Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 615, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni mogħtija mill-persuna għar-riżenja tiegħu jew tagħha minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perijodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-11 ta' Lulju 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li rreżenjat fil-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-4 ta' Lulju 2017 irreżenjat fuq bażi volontarja.
Ebda impjegat tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja ma jintalab, b’mod formali, jagħti raġuni jew spjegazzjoni għala jkun qiegħed jittermina l-impieg tiegħu u għalhekk ir-
records
tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja jiddistingwu biss bejn dawk l-impjegati li jkunu rriżenjaw minn jeddhom u dawk li kellhom l-impieg tagħhom terminat da parti tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja.
Madanakollu, id-direzzjoni tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja hija mgħarfa li din il-persuna rriżenjat b’mod totalment volontarju wara li aċċettat offerta ta’ impieg fis-settur privat.
Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li tkeċċew
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tkeċċiet mill-impjieg tagħha minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perijodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jgħid x’kienu r-raġuni għal kull waħda mill-persuni li tkeċċiet mill-impjieg tagħha mal-FIAU matul l-imsemmi perijodu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017, l-impjieg tal-ħames persuni ġie terminat mil-FIAU, u dan waqt iż-żmien ta’ prova. Ir-raġuni tat-tmiem tal- impjieg ta dawn il-ħames persuni kienet relatata ma performance issues.
Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li tkeċċew
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tkeċċiet mill-impjieg tagħha minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-11 ta' Lulju 2017? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġuni għal kull waħda mill-persuni li tkeċċiet mill-impjieg tagħha minn mal-FIAU matul l-imsemmi perjodu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-11 ta' Lulju 2017, l-impjieg ta zewġ persuni gie terminat mil- FIAU, u dan waqt iż-żmien ta’ prova.
Ir-raġuni tat-tmiem tal- impjieg ta dawn iż-żewġ persuni kienet relatata ma
performance issues
.
Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena, kemm kien in-numru ta’ persuni flimkien mal-grad tagħhom, li kienu jew għadhom impjegati minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit ) minn mindu dan l-istess Korp ġie mwaqqaf?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Sena tal bidu ta impjieg tal-impjegat
Grad (current grade if still employed with FIAU, or grade as at last date of employment)
Kienu mpjegati mal-FIAU
Għadhom impjegati mal-FIAU
2002
Director
1
2002
Senior Officer
2
2003
Administrative Support Officer
1
2007
Officer
3
2008
Director
1
2008
Officer
1
2008
Senior Officer
1
2009
Senior Officer
1
1
2009
Officer
2
2009
Administrative Support Officer
3
2010
Deputy Director
1
2010
Senior Officer
1
2010
Officer
2
2012
Manager
1
1
2012
Senior Officer
1
2012
Officer
1
2014
Senior Officer
1
2014
Officer
3
1
2015
Senior Officer
1
2
2015
Officer
1
2
2015
Administrative Support Officer
3
3
2015
General Duties Officer
1
2016
Manager
2
2016
Senior Officer
1
2
2016
Officer
3
5
2016
Administrative Support Officer
2
2017 (up to 14July)
Director
1
2017 (up to 14July)
Officer
5
Total
34
30
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 622 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-kumpanija WasteServ Malta Limited xahar b'xahar matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mit-3 ta’ Ġunju sal-15 ta’ Settembru 2017 mal-kumpanija Wasteserv ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema ġodda.
Awtorità tal-Ippjanar – azzjoni biex titneħħa struttura tal-ħadid u electronic billboard
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 744 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għalfejn l-Awtorità tal-Ippjanar naqset milli tieħu azzjoni diretta biex titneħħa struttura tal-ħadid u electronic billboard li jinsabu installati quddiem kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u dan minkejja li l-istess Awtorità tal-Ippjanar ċaħdet applikazzjoni biex dan l-iżvilupp illegali jiġi sanzjonat u ħarġet avviż ta' infurzar li għandu n-numru ta' referenza EC/00340/13?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-Avviz biex Tieqaf u ta’ Twettieq imsemmi inħareg taht il-KAP. 504, sid din l-istruttura kellu d-dritt statutorju li japplika għall-permess ta’ żvilupp kif ukoll jappella jekk din l-applikazjoni tiġi micħuda, kif fil-fatt għamel. F’ dan il-kas l-Awtorita ma ghandiex il-poter li tieħu azzjoni diretta kif qed jippretendi l-Onorevoli Interpellant, peress li dawn il-poteri jinsabu fl-Avviz Legali 103 ta’ 2016 u ma jistawx jiġu applikati retrospettivament.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 613, jista' l-Ministru jagħti d-data tal-bidu tal-impjieg għal kull wieħed mill-persuni impjegati minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 614, jista' l-Ministru jagħti d-data preċiża tar-riżenja għal kull wieħed mill-persuni li rriżenjaw minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 615, jista' l-Ministru jagħti d-data preċiża tar-riżenja tal-persuna li rriżenjat minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-11 ta' Lulju 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija mogħtija hawn taħt.
