Jista’ l-Ministru jgħid x'servizzi toffri l-Berġa tas-Saħħa tal-Fgura?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li minn ġo l-Kinika tal-Komunità tal-Fgura jiġu offruti dawn is-servizzi li ġejjin:
• Klinika tat-Tabib tal-Familja
• Klinika tal-Infermiera
• Podjatrija
• Fiżjoterapija
• Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma
• Saħħa Mentali
• Klinika għall-pazjenti li huma cancer-free (Survivorship Clinic) (Din il-Klinika toffri servizz lill-pazjenti li fiequ minn ċertu mard tal-kanċer u li għandhom bżonn ikomplu jiġu segwiti.)
Jista’ l-Ministru jgħid jistgħux isiru rotot stabbiliti li fihom isir it-test għas-sewqan ta' vetturi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-Awtorità qiegħda tagħmel analisi tal-proċeduri kollha fid-dipartiment ikkonċernat, u fix-xhur li ġejjin tħabbar it-tibdiliet meħtieġa, fosthom ir-rotot.
Jista’ l-Ministru jgħid jistax jiġi rrekordjat il-ħin fuq il-camera meta jsir it-test tas-sewqan?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta għamlet l-istudji preliminari kollha sabiex jiġi attwat recording fil-vetturi waqt it-test tas-sewqan. Saru wkoll taħdidiet mal-uffiċċju tal-protezzjoni tad-data, u xi diskussjonijiet mal-unions ikkonċernati f’dan ir-rigward. Fil-jiem li ġejjin ser ikomplu d-diskussjonjiet neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx standard bażiku ta' kif jingħataw il-marki fit-test tas-sewqan?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tikkonferma li hemm standard u gwida ta’ kif jingħataw il-marki fit-test tas-sewqan u dan skont il-proċeduri stabbiliti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt li jmiss għat-trasport tal-iskola hux ser jinbidel jew hux ser jiġi estiż kif inhu? Jekk ser jinbidel, jista’ jgħid x'inhuma t-tibdiliet li ser iseħħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm saru toroq ġewwa l-Mosta, liema huma u kemm ġew jiswew b'mod totali mill-2013 sal-2023?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tagħrif li ngħata f’ PQ 14821, liema tagħrif hu rendikont ta’ kemm ilha topera Infrastructure Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid sarux uċuħ ta' toroq ġodda mill-Gvern Ċentrali fil-Mosta bejn l-2013 u l-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien ilhom ma jingħataw wiċċ ġdid dawn it-toroq u kemm kienet l-ispiża totali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Mosta hija waħda mil-lokalitajiet li fiha saru diversi toroq ġodda bħala parti minn investiment bla preċedent ta' €700 miljun li kien ħabbar il-Gvern lura fl-2017 biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura. Din il-wegħda saret, u qed titwettaq, għax il-Gvern jemmen li l-infrastruttura hija l-bażi ta’ kull żvilupp ekonomiku u taffettwa direttament il-kwalità tal-ħajja tal-familji. Infrastructure Malta bdiet topera fl-2018 u indiriżżat l-ewwel l-iktar toroq li kellhom bżonn attenżjoni f’kull lokalità. Minn dak iż-żmien l-entità investiet mal-mitt miljun ewro fis-sena fit-tisħiħ tal-infrastruttura ta’ toroq arterjali u distributorji.
Jista’ l-Ministru jgħid sarux uċuħ ta' toroq ġodda mill-Gvern Ċentrali fil-Fgura bejn l-2013 u l-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien ilhom ma jingħataw wiċċ ġdid dawn it-toroq u kemm kienet l-ispiża totali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fgura hija waħda mil-lokalitajiet li fiha saru diversi toroq ġodda bħala parti minn investiment bla preċedent ta' €700 miljun li kien ħabbar il-Gvern lura fl-2017 biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura. Din il-wegħda saret, u qed titwettaq, għax il-Gvern jemmen li l-infrastruttura hija l-bażi ta’ kull żvilupp ekonomiku u taffettwa direttament il-kwalità tal-ħajja tal-familji. Infrastructure Malta bdiet topera fl-2018 u indirizzat l-ewwel l-iktar toroq li kellhom bżonn attenzjoni f’kull lokalità. Minn dak iż-żmien l-entità investiet mal-mitt miljun ewro fis-sena fit-tisħiħ tal-infrastruttura ta’ toroq arterjali u distributorji.
Jista’ l-Ministru jgħid sarux uċuħ ta' toroq ġodda mill-Gvern Ċentrali f'Ħal Tarxien bejn l-2013 u l-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien ilhom ma jingħataw wiċċ ġdid dawn it-toroq u kemm kienet l-ispiża totali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Ħal Tarxien hija waħda mil-lokalitajiet li fiha saru diversi toroq ġodda bħala parti minn investiment bla preċedent ta' €700 miljun li kien ħabbar il-Gvern lura fl-2017 biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura. Din il-wegħda saret, u qed titwettaq, għax il-Gvern jemmen li l-infrastruttura hija l-bażi ta’ kull żvilupp ekonomiku u taffettwa direttament il-kwalità tal-ħajja tal-familji. Infrastructure Malta bdiet topera fl-2018 u indirizzat l-ewwel l-iktar toroq li kellhom bżonn attenzjoni f’kull lokalità. Minn dak iż-żmien l-entità investiet mal-mitt miljun ewro fis-sena fit-tisħiħ tal-infrastruttura ta’ toroq arterjali u distributorji.
