Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il kumpens ex gratia ġie mogħti mill-Gvern Malti mis-sena 2013, sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iktar speċifiku dwar liema tip ta kumpens ex gratia qed jirreferi għaliha, peress li dawn jaf jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ Ministeri differenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna fil-preżent tinsab akkużata b'omiċidju volontarju quddiem il-Qrati ta' pajjiżna? Jista’ jgħid ukoll l-isem u l-kunjom ta' kull persuna, l-età, is-sess u n-nazzjonalità tagħha u quddiem liema Qorti tinsab akkużata?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-20 t'Ottubru 2023, kien hemm total ta' 40 każ ta' omiċidju quddiem il-Qrati ta' Malta u Għawdex fejn hemm 52 persuna akkużata.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari, l-esponent ma jistax jagħti din l-informazzjoni u dan ai termini tal-artikolu 518 tal-Lap 9 tal-Liġijiet ta' Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna fil-preżent tinsab akkużata b'omiċidju volontarju quddiem il-Qrati ta' pajjiżna? Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom ta' kull persuna, l-età, is-sess u n-nazzjonalità tagħha u quddiem liema Qorti tinsab akkużata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11629 u jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tan-nefqa li saret b'rabta mas-summit tal-Med9? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmi summit?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività li matulha tnieda d-dokument ta' qabel il-Budget 2024 u li saret nhar l-Erbgħa 27 ta' Settembru 2023? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-attività tat-tnedija tad-dokument ta’ konsultazzjoni għall-Budget 2024 issir kull sena ġimgħat qabel il-Budget fejn matulha jiġi mniedi d-dokument tal-Gvern ta’ qabel il-Budget. Dan id-dokument jagħti ħarsa lejn il-kuntest ekonomiku, il-ħidma u l-viżjoni tal-Gvern għall-Budget tas-sena ta’ wara.
Matul din l-istess attività tiġi mnedija wkoll il-konsultazzjoni pubblika għall-Budget. Għal dan il-għan il-Ministeru jistieden lill-imsieħba soċjali kollha, diversi entitajiet governattivi, kumpaniji minn industriji differenti u lill-pubbliku sabiex ikollhom l-opportunità jgħaddu l-ħsibijiet, is-suġġerimenti u l-mistoqsijiet tagħhom dwar il-Budget waqt din l-attività stess.
Rigward in-nefqa relatata ma’ din l-attività, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża hija s-segwenti:
Loġistika: €15,899.79, Multimedia, Stampar u disinn: €32,468.98, u Sala u ikel: €4,063.63.
Air Malta — Persuni li servew bħala medjaturi bejn il-Gvern Malti u l-Unions
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2013, sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, min kienu l-persuni li servew bħala medjaturi bejn il-Gvern Malti u l-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tal-Air Malta? Jista' jgħid ukoll għal kull waħda minn dawn il-persuni, meta ġiet maħtura bħala medjatur, kemm damet isservi bħala medjatur u xi ħlasijiet saru lil kull persuna li serviet bħala medjatur?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u/jew xi entità tiegħu u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ma kienx involut f'dan il-proċess, madanakollu għandu dokumentazzjoni relatata li ġiet mgħoddija lill-Aġenzija Residenza Malta, li wkoll ma kinitx involuta f'dan il-proċess.
Infurmat illi wara sejħa pubblika maħruġa mill-Ministeru tal-Ekonomija f'isem il-Gvern ta' Malta, il-kumpanija imsemmija ġiet magħżula biex isservi bħala konċessjonarju għall-Programm ta' Malta ta' Residenza u Visa. Qed inpoġġi kopja tal-kuntratt kif provdut lili fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li din il-konnessjoni ma tapplikax għall-programm ta' residenza b'investiment ġdid li daħal fis-seħħ permezz tal-Avviż Legali 121 tal-2021.
Ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u/jew xi entità tiegħu u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ma kienx involut f'dan il-proċess, madanakollu għandu dokumentazzjoni relatata li ġiet mgħoddija lill-Aġenzija Residenza Malta, li wkoll ma kinitx involuta f'dan il-proċess.
Infurmat illi wara sejħa pubblika maħruġa mill-Ministeru tal-Ekonomija f'isem il-Gvern ta' Malta, il-kumpanija msemmija ġiet magħżula biex isservi bħala konċessjonarju fuq żewġ reġjuni għall-Programm ta' Malta ta' Residenza u Visa. Qed inpoġġi kopja tal-kuntratti kif provduti lili fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li din il-konnessjoni ma tapplikax għall-programm ta' residenza b'investiment ġdid li daħal fis-seħħ permezz tal-Avviż Legali 121 tal-2021.
Ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u/jew xi entità tiegħu u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta’, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ma kienx involut f'dan il-process, madanakollu għandu dokumentazzjoni relatata li ġiet mgħoddija lill-Agenzija Residenza Malta, li wkoll ma kinitx involuta f'dan il-proċess.
