Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid:
a. jekk tul l-aħħar sena kienx qed jiġi offrut servizz ta' GU clinic fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex;
b. Jekk iva, kemm kien hemm speċjalisti qed joffruh u għal kemm ħin fil-ġimgħa;
c. Jekk iva, kemm pazjenti kienu qed jużaw is-servizz fil-ġimgħa;
d. jekk hux veru li s-servizz ta' GU clinic ser jibda jiġi provdut mill-polikliniċi permezz ta' GPS;
e. jekk iva, f'Għawdex, dan is-servizz ser ikun offrut mill-poliklinika wkoll;
f. jekk iva, x'taħriġ ingħata biex il-poliklinika ta' Għawdex tkun tista' tagħti s-servizz;
g. jekk hux veru li l-Għawdxin ikollhom jinżlu Malta biex jiġbru l-mediċini marbuta ma' mard trażmess sesswalment; u
h. Jekk iva għaliex dawn il-mediċini ma jitqassmux mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex
jew mill-ispiżjar tal-għażla tiegħek f'Għawdex stess?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament talbiet għal servizzi mill-GU Clinic qed jiġu riferuti għal GU Clinic f’Mater Dei, ninfurmah ukoll illi filwaqt li s-servizz mill-GU Clinic ta’ Mater dei se jibqa,bħalissa qed jiġi mfassal pjan ta’ azzjoni sabiex fil-futur qarib dawn is-servizzi ikunu offruti ukoll miċ-Ċentri tas-Saħħa. Tali servizzi ser ikunu estiżi ukoll fiċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid tar-Rabat Għawdex. Filwaqt li t-tobba għandhom diġa livell ta’ taħriġ f’dan il-qasam, it-tobba li se jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat Għawdex ser jieħdu l-istess taħriġ bħat-tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Malta. Ninfurmah ukoll li dawk il-mediċini li huma fil-formularju u li jittrattaw l-maġġoranza tal-mard relatat mal-Genitourinary jingħataw mill-ispiżeriji tal-komunità kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, permezz tas-sistema tal-POYC.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament x'sar mill-funtana li kien hemm f'nofs Pjazza San Franġisk qabel ma saru x-xogħlijiet fuq din il-pjazza? Jista' jgħid jekk din il-funtana hix ser terġa’ titpoġġa f'postha? Jekk le, jista' jgħid x'se jsir minn din il-funtana u jekk dak li hu maħsub li se jsir minnha, tmurx skont il-ftehim li kien hemm mas-sidien oriġinali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 14244.
Marsalforn – Triq il-Qbajjar – skular ta’ ilma maħmuġ
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament x’qed isir biex tissolva l-problema ta’ skular ta’ ilma maħmuġ jew drenaġġ fi Triq il-Qbajjar Marsalforn? Jista’ jispjega wkoll meta ser tingħata wiċċ ġdid din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn testijiet ricenti li saru fuq l-ilma, jirriżulta li dan huwa ġej minn sistemi privati aktarx miksura. It-test ma indikax li huwa drenaġġ. Il-Ministeru qiegħed jaħdem ma’ entitajiet oħra biex tissolva din il-problema.
Persuna li tinstab ħatja ta’ reat – xufier ma’ operatur fil-qasam tat-trasport
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament dwar ir-raġuni li persuna li tinsab ħatja ta’ reat titħalla taħdem bħala xufier ma' operatur fil-qasam tat-trasport, iżda fl-istess ħin tiġi pprojbita milli jkollha hi stess liċenzja biex topera fil-qasam tat-trasport?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regolament li jniedi li persuna trid tissodisfa l-kundizzjoni ta’ reputazzjoni u kondotta tajba japplika kemm għal min jaħdem bħal xufier kif ukoll għal min jaħdem bħala operatur fil-qasam tat-trasport. Għalhekk jista’ l-Onorevoli Cutajar jkun aktar speċifiku.
