Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati, kemm b'mod definit kif ukoll b'mod indefinit, mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) u x'inhu l-grad tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella t'hawn taħt:
Risposta għal PQ 613
Grad
Impjegati b’kuntratt għal terminu indefinit sa 4/7/2017
Impjegati b’kuntratt għal terminu definit sa 4/7/2017
Director
1
Deputy Director
1
Manager
1
Senior Officer
8
Officer
13
Administrative Support Officer
5
General Duties Officer
1
Total
29
1
Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li rriżenjaw mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 14 il-persuna li rriżenjaw mill-FIAU fil-perjodu msemmi.
Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li rriżenjaw mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuna waħda rri¿enjat mill-FIAU fil-perjodu msemmi.
Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi – promozzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet lill-ħaddiema fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi xahar b'xahar matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ promozzjonijiet fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, xahar b'xahar, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017 kien ta 6 f’Jannar, 1 fi Frar u 2 f’Marzu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers lill-ħaddiema fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi xahar b'xahar matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-2 ta’ Gunju 2017 ma saru l-ebda transfers esterni lill-ħaddiema fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi xahar b'xahar matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 sat-2 ta’ Gunju 2017 ġew impjegati b’kollox 17-il persuna fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, 8 f’Jannar, 3 fi Frar, 1 f’Marzu, 2 f’April u 3 f’Mejju. Ta’ min wieħed jinnota li bħalissa għaddej proċess ta’ ristrutturar fi ħdan l-ERA.
Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi – investigazzjonijiet dwar każijiet ta’ rqajja’ kbar ta’ ħmieġ u rawgħa f’Tas-Sliema u San Ġiljan
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi dwar il-każijiet ta' rqajja’ kbar ta’ ħmieġ u ragħwa f'Tas-Sliema u San Ġiljan matul Ġunju 2017?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin għalhekk l-ERA mhijiex f'pożizzjoni li tikkummenta aktar sakemm ma jkunux disponibbli riżultati konklussivi li jipprovdu aktar informazzjoni dwar din l-okkorrenza.
Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi – rapporti każijiet ta' rqajja’ kbar ta’ ħmieġ u ragħwa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet rapporti l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi dwar każijiet ta' rqajja’ kbar ta’ ħmieġ u ragħwa matul ix-xahar ta' Ġunju 2017?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul ix-xahar ta’ Ġunju, Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi rċeviet rapporti fuq każ wieħed relatat ma’ rqajja’ ta’ ħmieġ u ragħwa li oriġinaw mill-baħar u li kienu meqjusa bħala kbar hekk li damu iktar minn jum wara r-rapport. L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi rċiviet ukoll rapporti fuq żewġ każijiet oħrajn ta’ rqajja’ li oriġinaw mill-baħar f’Ġunju, li madankollu ma kinux għadhom hemm meta saru l-ispezzjonijiet ftit wara li ntlaqgħu ir-rapporti.
Investigazzjonijiet dwar il-ħruq fl-Impjant ta’ Sant’Antnin
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti dwar il-ħruq estensiv li seħħ nhar it-Tnejn 22 ta' Mejju 2017 fl-impjant ta' Sant'Antnin li huwa mmexxi mill-kumpanija WasteServ Malta Limited?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Awtoritajiet kompetenti li qed jireferi għalihom.
Malta u Għawdex – upgrading ta’ partijiet mill-kosta u mill-bajjiet permezz ta’ public private partnership
Question
Jista' l-Ministru jgħid b'mod speċifiku liema partijiet mill-kosta u mill-bajjiet f'Malta u Għawdex il-Gvern qiegħed jikkunsidra li jagħmel upgrading tagħhom permezz ta' public private partnership?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jikkunsidra possibiltajiet biex isir upgrading tal-bajjiet matul il-kosta ta’ Malta bl-għan li jkunu aktar acċċessibli u b’faċilitajiet aħjar għall-pubbliku. S’issa l-Gvern qiegħed jevalwa l-parti ta’ fejn qabel kien hemm ix-Chaletbiex isir dan it-tip ta’ upgrading. Tajjeb infakkru li din il-bajja se tkun waħda pubblika u b’xejn.
Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjoni għamel mal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema dwar il-proposta tal-Gvern li jsir upgrading taż-żona tax-Chalet, f’Tas-Sliema?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu ppjanat li jikkonsulta mall-Kunsill Lokali b’mod formali fiż-żmien li ġej. Madanakollu diġà sar kuntatt mas-Sindku tal-Lokal.
Jista' l-Ministru jgħid liema widien ġew imnaddfa matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017 mid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Widien twettaq diversi interventi fil-widien li jinkludu xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni, ħarsien tal-infrastruttura rurali fil-korsi tal-ilma, u kontroll ta’ speċijiet aljeni u invażivi. Ħafna minn dawn ix-xogħlijiet jiġu mwettqa fix-xhur tas-sajf minħabba li fix-xitwa ħafna widien ma jkunux aċċessibli minħabba l-ilma tax-xita. Fil-perjodu bejn 1 ta’ Jannar 2017 sat- 2 ta’ Ġunju 2017 twettqu numru ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-widien fost l-oħrajn:
· Tiswija ta’ trejqa li tintuża mil-bdiewa f’Wied il-Qlejgħa, Rabat, li saritilha ħsara minħabba l-effetti tal-għargħar u
offroading
;
· Tneħħija ta’ siġar ta’ l-akaċja li qed jostakolaw it-triq ta’ Wied il-Qlejgħa;
· Tneħħija ta’ materjal, skart u arbuxelli u siġar invażivi f’Wied is-Sewda, Wied il-Kbir u Wied iċ-Ċawsli, f’Ħal Qormi;
· Tneħħija ta’ materjal u siġar invażivi li kibru fil-kanal ta’ taħt ir-
roundabout
tal-Lowenbrau, Qormi;
· Tneħħija ta’ skart u siġar tar-riġnu minn ħdejn it-troll, f’Wied Baqqiegħa, f’Ħaż-Żebbuġ;
· Tneħħija ta’ qasab mil-kanal ta’ ħdejn il-Marsa Sports Centre;
· Assistenza lil Għaqda tar-Residenti ta’ Santa Marija Estate, Mellieħa, fil-proġett tar-restawr ekoloġiku ta’ Wied Għajn Żejtuna. Xogħlijiet jinkludu tneħħija ta’ materjal u kontrol ta’ arbuxelli invażivi; u
· Preparamenti f’Wied Qannotta, Burmarrad, għax-xogħlijiet ta’ tneħħija tal-qasba l-kbira li se jitwettqu fis-sajf. Dawn il-preparamenti jinkludu tneħħija ta’ ħaxix ħażin u xogħlijiet ta’ manutenzjoni fit-trejqa li tagħti għall-wied sa biex jiġi assigurat l-aċċess għat-trakkijiet tal-ġar.