Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u l-Entitajiet tiegħu, ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti, mis-sena 2013 sal-lum lejn il-bank li qed jirreferi għalih.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ma saru ebda trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu ingħataw separatament, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sal-lum.
Ministeru għas-Saħħa – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. li ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sal-lum lill-bank li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament.
Ministeru għall-Ekonomija u Negozji Żgħar – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda trasferimenti jew pagamenti mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li la mill-Ministeru/Direttorati u lanqas mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma saru trasferimenti u/jew pagamenti f'kontijiet li jinsabu fil-bank li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħti, qatt m’għamlu trasferimenti, pagamenti, inkluż ta’ pagi, f’kontijiet li jinsabu fil-bank li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, tista' tgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru ebda trasferimenti u/jew pagamenti f’kontijiet tal-bank ikkonċernat mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħti fil-perjodu kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment Negozji Żgħar — sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tawx sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex kienu dawn l-isponsorships u x’kienet l-ispiża involuta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entita’ taħt id-dekasteru tiegħi ma taw sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — talbiet pendenti għall-sponsorships minn persuna u/jew kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u Negozji ż-Żgħar u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, għandhomx talbiet pendenti għal sponsorships mill-persuna u/jew mill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex inhuma dawn it-talbiet għal sponsorships u x’inhi l-ispiża involuta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entita’ taħt id-dekasteru tiegħi ma għandha talbiet pendenti għal sponsorships mill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament.
Dipartiment għall-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali – ilmenti jew talbiet għall-investigazzjoni dwar pagi mhux imħallsa fir-rigward ta’ persuna u kumpaniji
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jgħid jekk id-Dipartiment għall-Impiegi u Relazzjonijiet Industrijali (DIER) irċeviex ilmenti u/jew talbiet għall-investigazzjoni dwar pagi mhux imħallsa fir-rigward tal-persuna u l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ lmenti u talbiet għal investigazzjoni u f’liema stadju waslu?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-Dipartiment għall-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali (DIER) irċieva erba’ talbiet għal investigazzjoni rigward tal-persuna u l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi tlett każijiet minnhom, l-investigazzjoni intemmet u l-każ se jintbagħat lill-pulizija sabiex tipproċedi bil-Qorti. Il-każ l-ieħor ġie solvut mid-Dipartiment hekk kif l-ammont dovut tħallas fl-intier tiegħu.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenza li skont stqarrija maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar nhar it-Tnejn 4 ta' Diċembru 2017, permezz tagħha l-Qorti f'Ġunju 2017 ordnat li jsiru xogħlijiet fil-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament f'San Ġiljan u/jew Tas-Sliema?
Response (BORG, IAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenza tal-Qorti, li l-Planning Authority irreferit għaliha fil-konferenza stampa fl-4 ta’ Diċembru 2017.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenza li skont stqarrija maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar nhar it-Tnejn 4 ta' Diċembru 2017, permezz tagħha l-Qorti f'Ġunju 2017 ordnat li jsiru xogħlijiet fil-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament f'San Ġiljan u/jew Tas-Sliema?
Response (BONNICI, OWEN)
Minn informazzjoni miksuba mill-Awtorità tal-Ippjanar, is-sentenza tal-Qorti li qed issir referenza għaliha hija l-kawża Numru 986/2012 AF Christianne Attard nee Debattista vs Emanuel Spiteri u martu Angela Spiteri. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenza.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2561, jista' l-Ministru jgħid kemm-il paġna fih il-kuntratt, inkluż kwalunkwe appendiċi, li ġie ffirmat nhar it-Tnejn 10 ta' Lulju 2017 bejn id-Dipartiment tal-Kuntratti u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar l-implimentazzjoni tal-Corporate Financial Management Solution (CFMS)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt fih 2,291 paġna b'appendiċi kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kapijiet ta’ dipartimenti, uffiċjali u ħaddiema tal-Ministeru għall-Finanzi u tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, iltaqgħu mal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-iskop tal-laqgħat, fejn saru l-laqgħat u x’kien l-eżitu ta’ kull waħda minn dawn il-laqgħat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk irċeviex jew jafx b’rapporti u/jew ilmenti dwar il-persuna u l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex kienu dawn ir-rapport u/jew ilmenti u x’azzjoni ttieħdet dwarhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu ma rċevew ebda rapporti u/jew ilmenti dwar il-persuna u l-kumpaniji msemmija fil-mistoqsija.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tawx sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex kienu dawn l-isponsorships u x’kienet l-ispiża involuta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew entitajiet li jaqgħu tahtu ma tawx sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament.
Ġejt infurmat li kienet biss Gaming Malta, Fondazzjoni indipendenti u mhux entità, li tat sponsorship ta' €15,000 relatat mal-Follow the Entrepreneur Investor Summit, li sar f'Lulju tas-sena li għaddiet.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – talbiet pendenti għall-sponsorships minn persuna u/jew kumpaniji
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, għandhomx talbiet pendenti għal sponsorships mill-persuna u/jew mill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex inhuma dawn it-talbiet għal sponsorships u x’inhi l-ispiża involuta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm ebda talba pendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Finanzi u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tawx sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex kienu dawn l-isponsorships u x’kienet l-ispiża involuta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — talbiet pendenti għall-sponsorships minn persuna u/jew kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Finanzi u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, għandhomx talbiet pendenti għal sponsorships mill-persuna u/jew mill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex inhuma dawn it-talbiet għal sponsorships u x’inhi l-ispiża involuta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu m’għandhom ebda talbiet pendenti għal sponsorships mill-persuna u/jew kumpaniji msemmija fil-mistoqsija.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2545 u jindika għal kull waħda mill-persuni li isimha u kunjomha jidhru fil-lista li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar it-2 ta' Awwissu 2016 (Ħarġa Numru 19,616) u li kopja tagħha qed tingħata separatament, x'nazzjonalità oħra jew nazzjonalitajiet oħrajn għandha kull persuna wara li ngħatat iċ-Ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni jew inkella taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat minn Identity Malta li l-pubblikazzjoni tal-persuni kollha li jsiru ċittadini Maltin b’reġistrazzjoni, b’naturalizzazjoni jew taħt il-Programm ta’ Cittadinanza b’Investiment issir skont kif previst fid-dispożizzjonijiet tas-sub-regolament 14(2) tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03.
It-talba li qed issir mill-Onor. Interpellant ma taqax fil-parametri tas-sub-regolament 14(2) tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-prassi kienet osservata wkoll fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti Nazzjonalisti.