Portijiet tal-Imġarr u Ċirkewwa – livell ta’ tniġġis fl-arja u fil-baħar
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk hemmx metodu ta’ kif jitkejjel il-livell ta' tniġġis fl-arja u fil-baħar fil-Portijiet tal-Imġarr u ċ-Ċirkewwa? Jekk iva jista' jippreżenta d-dettalji għall-aħħar ħames snin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-livell tat-tniġġiż fl-arja jaqa’ taħt il-kompetenzi ta’ Awtoritajiet oħra fi ħdan Ministeru ieħor u għaldaqstant m’inix f’pożizzjoni li nagħti din l-informazzjoni. Fir-rigward ta’ tniġġiż fil-baħar fil-portijiet tal-Imġarr u ċ-Ċirkewwa, nikkonferma li ma jitkejjilx il-livell ta’ tniġġiż. F’każ li jiġi rraportat xi tniġġiż, l-Awtorità għat-Transport f’Malta tiskatta l-proċeduri applikabbli għal dawn it-tip ta’ sitwazzjonijiet u tara li tittieħed l-azzjoni meħtieġa sabiex jkun ikkontrollat u mnaddaf dak it-tniġġiż mill-aktar fis possibbli.
Child Care Centres li ser jiftħu – ħlas mill-Gvern
Question
Tista' l-Ministru tinforma lill-Parlament ir-raġunijiet wara d-deċiżjoni biex Child Care Centres li qed jippreparaw biex jiftħu, ma jingħatawx il-possibbiltà li jirċievu ħlas mill-Gvern bħal ma jirċievu Child Care Centres oħra li laħqu fetħu? Tista' tispjega wkoll għaliex din id-deċiżjoni ttieħdet ħabta u sabta bla pre-avviż? Tista' tgħid ukoll jekk din id-deċiżjoni hix temporanja? Tista' tgħid ukoll kif ser jiġu kkumpensati dawk li minħabba d-deċiżjoni bla mistenni tal-Gvern, daħlu fi spejjeż għalxejn?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 19329.
Persuna li tinstab ħatja ta’ reat – xufier ma’ operatur fil-qasam tat-trasport
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlment dwar ir-raġuni li persuna li tinsab ħatja ta’ reat titħalla taħdem bħala xufier ma’ operatur fil-qasam tat-trasport, iżda fl-istess ħin tiġi pprojbita milli jkollha hi stess liċenzja biex topera fil-qasam tat-trasport?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm kien l-ammont f’tunnellati ta’ skart solidu li daħal f’Tal-Kus f’Għawdex tul il-leġislatura preżenti maqsuma sena b’sena? Jista’ jispjega wkoll kemm minn dan l-iskart għadu miġbur hemmhekk?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 19417 Għawdex tal-Kus Skart Solidu.pdf
Tribunal ta’ reviżjoni għall-ambjent u l-ippjanar – deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament:
a. in kwantu d-deċiżjonijiet tat-Tribunal ta’ Reviżjoni għall-Ambjent u l-Ippjanar, kemm minn dawn ikkonfermaw u kemm minnhom qalbu deċiżjonijiet tal-Bord tal-Ippjanar fis-snin 2018, 2019 u 2020?
b. in kwantu d-deċiżjonijiet maqluba, kemm minn dawn kienu ġew deċiżi b’mod unanimu mill-bord tal-Ippjanar? u
c. kemm mid-deċiżjonijiet maqluba, kienu jirrigwardaw lil Għawdex?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jispeċifika t-talba tiegħu.
Taħriġ lill-ġenituri, qraba u carers ta’ tfal b’diżabilità severa
Question
Tista' l-Ministru tispjega lill-Parlament x'taħriġ jagħti l-Gvern lill-ġenituri, qraba u carers ta' tfal b'diżabilità severa? Jekk iva, tista' tispjega x'taħriġ ingħata tul din il-leġislatura u kemm attendew individwi għalih? Tista' tispjega wkoll f'liema istituzzjoni sar dan it-taħriġ?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport tinvesti ħafna riżorsi f’taħriġ speċjalizzat b’mod regolari għal dawk l-impjegati (carers u professjonisti) li jaħdmu b’mod dirett mal-persuni b’diżabilita’ li jgħamlu użu mis-servizzi tal-Aġenzija, inkluż tfal b’diżabilità. Taħriġ provdut min Jannar 2017 sa Diċembru 2020 lil dawn l-impjegati hu spjegat fil-lista li se titpoġġa fuq il-Mejda l-Kamra.
Talba lill-Unjoni Ewropea għall-għajnuna lill-AirMalta
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament jekk tul l-2020 saritx talba mill-Gvern Malti u/jew mill-kumpanija AirMalta lill-Unjoni Ewropea biex l-istess Gvern Malti jkun jista' jagħti għajnuna finanzjarja lill-istess kumpanija AirMalta u dan sabiex din tal-aħħar tkun tista' tilqa’ għall-impatt tal-pandemija? Jekk iva, x'kien l-eżitu s'issa ta' din it-talba?
