Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Nefqa fuq reklmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex it-tagħrif jinġabar.

Għoti ta’ kumpensi ex gratia

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-kumpensi ex gratia li ġew mogħtija mill-Gvern Malti mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Air Malta — Medjaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, min kienu l-persuni li servew bħala medjaturi bejn il-Gvern Malti u l-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tal-Air Malta? Jista' jgħid ukoll għal kull waħda minn dawn il-persuni, meta ġiet maħtura bħala medjatur, kemm damet isservi bħala medjatur u xi ħlasijiet saru lil kull persuna li serviet bħala medjatur?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2013 sa’ llum kien hemm medjatur wieħed biss bejn l-Air Malta u l-Unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tal-Air Malta, u l-ebda pagament ma ġie mħallas lil din il-persuna fil-kapaċità tagħha ta’ medjatur.

Med9 — Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11628 u 12352, u jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tan-nefqa li saret b'rabta mas-summit tal-Med9? Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmi summit?

Response (ABELA, ROBERT)

Din is-sena kienet waħda importanti ħafna għal-pajjiżna, hekk kif tul is-sena Ministri mill-pajjiżi tal-Mediterran iltaqgħu f’pajjiżna biex iddiskutew diversi suġġetti bil-għan li fil-fora Ewropea nippreżentaw numru ta’ pożizzjonijiet komuni. Fl-aħħar waħda minn sensiela ta' dawn il-laqgħat ġew f’pajjiżna l-Presidenti / Prim Ministri ta’ tmien pajjiżi Mediterranji bħalna; Franza, Spanja, Kroazja, Slovenja, il-Greċja, Ċipru, il-Portugall u l-Italja u l-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kummissjoni Ewropea. Lil hinn mid-diskussjoni u qbil dwar diversi temi kienet ukoll okkażjoni biex pajjiżna juri prova ta’ suċċess li qed nagħmlu bl-użu tal-ikbar pakkett ta’ Fondi Ewropew li qatt ġab pajjiżna, u kien hemm l-ewwel żjara tal-President tal-Kummissjoni Ewropea f’Għawdex. It-tagħrif li qed jitlob l-Onor. Interpellant dwar dan l-avvenimenti ta’ suċċess qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għoti ta’ amnestiji

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari x'amnestiji ngħataw lill-priġunieri u kemm żmien f'kull każ? Jista' jgħid ukoll, għal kull darba li ngħatat amnestija, kemm-il priġunier ibbenefika mill-imsemmija amnestija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Għoti ta’ maħfriet presidenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il maħfra presidenzjali ngħatat mill-20 ta' Frar 2022 sas-26 ta' Marzu 2022? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif inbidlet is-sentenza jew kundanna li dwarha ngħatat il-maħfra?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Art. 93 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, il-prerogattiva ta’ maħfra hija vestita fl-E.T. il-President ta’ Malta u minħabba din ir-raġuni mhux kull talba neċessarjament tiġi mogħddija lid-Dipartiment għall-Ġustizzja fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja. Madanakollu, skont l-informazzjoni li għandu dan id-dipartiment jidher li ma ngħatat l-ebda klemenza fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija.

Għoti ta’ maħfriet presidenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il maħfra presidenzjali ngħatat mis-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif inbidlet is-sentenza jew kundanna li dwarha ngħatat il-maħfra?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Art. 93 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, il-prerogattiva ta’ maħfra hija vestita fl-E.T. il-President ta’ Malta u minħabba din ir-raġuni mhux kull talba neċessarjament tiġi mogħddija lid-Dipartiment għall-Ġustizzja fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja. Madanakollu, skont l-informazzjoni li għandu dan id-dipartiment jidher li ma ngħatat l-ebda klemenza fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija.

