Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija — roadblocks

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, kemm saru roadblocks mill-Korp tal-Pulizija mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'kemm minnhom irriżultaw li kien hemm xi abbuż u x'kienu l-abbużi maqbuda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li t-taghrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata. Għaldaqstant il-kumpilazzjoni tal-informazzjoni biex tiġi mwieġba din id-domanda, tinvolvi d-dedikazzjoni ta’ ammont sproporzjonat ta’ ħin u ta’ riżorsi. Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tal-RIU, jagħmlu ronda regolarment u meta jkun meħtieġ isiru road blocks, f'diversi lokalitajiet f'Malta.

Forzi Armati ta’ Malta — roadblocks

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, kemm saru roadblocks mill-Forzi Armati ta' Malta mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'kemm minnhom irriżultaw li kien hemm xi abbuż u x'kienu l-abbużi maqbuda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant il,fiż-żmien imsemmi, ma sarux dawn it-tip ta’ roadblocks mill-Forzi Armati ta’ Malta. Il-Forzi Armati ta’ Malta tagħmel dawn it-tip ta’ operazjonijiet fuq talba tal-Pulizija.

Korp tal-Pulizija – Każ ta’ dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu fil-Korp tal-Pulizija, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista' jgħid xi promozzjonjiet ingħata l-imsemmi individwu matul is-snin li ilu fil-Korp tal-Pulizija? Jista' jgħid x'każijiet ta' dixxiplina kellu jew għad għandu pendenti fil-konfront tiegħu l-imsemmi individwu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament daħal fil-Korp bħala Kuntistabbli tal-Pulizija fl-1996 u laħaq Surġent tal-Pulizija fl-2001. Huwa għandu każi ta’ dixxiplina pendenti u każ ieħor quddiem il-Public Service Commission.

Persuni li għandhom permess ta’ kaċċatur u ta’ nassab

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom il-permess kemm ta' kaċċatur kif ukoll ta' nassab?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li 3,007 persuni għandhom il-liċenzja ġenerali tal-insib tal-għasafar kif ukoll xi tip tal-liċenzja tal-kaċċa.

Persuni mhux ta’ nazzjonalità Maltija li għandhom permessi ta’ kaċċatur u nassab

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni mhux ta' nazzjonalità Maltija li għandhom permess ta' kaċċatur jew permess ta' nassab u kemm minn dawn il-persuni għandhom il-permess kemm ta' kaċċatur kif ukoll ta' nassab?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi ma żżommx din l-informazzjoni minħabba li r-regolamenti nazzjonali li jikkonċernaw il-kaċċa u l-insib ma jiddifferenzjawx lid-detenturi tal-liċenzja fuq il-bażi ta' nazzjonalità.

Kaċċaturi mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm tressqu kaċċaturi l-Qorti mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid b'liema reati ġew akkużati, kemm instabu ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' kaċċaturi li tressqu l-Qorti sena b'sena mis-sena bejn is-sena 2013 sal-aħħar ta' Ottubru 2017, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Ir-reati li tressqu fuqhom dawn il-persuni kienu fuq artikli relatati mal-provedimenti tal-Legiżlazzjoni Sussidjarja 504.71 (qabel Marzu 2016) u 549.42 (wara Marzu 2016) dwar Konservazzjoni ta' Għasafar Selvaġġi. Fejn il-każ ġie deċiż il-pieni li ngħataw, kienu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Persuni mressqa l-Qorti akkużati bi Ksur tar-Regolamenti tal-Kaċċa: 2013 2014 2015 2016 2017 Sa Ottubru Persuni mressqa 34 83 39 30 31 Persuni misjuba ħatja 28 74 32 24 17 Persuni illiberati 6 8 3 4 8 Persuni b'sentenzi pendenti Nil 1 3 2 6 Persuna laħqet mietet Nil nil 1 nil nil