Infurmat illi wara sejħa pubblika maħruġa mill-Ministeru tal-Ekonomija f'isem il-Gvern ta' Malta, il-kumpanija imsemmija ġiet magħ¿ula biex isservi bħala konċessjonarju għall-Programm ta' Malta ta' Residenza u Visa. Qed inpoġġi kopja tal-kuntratt kif provdut lili fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li din il-konċessjoni ma tapplikax għall-programm ta’ residenza b’investiment ġdid li daħal fis-seħħ permezz tal-Avviz Legali 121 tal-2021. Infurmat ukoll illi ġew iffirmati xi kuntratti oħra bejn il-kumpanija msemmija u l-Aġenzija Identità Malta għal servizzi relatati ma' ħruġ ta’ pagi (payroll) għall-ħaddiema u konsulenza. Dawn il-kuntratti ġew fi tmiemhom fis-sena 2019.
Attachments:PQ 12358 Nexia Contracts (Identity Malta Agency).pdfPQ 12358.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti u kemm huwa n-numru ta' persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri? Jista’ jgħid ukoll għal kull wieħed mill-ġurijiet li jinsabu pendenti, id-data meta ġie ppreżentat l-att tal-akkuża?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sat-18 t’Ottubru hemm 141 ġuri pendenti (167 akkużat b’kollox). Hemm 12-il ġuri appuntat (15-il akkużat b’kollox). Hemm 21 ġuri (b'27 akkużat) li mmaturaw u qed jistennew id-data tal-appuntament.
Il-108 ġurijiet pendenti l-oħra (125 akkużati b’kollox) għalissa ma jistgħux isiru għal diversi raġunijiet varji fosthom; minħabba proċeduri Kostituzzjonali, għax qegħdin jistennew kawżi oħra, għax għadhom fi stadju ta’ eċċezzjonijiet preliminarji jew jistennew rapport minn espert psikjatriku.
Minħabba l-artikolu 518 tal-Kodiċi Kriminali mhuwiex possibbli li npoġġi il-lista ta’ meta ġie preżentat l-att tal-akkuża tal-ġurijiet pendenti, però qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi id-data ta’ meta ġie preżentat l-att tal-akkuża għal ġurijiet kollha.
Riforma fis-sistema tal-kumpilazzjonijiet u rinviji — Sottomissjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar ir-riforma fis-sistema tal-kumpilazzjonijiet u rinviji bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika, li għalqet nhar il-31 ta' Mejju 2023?
Żona ta' Paceville, San Ġiljan – Skwadra speċjali tal-Korp tal-Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti data definittiva meta ser titwaqqaf l-iskwadra speċjali fi ħdan il-Korp tal-Pulizija għaż-żona ta' Paceville f'San Ġiljan kif ġie ssuġġerit mill-Police Officers Union f'Lulju 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7055.
Bord Konsultattiv għall-Politika dwar l-Għoti tas-Sentenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2015, sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il darba u meta kkonsulta mal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja biex jestendi l-kompetenza tal-Bord Konsultattiv għall-Politika dwar l-Għoti tas-Sentenzi (Sentencing Policy Advisory Board)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant, il-Bord Konsultattiv indikat minnu għandu kompetenza oriġinali li tkopri r-reati ta’ droga u li toħroġ mis-subartikolu (2) tal-artikolu 9 tal-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija), Kap. 537, u huwa soġġett għall-possibilità ta’ estensjoni ta’ dik il-kompetenza għal reati oħra skont is-subartikolu 9(3).
Il-proċedura li għaliha hemm referenza fid-domanda tiskatta biss fil-każ li jiġi deċiż li l-kompetenza tal-Bord għandha tkopri wkoll reati li ma jkunux reati relatati ma’ droga.
Riforma dwar it-traffikar uman u l-prostituzzjoni — Sottomissjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar ir-Riforma dwar it-traffikar uman u l-prostituzzjoni bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret matul is-sena 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11472.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11628 u jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tan-nefqa li saret b'rabta mas-summit tal-Med9? Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmi summit?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri ta' dixxiplina fil-konfront tal-Assistent Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament dwar l-illegalitajiet, abbużi u mġiba ħażina li wettaq matul iż-żmien li dam iservi fil-Korp tal-Pulizija?
Passi fil-konfront tal-Eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu fil-konfront tal-Eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija li ismu u kunjomu qegħdin jingħataw separatament dwar l-illegalitajiet, abbużi u mġiba ħażina li wettaq matul iż-żmien li dam iservi fil-Korp tal-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi jekk jirriżulta lok ta’ passi dixxiplinari jew passi oħra li jirrigwardaw kull membru tal-Korp, dawn dejjem ittieħdu.
Naxxar – Żona ta’ Baħar iċ-Ċagħaq — Qtugħ fil-provvista tal-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fiż-żona ta' Baħar iċ-Ċagħaq fil-lokalità tan-Naxxar matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità ta' Pembroke matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità ta' San Ġiljan matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.