Risposta għal PQ 938
Persuni
Data tat-tmiem tal-impjieg tal- persuna waħda rreżenjat fil-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-4 ta' Lulju 2017
1
13/06/2017
Total
1
Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 614, jista' l-Ministru jgħid għal kull wieħed mill-persuni li rriżenjaw minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perijodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017, jekk ir-riżenja tiegħu jew tagħha kenitx waħda volontarja jew inkella l-persuna ġietx imġiegħla tirriżenja?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-erbatax-il persuna li rreżenjaw fil-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017 irreżenjaw kollha fuq bażi volontarja.
Ministeru għal Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – reklamar fuq Facebook – nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi, ma kien hemm l-ebda spiża f’reklamar fuq dan is-sit soċjali.
Awtorità għat-Trasport – Triq is-Siġġiewi u Triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ — konġestjoni tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandha l-Awtorità għat-Trasport f'Malta sabiex tissolva l-problema kbira ta' konġestjoni tat-traffiku li jiltaqgħu magħha s-sewwieqa b'mod partikolari fil-ħinijiet ta' filgħodu biex joħorġu mis-Siġġiewi lejn Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi u ċjoè fil-parti fejn tinsab ir-roundabout bejn Triq is-Siġġiewi u Triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta bħalissa għaddejja bl-ippjanar ta’ diversi xogħlijiet fuq ir-road network u fost dawn ix-xogħlijiet hemm inklużi wkoll titjib ta’ junctions eżistenti.
Direttorat għas-Saħħa Ambjentali – avviżi biex ma jsirx għawm fil-bajjiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il avviż ħareġ id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika biex ma jsirx għawm f'bajjiet f'Malta u Għawdex matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017? Jista' jgħid liema kienu l-bajjiet li dwarhom inħarġu l-avviżi u x'kienu r-raġunijiet li minħabba fihom inħarġu l-avviżi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul il-perjodu ta’ bejn l-2012 sal-1 ta’ Awwissu tal-2017 ħarġu total ta’ tmien avviżi, fejn fihom kien rakkomandat sabiex ma jsirx għawm. F’Awwissu ta’ din is-sena ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni sabiex ma jsirx għawn. Fis-sena 2014 ma nħareġ l-ebda avviż f’dan ir-rigward.
Fit-tabella hawn taħt tidher l-informazzjoni kif mitluba, sena b’sena ta’ meta nħarġu dawn l-avviżi.
2012
Avviż
Data
Referenza ta' Żona tal-Għawm
Lokalità
PR1919
9 ta’ Settembru 2012
C 18
San Pawl il-Baħar
PR1919
9 ta’ Settembru 2012
D 04 – D 07
Xlendi
PR1953
10 ta’ Settembru 2012
B 03 – B 04
San Ġiljan
2013
Avvi
ż
Ref No.
Data
Referenza ta
Żona tal-Għawm
Lokalità
PR 1922
12 ta’ Settembru 2013
C 22
San Pawl il-Baħar
2015
Avvi
ż
Ref No.
Data
Referenza ta'
Żona tal-Għawm
Lokalità
PR151816
8 t’ Awwissu 2015
B 06
San Ġiljan
PR151848
17 t’ Awwissu 2015
D 06
Xlendi
2016
Avvi
ż
Ref No.
Data
Referenza ta'
Żona tal-Għawm
Lokalità
PR161731
4 t’ Awwissu 2016
C 22
San Pawl il-Baħar
PR161910
8 ta’ Settembru 2016
DFBBC 04
Baħar iċ-Ċagħaq
2017
Avvi
ż
Ref No.
Data
Referenza ta'
Żona tal-Għawm
Lokalità
PR171652
7 ta’ Lulju 2017
C 18
Xemxija
Programm ta' Residenza u Visa fil-Lvant Nofsani – konċessjoni lil kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat bejn il-Gvern ta' Malta u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li permezz tiegħu din l-istess kumpanija ngħatat konċessjoni b'rabta mal-Programm ta' Residenza u Visa fil-Lvant Nofsani?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-kuntratt ta’ konċessjoni li għalih qed jagħmel referenza l-Onor. Interpellant huwa dwar marketing u promozzjoni tal-Programm ta’ Residenza u Visa fil-Lvant Nofsani. Din il-konċessjoni bl-ebda mod ma tipprekludi lil agenti awtorizzati ohra li jipproċessaw applikazzjonijiet li ġejjin mil-Lvant Nofsani. Madanakollu l-Gvern hass illi fl-interess holistiku tal-programm kif ukoll sabiex jassigura konsistenza f’dak li huwa messagg, kellu jiskatta process miftuh u trasparenti sabiex jigi appuntat konċessjonarji li jkunu inkarigati mill-marketing u l-promozzjoni tiegħu.