Nassaba mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm tressqu nassaba l-Qorti mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid b'liema reati ġew akkużati, kemm instabu ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta' persuni li tressqu l-Qorti sena b'sena mis-sena 2013 sal-aħħar ta' Ottubru 2017, fuq akkużi relatati ma’ nsib kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. L-akkużi li bihom ġew akkużati dawn il-persuni kienu dawk relatati mal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 504.71 u 549.42 dwar Konservazzjoni ta' Għasafar Selvaġġi. Id-deċiżjonijiet tal-Qorti fejn ingħatat sentenza f'dawn il-każijiet, kien kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Persuni mressqa l-Qorti akkużati b’reati relatati ma’ nsib : 2013 2014 2015 2016 2017 Sa Ottubru Persuni mressqa 87 65 49 41 47 Persuni misjuba ħatja 78 62 40 33 23 Persuni illiberati 8 1 7 5 16 Persuni b'sentenzi pendenti 1 1 2 3 8 Każ irtirat nil 1 Nil nil nil

Armi li jinsabu fil-pusses tal-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid it-total ta' armi li jinsabu fil-pussess tal-Korp tal-Pulizija u li huma intiżi għall-użu mill-membri tal-istess Korp? Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' armi huma, f'liema sena ġew akkwistati mill-Korp tal-Pulizija jew f'liema sena ngħataw lill-Korp tal-Pulizija u minn liema stat jew entità ngħataw?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kunfidenzjali u sensittiva u li tolqot lis-sigurtà nazzjonali.

WasteServ Malta Limited – impjegati ma’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema li bdew iservu ma’ diversi entitajiet, fergħat, stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u/jew dipartimenti tal-kumpanija WasteServ Malta Limited li fil-fatt kienu u għadhom sal-lum fuq il-kotba tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew xi kumpanija sussidjarja tagħha u dan sena b’sena matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017? Jista' jagħti lista bid-dettalji kollha iżda mingħajr l-ismijiet tal-ħaddiema, tad-diversi postijiet fejn dawn l-istess ħaddiema kienu jew għadhom qed jagħmlu xogħol u x'inhu x-xogħol partikolari li kienu jew qegħdin jagħmlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

WasteServ Malta Limited – impjegati ma’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema li bdew iservu ma’ diversi entitajiet, fergħat, stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u/jew dipartimenti tal-kumpanija WasteServ Malta Limited li fil-fatt kienu u għadhom sal-lum fuq il-kotba tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew xi kumpanija sussidjarja tagħha u dan għal matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti lista bid-dettalji kollha iżda mingħajr l-ismijiet tal-ħaddiema, tad-diversi postijiet fejn dawn l-istess ħaddiema qed jagħmlu xogħol u x'inhu x-xogħol partikolari li qed jagħmlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 2617.

WasteServ Malta Limited – impjegati ma’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema li bdew iservu ma’ diversi entitajiet, fergħat, stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u/jew dipartimenti tal-kumpanija WasteServ Malta Limited li fil-fatt kienu u għadhom sal-lum fuq il-kotba tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew xi kumpanija sussidjarja tagħha u dan għal matul il-perijodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista' jagħti lista bid-dettalji kollha iżda mingħajr l-ismijiet tal-ħaddiema, tad-diversi postijiet fejn dawn l-istess ħaddiema qed jagħmlu xogħol u x'inhu x-xogħol partikolari li qed jagħmlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 2617.