Jista’ l-Ministru jgħid sarux uċuħ ta' toroq ġodda mill-Gvern Ċentrali f'Raħal Ġdid bejn l-2013 u l-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien ilhom ma jingħataw wiċċ ġdid dawn it-toroq u kemm kienet l-ispiża totali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Raħal Ġdid hija waħda mil-lokalitajiet li fiha saru diversi toroq ġodda bħala parti minn investiment bla preċedent ta' €700 miljun li kien ħabbar il-Gvern lura fl-2017 biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura. Din il-wegħda saret, u qed titwettaq, għax il-Gvern jemmen li l-infrastruttura hija l-bażi ta’ kull żvilupp ekonomiku u taffettwa direttament il-kwalità tal-ħajja tal-familji. Infrastructure Malta bdiet topera fl-2018 u indirizzat l-ewwel l-iktar toroq li kellhom bżonn attenzjoni f’kull lokalità. Minn dak iż-żmien l-entità investiet mal-mitt miljun ewro fis-sena fit-tisħiħ tal-infrastruttura ta’ toroq arterjali u distributorji.
Jista’ l-Ministru jgħid sarux uċuħ ta' toroq ġodda mill-Gvern Ċentrali fil-Gudja bejn l-2013 u l-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien ilhom ma jingħataw wiċċ ġdid dawn it-toroq u kemm kienet l-ispiża totali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gudja hija waħda mil-lokalitajiet li fiha saru diversi toroq ġodda bħala parti minn investiment bla preċedent ta' €700 miljun li kien ħabbar il-Gvern lura fl-2017 biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura. Din il-wegħda saret, u qed titwettaq, għax il-Gvern jemmen li l-infrastruttura hija l-bażi ta’ kull żvilupp ekonomiku u taffettwa direttament il-kwalità tal-ħajja tal-familji. Infrastructure Malta bdiet topera fl-2018 u indirizzat l-ewwel l-iktar toroq li kellhom bżonn attenzjoni f’kull lokalità. Minn dak iż-żmien l-entità investiet mal-mitt miljun ewro fis-sena fit-tisħiħ tal-infrastruttura ta’ toroq arterjali u distributorji.
Jista’ l-Ministru jgħid sarux uċuħ ta' toroq ġodda mill-Gvern Ċentrali f'Santa Luċija bejn l-2013 u l-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien ilhom ma jingħataw wiċċ ġdid dawn it-toroq u kemm kienet l-ispiża totali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Santa Luċija hija waħda mil-lokalitajiet li fiha saru diversi toroq ġodda bħala parti minn investiment bla preċedent ta' €700 miljun li kien ħabbar il-Gvern lura fl-2017 biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura. Din il-wegħda saret, u qed titwettaq, għax il-Gvern jemmen li l-infrastruttura hija l-bażi ta’ kull żvilupp ekonomiku u taffettwa direttament il-kwalità tal-ħajja tal-familji. Infrastructure Malta bdiet topera fl-2018 u indirizzat l-ewwel l-iktar toroq li kellhom bżonn attenzjoni f’kull lokalità. Minn dak iż-żmien l-entità investiet mal-mitt miljun ewro fis-sena fit-tisħiħ tal-infrastruttura ta’ toroq arterjali u distributorji.
Drivers tal-karozzi tal-linja u impjegati oħra – Taħriġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il driver tal-karozzi tal-linja u impjegati oħra ngħataw taħriġ fl-2022 u fl-2023? Min kienu l-kumpaniji li ngħataw kuntratti għal dan it-taħriġ u x'kienet il-proċedura li biha ngħataw dawn il-kuntratti? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-baġit għat-taħriġ li ngħata fl-2022 u fl-2023 u x'inhuma l-mezzi ta' kif jiġi evalwat dan it-taħriġ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jindika meta ser tinbidel il-liġi sabiex min jiġi impjegat u rikonoxxut bħala għalliem, ikun spiċċa bil-kors ta’ studju kollu f’livell ta’ Master (NVQ Livell 7 b’120 ECTS), peress li bħalissa għandna sitwazzjoni anomala fejn min jispiċċa sena waħda biss (60 ECTS) mill-Master in Teaching and Learning, xorta qed jiddaħħal bħala għalliem?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw Speech and Language Pathologists sena b'sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 s’issa ggradwaw total ta’ 124 student fis-suġġett imsemmi.
Persuni li ntbagħtu għal trattamenti mediċi barra minn Malta
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni Maltin intbagħtu għal trattament mediku f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit fl-aħħar ħames snin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-tabella t'hawn taħt hemm l-ammont ta’ persuni Maltin li ntbagħtu għal trattament mediku f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit fl-aħħar ħames snin.
Numru ta’Pazjenti
Renju Unit
Numru ta’ Episodji Renju Unit
Numru ta’ Pazjenti Pajjiżi fl-Unjoni Ewropea
Numru ta’ Episodji Pajjiżi fl-Unjoni Ewropea
2018
463
743
33
45
2019
511
750
41
45
2020
281
322
19
27
2021
313
358
30
35
2022
448
594
26
39
2022
21 **
21 **
2023 (sa’ Mejju)
259
313
25
31
** Pazjenti li marru Ruma ghar-Radiotherapy.
Speech and Language Pathologists li qed jirreġistraw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Speech and Language Pathologists jirreġistraw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta’ Marzu 2023 ma kien hemm l-ebda persuna li kienet qiegħda tirreġistra għax-xogħol fuq l-ewwel u it-tieni parti tar-reġistru għall-Speech and Language Pathologists.
L-aħħar ċifri tal-qgħad ippubblikati huma ta’ Marzu 2023.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Ħaddiema Soċjali jirreġistraw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar ta’ Marzu 2023 kien hemm persuna waħda li kienet qiegħda tirreġistra għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru għall-Ħaddiema Soċjali.
L-aħħar ċifri tal-qgħad ippubblikati huma ta’ Marzu 2023.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw Speech and Language Pathologists sena b'sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.