Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri fuq pussess jew traffikar ta’ droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li qed jiskontaw piena ta' ħabs relatata mal-pussess u/jew traffikar tal-kannabis?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi s-sistema li żżomm din id-data ma tagħmilx distinzjoni bejn id-diversi tipi ta’ droga u għalhekk din il-mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba korrettement.
Pulizija – Applikazzjonijiet għal expungement of criminal records
Question
Jistà l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw għall-expungement of criminal records u kemm-il expungement ġie approvat minn Diċembru 2021 sa Novembru 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi kien hemm erba’ persuni li applikaw għat-tneħħija (expungement) tar-rekords kriminali fil-perjodu Diċembru 2021 sad-data ta’ din it-tweġiba. Fl-ebda waħda minn dawn it-talbiet ma kien hemm bżonn ta’ approvazzjoni, peress illi r-reati rispettivi diġà ma kinux jidhru fil-kondotta skont Skeda 2 tal-Kapitlu 77 u għalhekk ħadd minn dawn il-persuni ma kellu bżonn li japplika.
Jista’ l-Ministru jispjega meta u kif ser isir il-lift fil-blokka li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament f’Santa Luċija?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li lift fiż-żewġ partijiet komuni ta’ dan il-blokk (Entratura għall-appartamenti 1-8 u Entratura għall-appartamenti 9-16) ma jistax jiġi akkomodat peress li l-ispazju disponibbli mhuwiex biżżejjed. Ir-residenti tal-appartamenti 1-8 ġew infurmati bl-eżitu permezz ta’ ittra datata fil-11 ta’ Ottubru 2017 filwaqt li r-residenti tal-appartamenti 9-16 ġew infurmati b’dan fis-6 ta’ Jannar 2020.
Jista’ l-Ministru jispjega meta u kif ser isiru x-xogħlijiet fuq il-bus shelters f'Santa Luċija u jekk f'dan ir-rigward hux qed issir kordinazzjoni mal-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti rreġistrati li jbatu bil-Crohn’s Disease?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-Crohn’s Disease u l-kundizzjoni tal- Ulcerative Colitis li kienu u¿ati qabel fil-Lista Formularja tal-Gvern, issa huma elenkati taħt kundizzjoni waħda, li hija ‘Mard Infjammatorju tal-Musrana u hemm 2543 pazjenti rreġistrati li jbatu b’dawn il-kundizzjonijiet.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika liema mediċini msejħa Biologics qed jingħataw għal mard tal-Inflammatory Bowel Disease?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-prezent hemm zewġ medicini bijologiċi fuq il-formularju tal-gvern li jingħataw għall-mard infjammatorju tal-musrana u dawn huma Infliximab u Adalimumab.
Infermiera u Nutrionist iddedikati fuq pazjenti li jbatu mill-Inflammatory Bowel Disease
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jkun hemm infermiera u nutrionist iddedikati għal pazjenti li jbatu mill-Inflammatory Bowel Disease?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in- Nutritionists mhumiex il-professjonisti involuti. Huwa d-Dietician li jieħu t-tmexxija f’kundizzjonijiet bħal dawn. MDH hemm Dietician li l-ispeċjalizzazzjoni tiegħu hija l-Gastroenteroloġija, u jagħti servizz lil individwi b’kundizzjonijiet bħal dawn.
Hemm ukoll
Senior Practice Nurse
li jispeċjalizza fil-Gastroenteroloġija .
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet infrastrutturali li saru u għad irid isiru f’Santa Luċija, Malta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li tejbet l-aċċessi ewlenin għal din il-lokalità bil-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa, bil-proġett taż-żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija u anke bniet mill-ġdid il-mina għall-mixi u r-roti (subway) ta’ Triq tal-Barrani, Infrastructure Malta kkollaborat mal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija biex tibni mill-ġdid diversi toroq f’din il-lokalità. Ix-xogħlijiet prinċipali tal-proġett kienu jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ tliet toroq residenzjali twal li jmissu ma’ xulxin - Dawret it-Torri, Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale - li jestendu kważi żewġ kilometri mal-ġenb tal-Wied Ta’ Garnaw.
F’dawn it-toroq, Infrastructure Malta għaddiet minn taħt l-art pajpijiet ġodda tal-provvista tal-ilma, katusi tad-drenaġġ u oħrajn għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita, kif ukoll pajpijiet għall-cables tal-Internet u telekomunikazzjonijiet oħra. Fejn kien meħtieġ, issaħħew ukoll il-pedamenti tat-toroq u nbnew bankini ġodda, qabel ma sarilhom wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Saret ukoll mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti u se jsiru xogħlijiet ta’ tisbiħ ieħor fl-istess inħawi bit-tħawwil t’aktar siġar indiġeni u arbuxelli wara li fl-2020, l-aġenzija kienet diġà ħawlet bosta siġar maturi f’partijiet differenti ta’ din iż-żona.
Permezz tal-istess proġett, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid ukoll toroq oħrajn fil-viċin, fosthom Triq Klematis, Trejqet Garnaw, Triq Dun M. Mifsud, Triq l-Istefanotis, kif ukoll se jsiru Triq il-Ġjaċinti, Triq Stella Maris, Triq it-Tulipan, Triq iċ-Ċikwejra u Triq il-Frezja li x-xogħlijiet fihom mistennija jibdew fiz-zmien li ġej. Fl-aħħar snin, l-aġenzija bniet mill-ġdid ukoll toroq oħrajn f’din il-lokalità, bħalma huma Triq Bruka, Triq il-Ġizimin, Triq Żnuber u Triq Gardenja.
Santa Luċija – liftijiet tal-appartamenti tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta x-xogħlijiet fuq il-liftijiet tal-appartamenti kollha tal-Gvern f’Santa Luċija se jitlestew?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-liftijiet li jaqgħu taħt il-proġett ERDF iridu jitlestew sa Settembru 2023, filwaqt li dawk l-applikazzjonijiet li huma taħt l-iskema LFT jinsabu fi stadji differenti hekk kif muri fit-tabella t’hawn taħt.
PROĠETT / SKEMA
BLOKK
TRIQ
LOKALITÀ
STADJU ATTWALI
LFT
Blokk B, Bieb B
Triq Tursin Il-Bir
Santa Luċija
Dan huwa każ fejn lift għal tliet passiġġieri ma jidħolx fl-ispazju eżistenti. Qed issir aktar riċerka għal possibbiltajiet oħra.
LFT
Binja Tal-Faqqani, Entratura D
Trejqet Il-Ġirasol
Santa Luċija
Ittieħed il-kejl tal-partijiet komuni u ninsabu fl-istadju li ntellgħu l-pjanti meħtieġa għall-Awtorità tal-Ippjanar.
ERDF
Blokk P
Triq Helen Buħagiar
Santa Luċija
Għandu jitlesta sa Settembru 2023.
LFT
Blokk Q
Triq L-Anzalor
Santa Luċija
Trid tiġi mħejjija l-offerta għall-kostruzzjoni tax-xaft tal-lift.
LFT
Blokk U, Bieb A
Triq Iċ-Ċinerarja
Santa Luċija
Il-kostruzzjoni lesta u l-offerta biex jintgħażel l-kuntrattur li ħa jinstalla l-lift ħarġet.
LFT
Blokk V
Triq Fuxa
Santa Luċija
Ittieħed il-kejl tal-partijiet komuni u ninsabu fl-istadju li ntellgħu l-pjanti meħtieġa.