Legislature:
Category:
Reset
Active:

Foundation for Social Welfare Services – servizzi f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17715 u jelenka s-servizzi li l-Foundation for Social Welfare Services (FSWS) qed toffri ġewwa Għawdex? Jista' jispjega wkoll kemm persuni qed jirċievu kull wieħed minn dawn is-servizzi? Jista' jgħid ukoll kemm hemm persuni f'Għawdex li qed jirċievu xi wieħed mis-servizzi msemmija, maqsuma lokalità b'lokalità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

Pazjenti tar-Renal Unit f’Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex – tilqima kontra l-COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Parlament meta hu maħsub li l-istaff u l-pazjenti tar-Renal Unit f'Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex ser jingħataw it-tilqima kontra l-COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istaff kollu ta’ Mater Dei li għandhom clinical contact, kollha ngħataw il-vaċċin kontra l-COVID-19. Rigward pazjenti, Mater Dei ser taddotta l-Prioritisation Plan stabbilit mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Minn nhar l-Erbgħa 27 ta’ Jannar, Mater Dei ser tibda tagħti l-vaċċin lill-pazjenti mill-Onkoloġija.

Mediċini b’xejn – tibdil tad-disinn u l-ippakkeġġjar tal-mediċini

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Parlament x'inhuma r-raġunijiet għaliex l-għamla u d-disinn tal-ippakkeġġjar tal-mediċini u tal-mediċini nfushom li għalihom hu intitolat b'xejn il-pubbliku, jinbidel daqstant ta’ spiss? Jista' l-Gvern jikkonsidra li jnaqqas jew jevita dan it-tibdil, dan sabiex partikularment l-anzjani u persuni vulnerabbli jkollhom anqas diffikultajiet iżommu mar-rutina tal-mediċini li jieħdu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li x-xiri ta’ mediċini jsir permezz ta’ sejħiet pubbliċi li diversi kumpaniji jistaw jikkompetu, l-għamla u d-disinn tal-ippakkeġġjar tal-mediċini jkun determinat skont min ikun rebaħ is-sejħa.

Learning Support Educators

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17438, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn min hu kompost il-bord li jiddeċiedi fuq każijiet umanitarji? Jista' jispjega wkoll xi proċedura jew kriterji jsegwi dan il-bord biex jistabbilixxi jekk Learning Support Educator b'każ umanitarju timmeritax li taqbeż il-waiting list u tmur taħdem direttament f'Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bord imsemmi minnu ma jagħmilx parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa għalhekk nitolbu biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Batching plants f’Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm hawn batching plants f'Malta u Għawdex u fejn jinsabu? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx minnhom li m'għandhomx il-permessi skont il-liġi biex ikunu jistgħu joperaw?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat

Bankini f’Għawdex – Access For All Guidelines

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm jistma li hu l-perċentwal ta' bankini f'Għawdex li jissodisfaw totalment l-Access For All Guidelines? Jista' jagħti wkoll perċentwal għal kull lokalità f'Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.

Persuni neqsin mid-dawl f’Malta u Għawdex

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17710, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni neqsin mid-dawl f'kull lokalità f'Malta u Għawdex?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru totali ta’ persuni neqsin mid-dawl f’Malta u f’Għawdex huwa ta’ 1,643. Il-Ministeru ma jħossx li jkun etiku li joqgħod jagħti ċifri ta’ kemm hemm persuni neqsin mid-dawl f’kull lokalità.

Bankini f’Għawdex li jissodisfaw l-Access For All Guidelines

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Parlament kemm tistma li hu l-perċentwal ta' bankini f'Għawdex li jissodisfaw totalment l-Access For All Guidelines? Tista' tagħti wkoll perċentwal għal kull lokalità f'Għawdex?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li c-CRPD m’ghandhiex din l-informazzjoni.

Għajnsielem – Learning Hub

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17713 u tgħid fejn wasal il-proġett imħabbar fl-2017 mill-Gvern fejn il-Learning Hub ġewwa Għajnsielem Għawdex kellu jiġi estiż biex ikun hemm aktar spazju għas-servizzi offruti minn dak il-post? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Gvern kera l-binja tal-Learning Hub?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.

