżabilità
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15643, jista' l-Ministru jagħti lista ta’ fejn saru l-parkeġġi fit-13-il distrett għal kull waħda mis-snin imsemmija, maqsuma lokalità b'lokalità?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament kemm hawn batching plants f'Malta u Għawdex u fejn jinsabu? Jista' jgħid jekk hemmx minnhom li m'għandhomx il-permessi skont il-Liġi biex ikunu jistgħu joperaw?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – lapida ta’ inawgurazzjoni — manutenzjoni
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jara li l-lapida ta' inawgurazzjoni fid-daħla preżenti tal-Isptar t'Għawdex tingħata l-manutenzjoni neċessarja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed issir il-manutenzjoni meħtieġa fuq il-lapida kommemorattiva li tfakkar it-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Property Malta – rapport amministrattiv u estimi finanzjarji
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport amministrattiv u l-estimi finanzjarji għal kull waħda mis-snin li ilha mwaqqfa Property Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b’referenza għall-mistoqsija Parlamentari Numru 15784, qed npoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra l-estimi finanzjarji għas-sena 2017.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15192 tas-Seduta 340 għal estimi finanzjarji tal-2019.
Filwaqt li nirreferih ukoll għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14581 tas-Seduta 331 għal estimi finanzjarji tal-2018 u għar-rapport amministrattiv datat f’Mejju 2020.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament kemm ġew jiswew l-eco-friendly cafes b'relazzjoni mal-għoti t'ikel lill-annimali? Jista' jispjega wkoll min qed jamministrahom u xi spiża hemm involuta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża fuq dawn it-tlett Eco-Friendly Stray Animals Feeding Machines ġiet tiswa €6,770.50 li tkopri l-magni, id-dazju, il-miżata biex jinħarġu mid-dwana u t-transport lejn Għawdex.
Dawn il-magni qegħdin jiġu amministrati mis-sezzjoni għall-Ħarsien tal-Annimali fi ħdan id-Direttorat EkoGħawdex u l-ispiża marbuta mal-ikel tlaħħaq madwar €94.50 fil-ġimgħa għat-tlett magni.
Awtorità tal-Ippjanar – permessi maħruġa f’Outside Development Zone
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta lista ta' kemm l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet permessi ta' żvilupp fiż-żona li mhix ta’ żvilupp jew kif magħrufa aħjar bħala 'Outside Development Zone' f'Għawdex mill-bidu tas-sena 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' l-Ministru jindika wkoll il-lokalitajiet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni miltuba.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar applikazzjonijiet għal permess ta’ żvilupp, fejn parti mis-sit jaqa’ barra miż-Żona ta’ Żvilupp, il-kunsill lokali miżmum fis-sistema jinstab ġewwa Għawdex, u d-deċiżjoni li tiġi approvata l-applikazzjoni ttieħdet mill-Awtorità stess.
Kwantu l-Uffiċċju Konġunt u r-reġistrazzjonijiet pendenti tat-titoli fir-Reġistru tal-Artijiet, tal-proprjetà kollha li għaddiet għand il-Gvern fis-sena 1993, jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament jekk hux minnu li nbdiet proċedura ġdida fejn mhux qed isiru r-rikonoxximenti taċ-ċenswalisti tal-proprjetà qabel ma tkun saret ir-reġistrazzjoni tat-titolu? Jekk iva, jista' jagħti r-raġuni għal dan?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tar-rikonoxximent sar jinvolvi ir-reġistrazzjoni tal-propjeta’ sa mill-bidu tal-proċess, minflok lejn l-aħħar. Illum il-proċess huwa aktar efficjenti, u għall-ewwel darba f’numru ta’ snin, l-Awtorità qiegħda f’pożizzjoni li tnaqqas b’mod sinifikanti mill-‘backlog’ mingħajr ma toħloq wieħed ġdid. Fix-xahar ta’ Ġunju, l-Awtorità tal-Artijiet iffinalizzat 72 rikonoxximent, li huwa kważi d-doppju tat-talbiet il-ġodda.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament:
1) Sena b'sena minn 2014 sa 2020 kemm daħlu immigranti rregolari?;
2) Kemm minn dawn inżammu fiċ-ċentri miftuħin f'Ħal Far u l-Marsa?;
3) Kemm minn dawn intbagħtu lura?;
4) Kemm ġew rilokati ġewwa pajjiżi oħra?; u
