Aġenzija Identità Malta – kawżi preżentati fil-Qrati u tribunali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kawżi ppreżentat l-Aġenzija Identità Malta fil-qrati u t-tribunali ta' Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-okkju ta' kull kawża u f'liema stadju waslet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Aġenzija Identità Malta – protesti ġudizzjarji kontra l-Aġenzija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'protesti ġudizzjarji ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija Identità Malta fil-qrati ta' Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid jekk l-Aġenzija Identità Malta ppreżentatx kontro-protest ġudizzjarju għal kull protest ġudizzjarju li ġie ppreżentat kontra l-istess Aġenzija? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-protesti ġudizzjarji u l-kontro-protesti ġudizzjarji?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Aġenzija Identità Malta – kopja ta’ ftehim dwar l-operat tal-Aġenzija
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Ftehim tal-Aġenzija li abbażi tiegħu jitwettaq l-operat tal-Aġenzija Identità Malta skont dak li jipprovdi l-artikolu 7 tal-Ordni li jwaqqaf l-Aġenzija Identità Malta (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 497.07) u l-artikolu 40 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant, kif mgħoddi lili mill-Aġenzija Identità Malta.
Ninsab informat illi dan il-ftehim qiegħed fil-proċess li jiġi rivedut biex jirrifletti tibdil li se jsir fl-operat tal-Aġenzija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid, kemm-il karta tal-identità baqgħet mhux imġedda sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Aġenzija Identità Malta – direttivi tas-Segretarju Permanenti Ewlieni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'direttivi ħareġ is-Segretarju Permanenti Ewlieni lill-Aġenzija Identità Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari skont dak li jipprovdi l-artikolu 38 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn id-direttivi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li ma’ kien hemm ebda direttiva speċifikament lill-Agenzija Identitá Malta.
Aġenzija Identità Malta – linji gwida mis-Segretarju Permanenti Ewlieni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'linji gwida ħareġ is-Segretarju Permanenti Ewlieni lill-Aġenzija Identità Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari skont dak li jipprovdi l-artikolu 38 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-linji gwida?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li ma kien hemm ebda linja gwida speċifikament lill-Agenzija Identitá Malta.
Aġenzija Identità Malta – każijiet ta’ dixxiplina ta’ ħaddiema
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, xahar b'xahar, kemm kien hemm każijiet ta' dixxiplina fil-konfront ta' ħaddiema u uffiċjali tal-Aġenzija Identità Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti l-grad tal-persuni li fil-konfront tagħhom ittieħdu dawn il-passi dixxiplinari? Jista' jgħid x'kien l-eżitu tal-passi dixxiplinari?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Aġenzija Identità Malta — direct orders
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 516, jista' l-Prim Ministru jgħid lil liema persuni jew kumpaniji ngħataw id-direct orders mill-Aġenzija Identità Malta u li ġew indikati fl-istess tweġiba?
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-Aġenzija Identità Malta, inkluż id-data, il-valur u l-isem tal-persuna u tal-kumpaniji li lilha ngħatat, mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellha jew għandha impjegati magħha l-Aġenzija Identità Malta sena b'sena mit-twaqqif tagħha fis-sena 2013? Jista' jagħti l-kariga ta' kull impjegat u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu mal-Aġenzija Identità Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn meta Identity Malta ġiet uffiċjalment fis-seħħ fl-Lulju2013, kien hemm perjodu ta’ tranżizzjoni sal-aħħar tal-2014. F’Jannar 2015 sar id-detailing tal-ħaddiema u Identity Malta setgħet taħdem waħedha bħala Aġenzija. L-informazzjoni li qiegħda tingħata tirrigwardja l-perjodu 2015-2018 (sad-data tal-lum).
In-numru ta’ impjegati mal-Agenzija Identity Malta mill-2015 sal-lum huwa kif ġej:
· 2015 331
· 2016 331
· 2017 Jan – Jun: 281
Jul – Dec: 275
· 2018 266
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif bil-karigi kollha u d-data tal-impjieg. Nixtieq niġbed l-attenzjoni għal żewġ punti:
1. Dawk imniżżla li ġew ingaġġati fl-1 ta’ Jannar 2015 huma dawk l-impjegati li kienu jaħdmu f’dipartimenti differenti qabel ma ġew amalgamati taħt aġenzija waħda.
L-informazzjoni marbuta mal-2017 hija maqsuma fi tnejn, għaliex minn Lulju 2017 id-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet ma baqax jagħmel parti minn Identity Malta u l-ħaddiema f’dak id-dipartiment ma baqgħux jirrapurtaw lill-istess Aġenzija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il person of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija Identità Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti l-kariga ta' kull person of trust u d-data ta' meta beda jaħdem mal-Aġenzija Identità Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt nformat li ma hemm l-ebda persuna fi ħdan Identity Malta li ġiet ngaġġata bħala person of trust.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il position of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija Identità Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti deskrizzjoni ta' kull position of trust u d-data ta' meta l-persuni li jokkupawhom bdew jaħdmu mal-Aġenzija Identità Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li fl-Agenzija Identita Malta hemm position of trust wieħed bil-kariga ta’ driver/security li beda jaħdem mal-Agenzija Identita Malta fil-21 ta’April 2014.