WasteServ Malta Limited – impjegati ma’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li bħalissa qed iservu ma' diversi entitajiet, fergħat, stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u/jew dipartimenti tal-kumpanija WasteServ Malta Limited li fil-fatt kienu u għadhom sal-lum fuq il-kotba tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew xi kumpanija sussidjarja tagħha? Jista' jagħti lista bid-dettalji kollha iżda mingħajr l-ismijiet tal-ħaddiema, tad-diversi postijiet fejn dawn l-istess ħaddiema qed jagħmlu xogħol u x'inhu x-xogħol partikolari li qed jagħmlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi – telefonati dwar każijiet ta’ emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il telefonata rċeviet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi dwar każijiet ta' emerġenza, xahar b'xahar, mill-1 ta' Jannar 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid x'azzjoni ttieħdet mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi dwar kull waħda mill-imsemmija telefonati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bil-każijiet ta’ emerġenza li l-Awtorità rċiviet fuq in-numru tal-emerġenza ta’ wara l-ħin tal-uffiċċju minn April 2016 sa Ottubru 2017. Din it-Tabella turi wkoll l-azzjoni li ttieħdet fuq il-każijiet elenkati. Qed tinġibed l-attenzjoni li d-dejta li bdiet tinżamm minn Frar 2017 hija differenti u iktar komprensiva minn dik tal-perjodu ta’ qabel, prinċiparjament peress li fi Frar 2017 l-Compliance & Enforcement Unit fi ħdan l-ERA issaħħet u bdiet tindirizza l-infurzar ta’ setturi ambjentali skont il-poteri mogħtija lilha mil-liġi.

Korp tal-Pulizija – membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid it-total ta' membri tal-Korp tal-Pulizija għal kull grad li fil-preżent hemm fil-Korp tal-Pulizija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi t-total ta' membri tal-Korp tal-Pulizija fil-gradi kollha li hemm fil-preżent, hu kif jidher fit-tabella t'hawn taħt : Gradi - 04.12.17 Kummissarju 1 Deputati Kummissarji 4 Assistenti Kummissarji 12 Supretendenti 11 Spetturi 132 Surgenti Magguri l-Ewwel Klassi 4 Surgenti Magguri it-Tieni Klassi 32 Surgenti 415 Kuntistabbli 1370 Kuntistabbli Riservisti 190 Total 2171

Forzi Armati ta’ Malta – każijiet ta’ dixxiplina fil-konfront ta’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm kien hemm każijiet ta' dixxiplina fil-konfront ta' membri tal-Forzi Armati ta' Malta dwar użu ħażin ta' siti soċjali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ir-rank tal-membri tal-Forzi Armati ta' Malta li fil-konfront tagħhom ittieħdu dawn il-passi dixxiplinari? Jista' jgħid x'kien l-eżitu tal-passi dixxiplinari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-FAM introduċiet il-policy tagħha dwar użu ħażin ta' siti soċjali fl-2016. Fl-2016 kien hemm każ wieħed li kien meqjus li jeħtieġ azzjoni dixxiplinarja. Dan kien jinvolvi Staff Sergeant. Kien hemm tliet każijiet fl-2017, li jinvolvu żewġ Gunners u Lance Bombardier. Kollha ġew mogħtija pieni preskritti f'Att Dwar il-Forzi Armati ta' Malta. Dawn inkludew multi, ċanfir u ħin wara dak stitpulat, dejjem skont il-gravità tal-każ.

Forzi Armati ta’ Malta – Full Complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-preżent hemmx full complement fil-Forzi Armati ta' Malta? Jekk le, jista' l-Ministru jgħid f'liema rank hemm vakanzi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-FAM ma hemmx full complement u hemm vakanzi fir-ranks kollha minbarra dak ta’ Brigadier.

Forzi Armati ta’ Malta – membri — rank

Question

Jista' l-Ministru jgħid it-total ta' membri tal-Forzi Armati ta' Malta għal kull rank li fil-preżent hemm fil-Forzi Armati ta' Malta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-total ta' membri tal-Forzi Armati ta' Malta f’kull rank fil-preżent hu kif ġej: Rank Total Rank Total Brigadier 1 Warrant Officer 2 60 Colonel 7 Staff Sergeant 192 Lieutenant Colonel 16 Sergeant 139 Major 24 Bombardier 341 Captain 32 Lance Bombardier 269 Lieutenant 37 Gunner 613 2/Lieutenant 18 Gunner Recruit 66 Warrant Officer 1 10 Total 1825
Leg 13 PQ #2612 Sitting 64 2017-12-12 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta’ Malta – riżervi tad-deheb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xahar b'xahar kemm kienu r-riservi tad-deheb fil-Bank Ċentrali ta' Malta mill-1 ta' Jannar 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazjjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.