Voluntary Coupled Support — negozjati mal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament dwar in-negozjati mal-Unjoni Ewropea in kwantu l’ hekk imsejjaħ Voluntary Coupled Support u l-politika agrikola komuni, biex Malta tkun eleġibbli li toffri għajnuna finanzjarja diretta għall-oqsma agrikoli sensittivi tagħha? Jista' jispjega kemm ser tkun tammonta din l-għajnuna għal kull sena tul il-budget Ewropew kurrenti?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Talba lill-Unjoni Ewropea għall-għajnuna lill-AirMalta
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk tul l-2020 saritx talba mill-Gvern Malti u/jew mill-kumpanija AirMalta lill-Unjoni Ewropea biex l-istess Gvern Malti jkun jista' jagħti għajnuna finanzjarja lill-istess kumpanija AirMalta u dan sabiex din tal-aħħar tkun tista' tilqa għall-impatt tal-pandemija? Jekk iva, x'kien l-eżitu s'issa ta' din it-talba?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ewwel talba mill-Gvern Malti għal għajnuna finanzjarja lill-Air Malta saret f’Novembru 2020. F’Diċembru 2020, l-Unjoni Ewropea wieġbet b’numru ta’ mistoqsijiet b’mod informali. It-talba formali mill-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea mistennija ssir sal-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena. Sadanittant it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jippermetti Gvernijiet li jagħtu għajnuna sabiex tirrimedja għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew avvenimenti oħra straordinarji u l-pandemija qiegħda tiġi kkunsidrata bħala avveniment straordinarju li ikkauna disturb ekonomiku serju.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm gwardjani lokali joperaw f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm sigħat ta’ servizz jagħtu l-gwardjani lokali f’kull lokalità f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm mill-gwardjani lokali li joperaw f’Għawdex huma Għawdxin? Jista’ jgħid kemm mill-gwardjani lokali li joperaw f’Għawdex huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li f’Għawdex hemm 8 Uffiċjali tal-Komunita’ minn dawn 7 huma rġiel u uffiċjal mara. Kull ħaddiem jagħti 40 siegħa xoghol fil-ġimgħa bħala impjegat full time, apparti sigħat addizzjonali (overtime), li jista’ jkun mitlub skont l-esiġenzi tal-gżira Għawdxija. Minn dawn hemm 7 uffiċjali li huma residenti ġewwa l-gżira t’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament min organizza ċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tar-restawr tal-Mitħna tax-Xewkija lejn l-aħħar ta’ Jannar? Jista’ jagħti rendikont ta’ kemm ġiet tiswa din iċ-ċerimonja?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tar-restawr tal-Mitħna tax-Xewkija ġiet organizzata mis-Sezzjoni tal-Kultura fi ħdan id-Direttorat tal-Wirt Kulturali fil-Ministeru għal Għawdex u ġiet tiswa s-somma ta’ €14,742 (VAT eskluż).
B’referenza għat-tliet skemi t’għajnuna varati mill-Gvern biex minnhom jibbenefikaw l-għaqdiet volontarji u d-diversi fażijiet ta’ kull skema, tista’ l-Ministru tispjega lill-Parlament dan li ġej:
1) Liema għaqdiet ibbenefikaw u kemm kien l-ammont f'għajnuna li kull waħda rċeviet?;
2) Taħt liema skema bbenefikat kull għaqda u f'liema fażi ta' kull skema? u
3) X'kienu l-kriterji tal-għażla?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-iskemi t’għajnuna varati mill-Gvern biex minnhom jibbenefikaw l-għaqdiet volontarji fl-2020 kienu tnejn, il-‘Voluntary Organisations Emergency Fund’ u l-‘Operational Assistance Scheme’ li kien fiha żewġ fażijiet.
L-informazzjoni meħtieġ qiegħed jitpoġġa fuq l-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tagħha u entitajiet li jaqgħu taħtha sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?
Response (DALLI, MIRIAM)
L-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl.Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità.
Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn.Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.
Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tagħha u entitajiet li jaqgħu taħtha sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
L-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl.
Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġija tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità.
Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn.
Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tagħha u entitajiet li jaqgħu taħtha sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
L-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl.Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità.
Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn.
Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17795, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Ċentrali għamilx esproprjazzjonijiet fil-lokalità tal-Għasri Għawdex, preċiżament fiż-żona ta' Triq il-Ġdida u Triq il-Qadima li kopji tal-pjanti għalihom qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji, possibbilment anke billi jpoġġi pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub ser jingħata f'xi seduta oħra.