Ksur tal-Att dwar il-kirjiet residenzjali privati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2020, sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet akkużata li kkonċediet fond, jew spazju separat fih, għal skop residenzjali, li ma kienx skont l-Att dwar il-Kirjiet Residenzjali Privati (Kap 604 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid ukoll l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2020 sal-lum* l-ammont ta’ akkużi li nħarġu ammontaw għal 53. Is-Sess u n-Nazzjonalità huma s-segwenti; 36 ta’ sess maskili filwaqt 21 ta’ sess femminili. Fir-Rigward ta’ Nazzjonalità; 53 Maltin, 2 Taljani, 1 Spanjol u 1 mill-Georgia. L-Awtorità tad-Djar m’għandiex informazzjoni dwar l-età tagħhom. L-ammont ta’ persuni ħatja għas-sentenzi li ġew maqtugħa bejn is-sena 2020 u llum* jammontaw għal 15-il persuna fejn il-pieni tal-multi li ngħataw kienu s-segwenti:- €3,000 (2), € 2,500 (12) u €50 (1). *19 ta’ Ottubru 2023

Panel ta’ Arbitraġġ – Talbiet għal kirjiet residenzjali privati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2020, sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il talba tressqet quddiem il-Panel ta’ Arbitraġġ għal kirjiet residenzjali privati? Jista’ jgħid ukoll dwar liema kwistjonijiet tressqu l-imsemmija talbiet, kemm minnhom ġew deċiżi u kemm minnhom għadhom pendenti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2020 sal-lum*, tilwim quddiem il-Panel ta’ Arbitraġġ Għal Kirjiet Residenzjali Privati tressqu sitt mija, ħamsa u għoxrin (625); minnhom ġew deċiżi mill-Panel tliet mija u ħamsa u disgħin (395) filwaqt li erbgħa u tmenin (84) tilwima ġew irtirati. Tilwim pendenti n-notifika tal-intimat hemm mija u sitta u erbgħin (146). Tilwim li jinsab fuq l-Aġenda tal-laqgħa tal-Panel li jmiss hemm tmienja (8), tlieta (3) minn liema għandhom talba għall-irtirar tat-tilwima. Apparti dawn it-tmienja (8) msemmija, tilwim li qed jistenna deċiżjoni tal-Panel m’hemmx, u hemm biss tilwim pendenti n-notifika tal-intimat. Primarjament il-kwistjonijiet imressqa quddiem il-Panel jikkonċernaw: depożiti, kontijiet tal-utilitajiet u danni li ma jaqbżux il-ħamest elef Ewro (€5,000) f’valur totali u li ma jikkonċernawx l-iżgumbramenti li jibqgħu kompetenza tal-Bord Li Jirregola l-Kera u l-Qrati Ordinarji. *23 ta’ Ottubru 2023

Artikolu 195(5)(a) tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili — Rikorsi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2007, sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rikors ġie ppreżentat lill-Prim Imħallef skont dak li jipprovdi l-artikolu 195(5)(a) tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn ir-rikorsi ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2007 sal-lum ġew preżentati żewġ (2) rikorsi lill-Prim Imħallef skont dak li jipprovdi l-artikolu 195(5)(a) tal-Kodiċi ta’ Organizazzjoni u Proċedura Ċivili. Dawn iż-żewġ rikorsi ġew miċħuda.

Artikolu 195(5)(b) tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili — Rikorsi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2007, sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rikors ġie ppreżentat lill-Prim Imħallef skont dak li jipprovdi l-artikolu 195(5)(b) tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn ir-rikorsi ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2007 sal-lum ġew preżentati erbgħa u tletin (34) rikors lill-Prim Imħallef skont dak li jipprovdi l-artikolu 195(5)(b) tal-Kodiċi ta’ Organizazzjoni u Proċedura Ċivili. Minn dawn ir-rikorsi, tnejn u tletin (32) minnhom ġew eżawriti peress li d-deċiżjoni kienet laħqet ġiet pronunzjata u ż-żewġ (2) rikorsi l-oħra, il-Ġudikant astjena mill-każ wara li ġiet milqugħa talba ta’ rikuża.