Għajnsielem — Learning Hub

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17712, tista' l-Ministru tgħid jekk l-amministrazzjoni ġenerali tal-Learning Hub taqax taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tagħha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.
Leg 13 PQ #17979 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Tfal u studenti neqsin mid-dawl – servizzi edukattivi

Question

Tista' l-Ministru tispjega lill-Parlament x'servizzi edukattivi jingħataw f'Malta lil tfal u studenti neqsin mid-dawl? Tista' tgħid ukoll kemm hawn għalliema jew professjonisti oħra fis-settur edukattiv li qed joffru dawn is-servizzi? Tista' tgħid ukoll kemm fil-mument li qed titwieġeb din id-domanda hemm tfal jew studenti li qed jirċievu kull wieħed minn dawn is-servizzi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm Servizz għall-Istudenti b’Diffikultajiet Okulari. Dan is-servizz peripatetiku jiċċekkjaw il-progress ta’ kull student fejn jingħataw suġġerimenti lil-LSEs, lill-għalliema, lill-membri tas-Senior Leadership Team (SLT), lill-ġenituri kif ukoll lil nies oħrajn involuti, dwar l-aħjar metodi adattati għal dawn l-istudenti. Apparti minn hekk, dan is-servizz jaħseb ukoll dwar il-mod kif għandhom jiġu adottati l-istrateġiji, il-faċilitajiet, l-arranġamenti u l-għajnuniet neċessarji li għandhom jiġu pprovduti lil kull student fil-klassi jew fid-dar u matul l-eżamijiet. Dan is-servizz jibda jingħata fl-iskejjel, kemm tal-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti u saħansitra anke qabel l-età tal-iskola biex l-istrateġiji jibdew ikunu implimentati kemm jista’ jkun kmieni. Hemm 105 studenti visually impaired fl-iskejjel Primarji u Sekondarji tal-Istat, Privati u Indipendenti f’din is-sena akkademika u hemm tliet għalliema li jagħtu s-servizz għall-istudenti b’diffikultajiet okulari.
Leg 13 PQ #17968 Sitting 417 2021-01-19 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Bankini f’Għawdex – Access For All Guidelines

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm jistma li hu l-persentaġġ ta' bankini f'Għawdex li jissodisfaw totalment l-Access For All Guidelines? Jista' jagħti wkoll persentaġġ għal kull lokalità f'Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.

Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex – impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm għandu ħaddiema impjegati jew assenjati miegħu l-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-ħaddiema jitħallsu direttament mill-Kunsill? F'każ li hemm ħaddiema li ma jitħallsux mill-Kunsill, jista' jgħid min iħallashom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra li l-Kunsill għandu tmien (8) ħaddiema assenjati miegħu mill-Community Workers Scheme Enterprise Foundation. Dawn il-ħaddiema jitħallsu mill-imsemmija fondazzjoni.

Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex – implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament meta l-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex ser iwettaq u jimplimenta dawn id-deċiżjonijiet: 1) Master Plan għaż-żona ta' Pjazza l-Vittorja u t-toroq tal-madwar kif ilu mwiegħed snin; 2) Binja ġdida għall-Kunsill, moderna u aċċessibbli, li tinkorpora fiha għassa, berġa u toilets pubbliċi kif ilu mwiegħed snin; 3) Isewwi jew jinstalla mill-ġdid il-funtana fil-ġnien tal-mitħna fi Triq il-Mitħna u li ilha snin ma taħdimx?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra illi:- 1) Il-kumpanija EMDP li ġiet awarded l-offerta ( tender ) għal dan il- masterplan qed tagħmel konsultazzjonijiet mal-entitajiet konċernati u ser isiru żewġ sezzjonijiet ta' konsultazzjoni pubbliċi mar-residenti nhar is-Sibt 30 ta' Jannar 2021. 2) Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra applika għall-permessi neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar. Skont policies tal-Awtorità, id-deċiżjoni dwar tali permess għandha tingħata sat-8 ta' Marzu 2021. Sadanittant, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra qiegħed f'diskussjonijiet mal-Ministeru għal Għawdex dwar il-possibilità li dan il-proġett jiġi ffinanzjat mill-istess Ministeru. 3) Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra talab stima għal xogħol ta’ tiswija tal-funtana, liema stima ser tiġi diskussa fil-laqgħa tax-xahar ta' Frar.

Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex — kenniesa

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm hemm kenniesa jaħdmu fi ħdan il-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex u kif wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda tal-knis u t-tindif li din il-lokalità ssegwi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra li x-xogħol ta' knis fit-toroq fil-lokalità jsir minn sitt (6) ħaddiema assenjati mal-Kunsill mill-Community Workers Scheme Enterprise Foundation u minn żewġ kuntratturi mqabbda mill-istess Kunsill, wieħed biex jieħu ħsieb l-area ta' Pjazza l-Vitorja u l-ieħor biex jieħu ħsieb l-areas ta' Triq Sant' Anton, Triq Sruġ u Triq Kortoll.

Kunsilli Lokali f’Għawdex – bankini skond l-Access For All Guidelines

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm-il-bankina għamel kull Kunsill Lokali f'Għawdex tul is-sena 2020? Kemm minn dawn il-bankini saru skont l-Access For All Guidelines? Jekk hemm bankini li ma sarux skont dawn il-guidelines, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Mezzi ta’ Trasport elettriċi, pubbliċi jew privati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17708 u jgħid kemm hemm mezzi ta' trasport elettriċi, pubbliċi jew privati, li jiċċirkolaw fit-toroq Maltin sal-jum li fih tiġi mwieġba din id-domanda? Peress li dawn il-mezzi jaħdmu b'mod silenzjuż, jista' jgħid xi prekawzjonijiet ħa jew qed jieħu biex dawn il-mezzi ta' trasport ma jkunux ta' xkiel jew periklu għall-persuni neqsin mid-dawl mexjin fit-triq minħabba li kif inhu ovvju ma jistgħux jisimgħu l-ħoss tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa ‘ l-aħħar ta’ Novembru 2020 kien hawn dawn il-mezzi ta’ transport li jaħdmu bl-elettriku. Għamla Ammont Vetturi li jahdmu bl-elettriku 3,099 Muturi li jahdmu bl-eletriku 421 Pedelecs 104 Escooter 182 Moped 811 Vetturi Plug In hybrid 683 Fir-rigward ta’ xi prekawzjonijiet li qegħdin jittieħdu sabiex dawn il-mezzi ta' trasport ma jkunux ta' xkiel jew periklu għall-persuni neqsin mid-dawl waqt li jkunu mexjin fit-triq jiena ninsab infurmat li hemm obbligu fuq il-manifatturi ta’ dawn it-tipi ta’ vetturi li jiġu mgħammra b’ħoss artifiċjali magħruf bħala Acoustic Vehicle Alert Systems (AVAS) u dan sa Lulju 2021. B’dan il-mezz il-vetturi jkunu jridu jagħmlu ħoss meta dawn it-tip ta’ vetturi jkunu qegħdin jinstaqu b’veloċita ta’ anqas min 20 km/h, jew meta tkun qiegħed tirriversja l-vettura.

Outside Development Zone – Solar Panel Farms

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm art f'Outside Development Zone f'Malta u f'Għawdex ġiet destinata għal-solar panel farms jew fejn ġew stallati solar panels u dan sal-jum li fih tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija se tiġi mwieġba f’seduta oħra.

Rabat Għawdex – bdil fil-pjan lokali għall-bini ta’ sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk hux ser ikun hemm ħtieġa ta' tibdil fil-pjan lokali fir-Rabat Għawdex biex ikun jista' jinbena l-isptar il-ġdid imwiegħed mill-Gvern ġewwa r-Rabat Għawdex? F'każ li iva, jista' jgħid x'sar jew x’qed isir f'dan ir-rigward?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li m’hemmx il-ħsieb li jsiru aktar emendi għall-Pjan Lokali tar-Rabat Għawdex wara dawk li saru fl-2017 biex ikun jista' jinbena l-isptar il-ġdid imwiegħed mill-Gvern.

Awtorità tal-Ippjanar – ordnijiet t’infurzar f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm ġew esegwiti ordnijiet t'infurzar tal-Awtorità tal-Ippjanar, lokalità b'lokalità f'Għawdex tul il-leġislatura kurrenti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija se tiġi mwieġba f’seduta oħra.