5) Kemm minn dawk li applikaw għal-ażil ġew aċċettati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15004 u ċjoè: B'referenza għas-sitwazzjoni kawżata minn COVID-19, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jispjega lill-Parlament dan li ġej: Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjonijiet separati għal Malta u għal Għawdex dwar
a) liema servizzi ta' terapija għall-persuni b'diżabilità waqfu jingħataw;
b) liema minn dawn is-servizzi għad ma reġgħux inbdew;
c) kemm persuni b'diżabilità intlaqtu mis-servizzi li twaqqfu;
d) x'qed isir jew x'sar biex il-konsegwenzi kawżati mill-interruzzjoni tas-servizzi, tiġi limitata kemm jista' jkun;
e) kif qed jiġu megħjuna l-persuni b'diżabilità issa li l-miżuri restrittivi qed jiġu rilassati u dawn il-persuni jridu jkomplu b'ħajjithom bħal bqija tan-nies; u
f) ma’ liema aġenziji jew assoċjazzjonijiet ikkonsulta l-Gvern biex jara li verament jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi issa s-servizzi kollha li jingħataw mid-Dipartiment tas-Saħħa reġaw bdew jingħataw bħal ma kienu jingħataw qabel il-Pandemija tal-COVID-19. Tajjeb li ngħid li matul il-pandemija kull servizz, xorta baqa’ jingħata mid-Dipartiment tal-Emerġenza. Apparti minn hekk, matul l-imsemmi perjodu uħud mis-servizzi baqaw jingħataw b’diversi mezzi oħra ta’ komunikazzjoni sabiex b’hekk il-pazjenti xorta setaw jiġu segwiti.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reġistru ta’ trasparenza a rigward ta’ dawk il-persuni li ltaqa’ magħhom għall-perjodu minn kemm ilu Ministru sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija eżattament kif wiegħed hu stess?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma għaddejja fuq qafas diġitali biex tidħol fis-seħħ is-sistema ta’ transparency register b'konsultazzjoni ma’ diversi entitajiet.
Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament għandux il-ħsieb li jagħmel jew jgħin fix-xogħlijiet kwantu Park għall-Familji fil-Qala? Jekk iva, jista’ jgħid fiex wasal il-proċess u meta jaħseb li dan ikun lest?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan il-park huwa ppjanat li jsiru diversi xogħlijiet, fosthom tħawwil ta’ siġar, park għall-klieb u restawr u nstallazjoni ta’ garden furniture.
Riforma f’entitajiet governattivi li jirregolaw l-industrija tal-bini
Question
Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament f’liema stadju waslet ir-riforma fl-entitajiet governattivi li jirregolaw l-industrija tal-bini f’Malta? Jista’ jagħti data dwar meta din ser titlesta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar xhur twaqqfet l-Aġenzija għall-Bini u Kostruzzjoni, liema Aġenzija għaddejja bil-ħidma tagħha sabiex twassal għat-twaqqif tal-Awtorita’ għall-Bini u Kostruzzjoni. Fost ix-xoghol li qed isir hemm sabiex isiru regolamenti għall-liċenzjar tal-kuntratturi, regolament dwar l-obligazzjonijiet tal-istakeholders li jaħdmu fis-settur, kif ukoll National Building Code. Il-pjan hu li dan kollu jitlesta sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena 2020.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament kemm hawn batching plants f'Malta u Għawdex u fejn jinsabu? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx minnhom li m'għandhomx il-permessi skont il-Liġi biex ikunu jistgħu joperaw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liċenzja meħtieġa sabiex persuna tkun tista’ żżomm u tħaddem batching plant tingħata skont il-provvedimenti tal-Att dwar il-Liċenzji tal-Pulizija (Kap. 128) u l-leġislazzjoni sussidjarja li toħroġ taħt l-istess Att. Nitlob għaldaqstant lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport u dokumenti oħra relatati bħala evidenza taċ-ċertifikazzjoni li saret u li permezz tagħha ġie stabbilit li l-lukanda fir-Rabat Għawdex kienet adegwata biex tospita l-anzjani ta' Dar Sant'Anna? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport/i u dokumenti oħra ta' follow-up visits jekk kien hemm?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, Steward Health Care ingħatat liċenzja ta’ emerġenza skont l-Avviż Legali 74/2020. Kif stabbilit f’dan l-Avviż Legali, din it-tip ta’ liċenzja kienet maħruġa fi żmien ta’ emerġenza f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Tajjeb wieħed jinnota li din il-liċenzja ġiet mgħotija fil-21 ta’ Marzu 2020, għal forniment ta’ servizz ta’ ħarsien soċjali.