Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tribunal għar-Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – kunflitt ta’ interess ta’ membri maħtura

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament x'għamel biex isolvi l-kunflitt t'interess li membru jew membri maħtura fuq it-Tribunal għar-Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar jista' għandhom minħabba li huma impjegat/i tal-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn fost il-persuni maħtura fuq it-Tribunal għar-Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, kien hemm persuna waħda b’arranġament ta’ unpaid leave mill-Awtorità tal-Ippjanar; dan filwaqt li kienet qed tagħti s-servizz esklussiv tagħha lit-Tribunal imsemmi. Minkejja li fl-Awtorità tal-Ippjanar, il-persuna kkonċernata ma kienet qed tagħmel l-ebda xogħol, xorta waħda saru arranġamenti sabiex id-detailing li din il-persuna kellha ma’ l-imsemmija Awtorità jiġi revokat u b’hekk din il-persuna issa m’għanda l-ebda impjieg mal-Awtorità tal-Ippjanar.

Akkomodazzjoni Soċjali – units provduti f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm ġew provduti units għal skopijiet t'akkomodazzjoni soċjali, lokalità b'lokalità f'Għawdex tul il-leġislatura kurrenti? Jista' jgħid ukoll taħt liema titolu ġew konċessi dawn il-units?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar allokat 55 unit b’kera f’Għawdex għal skopijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali maqsuma skond il-lokalita’ kif ġej :- Lokalita’ Total Għajnsielem 4 Għarb 1 Marsalforn 16 Munxar 2 Nadur 6 Qala 7 Rabat 11 Sannat 1 Xagħra 1 Xlendi 5 Żebbuġ 1 Total 55
Leg 13 PQ #17967 Sitting 416 2021-01-18 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Persuni f’Għawdex li meqjusa vulnerabbli u f’riskju ta’ povertà

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm hemm persuni f'Għawdex li fil-mument li titwieġeb id-domanda, huma meqjusa li huma vulnerabbli u f'riskju ta' povertà jew saħansitra f'povertà? Jekk iva, jista' l-Ministru jelenka r-raġunijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Kunsilli Lokali – konċessjoni ta’ spazju fi proprjetà tal-kunsill lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura għandha tiġi segwita minn Kunsill Lokali meta dan jintalab u jaċċetta li jikkonċedi spazju fi proprjetà tiegħu biex minnu għaqda volontarja toffri servizz lill-pubbliku fuq bażi temporanja bi jew bla ħlas? F'każ li hemm proċedura, jista' jispjega l-bażi legali għal tali proċedura?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

Qasam tal-bini — inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti fil-qasam tal-bini jew inkella b'rabta mal-qasam tal-bini mill-bidu tal-leġiżlatura preżenti sal-jum meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali u kemm minnhom ħallew il-persuni involuti b'xi forma ta' diżabiltà? Jista' jgħid ukoll kemm mill-persuni involuti fl-inċidenti kienu Maltin u kemm kienu barranin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #17804 Sitting 415 2021-01-13 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni maħtura minħabba miżuri ta’ sigurtà fil-Qasam tal-Kostruzzjoni

Question

B'referenza għall-inċident ta' Marzu 2020 fejn iġġarrfet residenza u sfortunatament tilfet ħajjitha persuna, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-ħidma tal-kummissjoni maħtura mill-Gvern biex teżamina, u tipproponi miżuri kwantu s-sigurtà fil-qasam tal-kostruzzjoni? Jista' jgħid ukoll x'ser tkun it-triq ’il quddiem?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 14221, li għamel hu stess, inżid li fl-aħħar xhur il-Gvern ħadem fuq strateġija inti¿a biex tkompli ssaħħaħ l-istrutturi regolatorji fis-settur. Għall-aħħar aġġornamenti, nitolbu jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Akkwati tat-trejqa li tagħti għall-bajja ta’ Wied il-Għasri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-akkwati tat-trejqa li twassal għall-bajja ta' Wied il-Għasri hiex proprjetà privata? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi l-art privata u dik pubblika?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-medja tal-Kamra pjanta li turi l-art (singjata bl-aħmar) irreġistrata f’isem il-Gvern ta’ Malta fir-Reġistru tal-Artijiet

Awtorità tal-Artijiet – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tad-direct orders kollha li ngħataw mill-Awtorità tal-Artijiet sa minn meta twaqqfet sa meta titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jindika kull direct order għal liema tip ta' xiri ngħatat? Jista' jindika wkoll għal kull direct order, min irċieva l-ħlas u kemm kien l-ammont?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Għawdex: ix-Xagħra – aċċess pubbliku għall-bajja ta’ Għajn Barrani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix aċċess pubbliku għall-bajja pittoreska ta' Għajn Barrani fil-limiti tax-Xagħra Għawdex? Jekk le, jista' jgħid x'beħsiebha tagħmel l-Awtorità tal-Artijiet biex ikun hemm dan l-aċċess?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-medja tal-Kamra pjanta u ritratt tal-art fl-inħawi tal-Bajja ta’ Għajn Barrani, Limiti tax-Xagħra Għawdex. Skond il-pjanta jidher li għall-bajja imsemmija hemm aċċess permezz ta’ trejqa u passaġġ (immarkata b’sinjal blue) fuq art irreġistrata f’isem il-Gvern ta’ Malta.