Avukat Ġenerali – ordni ta’ sekwestru skont l-Artikolu 4 tal-Att kontra Money Laundering
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ordni ta' sekwestru talab li jinħareġ l-Avukat Ġenerali skont l-Artikolu 4 tal-Att kontra Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid fir-rigward ta' min intalbu li jinħarġu dawn l-ordnijiet ta' sekwestru u liema ġew milqugħa mill-Qorti Kriminali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Membru għar-risposta mogħtija f'mistoqsija parlamentari 4102 u għad-dokument hemm anness.
Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema – konsultazzjoni fuq upgrading taż-żona tax-Chalet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjoni għamel mal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema dwar il-proposta tal-Gvern li jsir upgrading taż-żona tax-Chalet, f’Tas-Sliema mill-10 ta' Lulju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li se jsiru laqgħat u konsultazzjoni mal-kunsill qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2767, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament talbitx appuntament biex tiltaqa' miegħu? Jekk iva, jista' jagħti d-data ta' meta saret din it-talba kif ukoll ir-raġuni għal din it-talba?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament qatt ma talbet appuntament biex tiltaqa’ miegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq minn knejjes matul is-sena 2017? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet kienu dawn il-knejjes u x’kienu l-oġġetti li ġew misruqa, il-valur tal-istess oġġetti u l-valur tal-flus li ġew misruqa? Jista’ jgħid jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet u jekk iva kemm kien in-numru ta’ persuni li tressqu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi matul is- sena 2017, il-pulizija irreġistrat tnax (12)-il każ ta’ serq minn knejjes jew kappelli. Il-lista t'hawn taħt tinkludi nformazzjoni dwar il-lokalita’ fejn sar ir-reat, deskrizzjoni tal-oġġetti misruqa, il-valur skont u meta kien provdut, kif ukoll referenza għat żewġ każi li ġew solvuti u każ ieħor fejn l-oġġetti misruqa ġew ritornati taħt is-sigriet tal-qrar:
LOKALITÀ
OĠĠETTI MISRUQA U L- VALUR
VALLETTA
MADWAR 100 EWRO MINN KAXXA TAD- DONAZZJONIJIET
VALLETTA
MADWAR 20 EWRO MINN KAXXA TAD- DONAZZJONIJIET
BIRKIRKARA
MADWAR 400 EWRO MIS- SAGRISTIJA
GHAJNSIELEM - GHAWDEX
OĠĠETTI RELIĠJUŻI - KALĊI B' VALUR TA' 1,500 EWRO U U OSTENSORJU TAR-RELIKWA 50 EWRO
Ir-refurtiva giet ritornata lura taht is-sigriet tal-qrar
.
HAMRUN
STANDS TAL- ĦADID GĦALL- ARRANĠAMENTI TAL- FJURI B' VALUR MHUX INDIKAT.
BORMLA
ĠOJJELLI U OĠĠETTI RELIĠJUŻI BĦAL PISSIDI, ĊIBORJU & KALĊIJIET B' VALUR TA' MADWAR 15,000EWRO
Il-kaz kien solvut u fis-7 ta' Settembru, 2017, tressqu zewg persuni l-Qorti. Il-kaz ghadu sub judice
ŻEJTUN
13,976 EWRO F' ĠOJJELLI
Il-kaz kien solvut u fit-18 ta' Jannar 2018
,
tressqet persuna l-Qorti. Il-kaz ghadu sub judice
SIGGIEWI
MEJDA TAL PLASTIK U TVALJA TAL- BIZZILLA B' VALUR MHUX INDIKAT
PAOLA
MADWAR 500 EWRO MINN KAXXI TAD- DONAZZJONIJIET
HAMRUN
2 FLOODLIGHTS B' VALUR TA' 180 EWRO U KAXXA TAD- DONAZZJONIJIET LI TISWA 150 EWRO B' MADWAR 20 EWRO FI FLUS ĠO FIHA
ZEJTUN
ĠOJJELLI B' VALUR TA' 500 EWRO U AMMONT TA' FLUS MHUX MAGHRUF MINN KAXXI TA' DONAZZLONIJIET
PIETA'
200 EWRO MIL-KAXXA TAD-DONAZZJONI
Kummissjoni għar-Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja – miżura numru 148
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi implimentata l-miżura numru 148 kif imniżżla fir-rapport finali tal-Kummissjoni għar-Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja tat-30 ta' Novembru 2013 u ċjoè sabiex issir is-separazzjoni tal-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Onorevoli Membru huwa informat illi r-rakkomandazzjoni msemmija fl-interpellanza trid tiġi kunsidrata fil-kuntest ta’ riforma kostituzzjonali aktar wiesgħa u ta’ evalwazzjoni tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi konkreti ta’ kull miżura.
Jista’ l-Ministru jindika d-dati tal-ħatra tal-persuni li fil-preżent iservu bħala Imħallfin, Maġistrati u Ġudikaturi li jippresjedu t-Tribunal għal Talbiet Żgħar u l-ismijiet rispettivi tagħhom? Jista' jindika d-dati ta' meta dawn l-istess persuni ġew elevati għal Imħallef jew Maġistrat skont il-każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-data tal-ħatra tal-Imħallfin, Maġistrati u Ġudikaturi sedenti fil-qrati u tribunali hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Qed jiġi indikat ukoll id-data ta’ meta maġistrat ġie elevat għal imħallef fejn dan kien il-każ.