Msida – Għassa tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jagħti data definittiva meta ser terġa’ tkun miftuħa l-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi x-xogħol li nbeda fl-għassa tal-Imsida hu konsiderevolment estensiv u huwa maħsub li jieħu sa l-ewwel kwart tas-sena 2025. Is-servizz li kien offrut mill-Għassa tal-Imsida qiegħed jiġi offrut mil-Għassa prinċipali tad-distrett ġewwa tas-Sliema. Dan barra illi din iż-żona baqgħet tkun koperta wkoll minn uffiċċjali tal-Community Policing.

Belt Valletta — Bini tal-Qorti - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti data definittiva ta' meta ser jitlestew ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fid-dħul tal-bini tal-Qorti fil-Belt Valletta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (COM/2022/105)?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (COM/2022/105)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni ħatja li għamlu qligħ bi ħsara għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2021, sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna nstabet ħatja mill-Qrati ta' pajjiżna li għamlet qligħ bi ħsara għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenzi li permezz tagħhom l-imsemmija persuni nstabu ħatja mill-Qrati ta' pajjiżna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni ħatja li għamlu qligħ bi ħsara għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2021, sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qrati ta' pajjiżna li għamlet qligħ bi ħsara għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, il-Gvern ta' Malta u/jew xi entitajiet oħra? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenzi li permezz tagħhom l-imsemmija persuni nstabu ħatja mill-Qrati ta' pajjiżna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2021 sad-19 ta’ Ottubru 2023 kien hemm mija u wieħed u disgħin (191) każ fejn persuni ġew akkużati fil-Qrati ta' pajjiżna, li għamlu qligħ bi ħsara għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, il-Gvern ta' Malta u/jew xi entitajiet oħra. Is-sentenzi fil-każijiet li ġew deċiżi, jinħarġu mill-istess Qrati.

Ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u kumpanija privata

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u/jew xi entità tiegħu u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi wara sejħa pubblika maħruġa mill-Ministeru tal-Ekonomija f'isem il-Gvern ta' Malta, il-kumpanija imsemmija ġiet magħżula biex isservi bħala konċessjonarju għall-Programm ta' Malta ta' Residenza u Visa. Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ma kienx involut f'dan il-proċess, madanakollu għandu dokumentazzjoni relatata li ġiet mgħoddija lill-Aġenzija Residenza Malta, li ukoll ma kinitx involuta f'dan il-proċess. Qed inpoġġi kopja tal-kuntratt kif provdut lili fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li din il-konċessjoni ma tapplikax għall-programm ta’ residenza b’investiment ġdid li daħal fis-seħħ permezz tal-Avviż Legali 121 tal-2021. Infurmat ukoll illi fl-2013 ġie iffirmat kuntratt bejn il-Gvern ta’ Malta u l-kumpanija imsemmija wara sejħa pubblika għal konċessjoni għall-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta. Infurmat li dan id-dokument huwa preżentat lill-Parlament, u għaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Membru għall-minuti Parlamentari tal-KUMITAT PERMANENTI DWAR ILKONTIJIET PUBBLIĊI, LAQGĦA NRU. 60, tal-Erbgħa, 18 ta’ Frar, 2015, Dok. 105 – Public Service Concession Contract between The Republic of Malta represented by the Ministry of Home Affairs and National Security and Henley & Partners Holdings Plc. Regarding The Malta Individual Investor Programme u Dok. 106 – Amendment to Public Service Concession Contract between The Republic of Malta represented by the Ministry of Home Affairs and National Security and Henley & Partners Holdings Plc. Regarding The Malta Individual Investor Programme.

Kumpens ex gratia mogħti mill-Gvern Malti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il kumpens ex gratia ġie mogħti mill-Gvern Malti mis-sena 2013, sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Kumpens ex gratia mogħti mill-Gvern Malti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il kumpens ex gratia ġie mogħti mill-Gvern Malti mis-sena 2013, sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.