Għawdex – artijiet esproprjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm artijiet ġew esproprjati mill-Gvern tul din il-leġiżlatura f'Għawdex, maqsuma lokalità b'lokalità? Kemm hu l-valur li tħallas jew li għad irid jitħallas għal kull waħda minn dawn il-proprjetajiet? Kemm minn dawn il-proprjetajiet huma suġġetti għal litigazzjoni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba u ngħarrfu li ebda propjeta indikata sa lluim ma hija suġġetta għal litigazzjoni.
Leg 13 PQ #17800 Sitting 414 2021-01-12 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Triq ta’ Għajn Damma – wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid hekk għandux il-ħsieb li jagħti wiċċ ġdid lit-triq ta' Għajn Damma jew kif inhi magħrufa wkoll Ta’ Għajn Xejba, li mix-Xagħra twassal lejn Marsalforn u jekk iva meta beħsiebu jagħmel dan? Jista' jispjega wkoll jekk f'din it-triq hemmx problema ta' tnixxija ta' drenaġġ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħsieb tal-Ministeru għal Għawdex huwa li jsiru t-toroq li hemm bżonn madwar Għawdex kif jista’ japprezza li qed jsir.
Leg 13 PQ #17801 Sitting 414 2021-01-12 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-direct orders mogħtija mill-Ministeru tiegħu tul l-2020? Jista' jindika għal kull direct order, il-ħlas li sar, il-persuna li offriet is-servizz jew irċeviet il-ħlas u n-natura tas-servizz mixtri?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tiġi ppublikata fuq il-gazzetta tal-Gvern.
Leg 13 PQ #17760 Sitting 413 2021-01-11 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Reklamar għal gżira Għawdxija — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14027 u jispjega lill-Parlament kemm kienet in-nefqa tiegħu bejn l-2013 u l-2019 sena b’sena biex isir reklamar f’Għawdex bħala destinazzjoni turistika unika u distinta minn Malta? Jista’ jispjega kemm ser tkun din in-nefqa għas-sena 2020 u x’inhuma l-inizjattivi ppjanati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #17761 Sitting 413 2021-01-11 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – salini tal-melħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14730 u jgħid f'kemm żoni tal-kosta ta’ Għawdex jinsabu s-salini tal-melħ? Jista' l-Ministru jgħid fejn jinsabu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn is-salini għadhom qed jitħaddmu? Jista' jgħid kemm kienet, fi kwantità u fi dħul, il-produzzjoni tal-melħ minn dawn is-salini sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm minn dawn is-salini jappartjenu lill-privat u kemm minnhom huma f'idejn il-privat b'kera jew ċens? Jista' l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex dawn is-salini jiġu konservati għall-ġenerazzjonijiet futuri?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru ma jżommx l-informazzjoni mitluba.

Skart riċiklat f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15768 u jgħid kemm kien l-ammont ta’ skart riċiklat għall kull lokalità f’Għawdex u għal kull waħda mis-snin 2017, 2018 u 2019?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Persuni b’diżabilità li jgħixu f’residenza tal-komunità f’Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni b'diżabiltà li qed joqogħdu f'xi residenza fil-komunità ġewwa Għawdex bħal Dar il-Fjuri fir-Rabat? Tista' tindika kemm minn dawn huma Għawdxin? Tista' tgħid kemm minn dawn il-persuni jgħixu b'mod permanenti f'dawn ir-residenzi? Tista' tindika kemm hemm Għawdxin li qed jistennew biex jidħlu f'xi waħda minn dawn ir-residenzi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm 9 persuni li joqogħdu b’mod permanenti f’Dar il-Fjuri fir-Rabat Għawdex, operata minn Aġenzija Sapport. Minn dawn, 4 huma Għawdxin. Skont il-lista ta’ stennija ta’ Aġenzija Sapport, fid-data ta’ din it-tweġiba hemm 3 persuni Għawdxin li qed jistennew biex jidħlu f’waħda mir-residenzi f’Għawdex.

Permessi tal-ippjanar f’Urban Conservation Area f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ingħataw permessi tal-ippjanar fl-Urban Conservation Area ġewwa Għawdex tul il-leġiżlatura preżenti? Jista' jaqsam dawn il-permessi sena b'sena u lokalità b'lokalità?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Għawdex: Għasri — esproprjazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Ċentrali għamilx esproprjazzjonijiet fil-lokalità tal-Għasri Għawdex, preċiżament fiż-żona ta' Triq il-Ġdida u Triq il-Qadima? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji, possibbilment anke billi jpoġġi pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika lill-Awtorità tal-Artijiet iż-żona li qed jirreferi għaliha fuq pjanta, sabiex l-Awtorità tkun f’pożizzjoni aħjar li tirrispondi.
Leg 13 PQ #17754 Sitting 412 2020-12-16 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema Għawdex – free pass

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-Gvern jerġa’ jintroduċi l-free pass għall-ħaddiema Għawdxin f'Malta issa li l-pajjiż qed jaffaċja mxija ġdida ta' COVID-19? Jista' jgħid ukoll jekk il-Gvern hux lest li jikkonsidraw jintroduċi dan il-pass b'mod permanenti minflok is-sistema fejn il-passiġġier iħallas u mbagħad jitlob ir-rifużjoni?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta jibbenefikaw minn skema ta' sussidju maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex li tinkludi l-ħlas tat-traġitt tal-Gozo Channel.
Leg 13 PQ #17755 Sitting 412 2020-12-16 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Djar tal-Anzjani Għawdex – staff u anzjani bil-Covid-19

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' persuni li kellhom il-COVID-19 fi Djar tal-Anzjani f'Għawdex u dan sal-jum meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jaqsam dawn il-każijiet fi staff u residenti? Jista' jaqsam ukoll dawn il-każijiet f'dawk li kienu jikkonċernaw irġiel u f'kemm kienu jikkonċernaw nisa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Villa San Lawrenz sal-lum kien hemm 7 anzjani li kellhom il-Covid-19, li minnhom 6 kienu nisa u kien hemm raġel wieħed. Kien hemm ukoll żewġ membri tal-istaff li huma nisa li kellhom dan il-virus. Dawn il-persuni kollha fiequ u reġgħu lura lejn Villa San Lawrenz.