Il-ftehim ta’ konċessjoni kien gie ffirmat f’Awissu tal-2016 wara sejha għal proposti li kienet harget f’Novembru 2015.
Din is-sejha għal dawk interessati kienet giet ippublikata fuq il-gazzetti u l-gazzetta tal-Gvern.
Ma gie intavolat l-ebda appell minn kumpaniji li setgħu kellhom interess u għalhekk wara li għalaq iż-żmien tal-appell il-Gvern setgħa jipproċedi bl-iffirmar ta’ dawn il-ftehimiet.
Il-konċessjoni tagħmel referenza għal klawzoli ta’ konfidenzjalita li jorbtu liż-żewġ partijiet milli jippublikaw dan il-ftehim minhabba n-natura kummerċjali tiegħu. Għalhekk mhux possibli li jitqiegħed fuq il-mejda tal-kamra kopja ta’ dan il-ftehim.
Il-programm, li kien iddahhal wara konsultazzjoni kontinwa u pozittiva mal-oppozizzjoni, qed ikun wiehed ta’ suċċess u sa issa dahlu aktar minn mija u hamsin applikazzjoni li minnhom gew awtorizzati u proċessati tmienja u disgħin card ta’ residenza"
Il-kuntratt ta’ konċessjoni li għalih qed jagħmel referenza l-Onor. Interpellant huwa dwar marketing u promozzjoni tal-Programm ta’ Residenza u Visa fil-Lvant Nofsani. Din il-konċessjoni bl-ebda mod ma tipprekludi lil agenti awtorizzati ohra li jipproċessaw applikazzjonijiet li ġejjin mil-Lvant Nofsani. Madanakollu l-Gvern hass illi fl-interess holistiku tal-programm kif ukoll sabiex jassigura konsistenza f’dak li huwa messagg, kellu jiskatta process miftuh u trasparenti sabiex jigi appuntat konċessjonarji li jkunu inkarigati mill-marketing u l-promozzjoni tiegħu.
Il-ftehim ta’ konċessjoni kien gie ffirmat f’Awissu tal-2016 wara sejha għal proposti li kienet harget f’Novembru 2015.
Din is-sejha għal dawk interessati kienet giet ippublikata fuq il-gazzetti u l-gazzetta tal-Gvern.
Ma gie intavolat l-ebda appell minn kumpaniji li setgħu kellhom interess u għalhekk wara li għalaq iż-żmien tal-appell il-Gvern setgħa jipproċedi bl-iffirmar ta’ dawn il-ftehimiet.
Il-konċessjoni tagħmel referenza għal klawzoli ta’ konfidenzjalita li jorbtu liż-żewġ partijiet milli jippublikaw dan il-ftehim minhabba n-natura kummerċjali tiegħu. Għalhekk mhux possibli li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan il-ftehim.
Il-programm, li kien iddahhal wara konsultazzjoni kontinwa u pozittiva mal-oppozizzjoni, qed ikun wiehed ta’ suċċess u sa issa dahlu aktar minn mija u hamsin applikazzjoni li minnhom gew awtorizzati u proċessati tmienja u disgħin card ta’ residenza"
Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħol tal-Editur tal-Orizzont
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ser ikun ix-xogħol tal-Editur tal-ġurnal l-Orizzont fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista' l-Prim Ministru jispjega kif l-Editur tal-ġurnal l-Orizzont "ma jafx x’se jkun jirrikjedi eżatt xogħlu" fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif stqarr l-istess Editur tal-ġurnal l-Orizzont meta mistoqsi u kif ġie rrapurtat mis-sit tal-aħbarijiet newsbook.com.mt?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata bdiet l-impjieg tagħha fit-taqsima li tieħu ħsieb il-mistoqsijiet Parlamentari (PQ Unit) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fid-19 ta’ Lulju 2017.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 621 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-kumpanija WasteServ Malta Limited xahar b'xahar matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017 il-Wasteserv impjegat persuna waħda.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – reklamar fuq Facebook — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li diversi entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nefqu l-ammont ta’ € 1,615.39 f’reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-3 ta’ Ġunju 2017.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – reklamar fuq Facebook — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li nefqa f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook mill-Ministeru tieghi matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017 kien ta €45.91 fuq promozzjoni tal-Paġna NisĠet Artna u l-avvaniment tal-Imnarja filwaqt l-Kumpanija WasteServ nefqet €171.14 fuq promozzjoni għall-Magħtab Environment Complex Open Day.
Ministeru għas-Saħħa – reklamar fuq Facebook — nefqa
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa mill-Ministeru għas-Saħħa li tinkludi wkoll id-Dipartiment għar-Regolazzjoni tas-Saħħa f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017 kienet ta’ €82.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – reklamar fuq Facebook – nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta’ Mejju sat-3 ta’ Ġunju 2017 ma saru l-ebda riklami fuq Facebook.