Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qorti tal-Appell – azzjoni fuq sentenza mogħtija – kmamar tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Appell nhar is-26 ta' Jannar 2018 fil-kawża fl-ismijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u li permezz tagħha ġie stabbilit li kmamar tan-nar m'għandhomx ikunu f'distanza anqas minn dik stabbilita mil-Ordinanza dwar l-Esplożivi (Kap. 33) tal-Liġijiet ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #5268 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta’ Malta – artikli finanzjarji u ekonomiċi miktuba minn impjegati tal-istess bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’dawn l-aħħar sentejn kemm kien l-ammont ta’ artikli u papers ta’ natura finanzjarja u ekonomika li nkitbu minn impjegati tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, f'liema rivisti ġew ippubblikati, min kienu l-impjegati li kitbuhom u x’kien il-ħlas li ngħata lil kull impjegat għal kull artiklu u paper li kitbu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

F’April 2014, il-Bank Ċentrali kien niedha skema ta’ inċentivi sabiex jinkoragixxi aktar riċerka u l-publikazzjoni ta’ din ir-riċerka f’rivisti lokali u internazzjonali. F’dawn l-aħħar sentejn, bejn April 2016 u Marzu 2018, inkitbu 19-il working paper u policy notes, u 14-il artiklu u occasional papers. Ir-rivisti li fihom ġew ippubblikati dawn l-artikli u papers huma: 11 - CBM working papers 8 - CBM policy notes 2 - ECB Occasional papers 2 - International Journal of Economics and Finance 1 - International Journal of Housing Markets and Analysis 1 - Applied Economics and Finance 1 - Intereconomics 1 - Journal of International and Comparative Social Policy 1 - Journal of Economic Integration 1 - Economics and Sociology 1 - Mediterranean Journal of Social Sciences 1 - Theoretical and Practical Research in Economic Fields 1 - Journal of Advanced Studies in Finance 1 - International Business Research 1 – Publikazzjoni tal-Bank Centrali Grieg 1 – Quarterly Review CBM L-impjegati li kitbu dawn il-papers u artikli, kif ukoll l-ammonti mħallsa, huma elenkati hawn taht: Isem Ammont Kif Kitbu il-papers/ artikli Juergen Attard 166.67 1 co-author Ian Borg 150.00 2 co-author Luca Brugnolini 500.00 1 author Karen Caruana 166.67 1 co-author Jude Darmanin 500.00 1 author Reuben Ellul 1,650.00 2 author, 2 co-author John Farrugia 100.00 1 co-author Daniel Gaskin 166.67 1 co-author William Gatt 950.00 3 author, 3 co-author Tiziana Gauci 300.00 2 co-author Aaron Grech 2,600.00 3 author, 3 co-author Owen Grech 400.00 3 co-author Brian Micallef 7,100.00 9 author, 4 co-author Bernadette Muscat 750.00 1 author Christian Pace 500.00 1 author Noel Rapa 3,500.00 5 author, 4 co-author Sandra Zerafa 650.00 1 author, 2 co-author
Leg 13 PQ #5269 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Binja Laparelli tal-Bank Ċentrali ta’ Malta – nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-binja Laparelli tal-Bank Ċentrali ta’ Malta? Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol waqa’ lura, kemm suppost inġabru flus f'penali mingħand il-kuntratturi responsabbli mix-xogħlijiet għal dawk ix-xogħlijiet li ma sarux, jew li ma sarux kif suppost jew li ma sarux fil-ħin? Jista' jgħid jekk kienx hemm penali li ġew maħfura u jekk iva x'kienet ir-raġuni għaliex dawn il-penali ġew maħfura?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Binja Laparelli swiet EUR13,446,952.56 li minnha fadal jitħallas l-ammont ta’ EUR3,522,915.79. Ix-xogħol li waqa’ lura kien fit-tieni fażi ta’ kostruzzjoni. Fuq dan id-dewmien kienu imposti penali li jammontaw għal €102,660.00. L-ebda penali ma ġew maħfura.
Leg 13 PQ #4825 Sitting 99 2018-04-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Miżura tal-kirjiet residenzjali u kummerċjali – dħul tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm kien id-dħul tal-Gvern mill-miżura li permezz tagħha persuni li għandhom dħul minn kirjiet residenzjali u kummerċjali, jibbenefikaw mir-rata ta' 15% taxxa sena b'sena, mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari 4824.

Applikazzjonijiet għall-kumpens għal ħsara mill-kriminalità

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il applikazzjoni għal kumpens ġiet ippreżentata skont dak li jipprovdu r-Regolamenti dwar Skema għal Kumpens għal Ħsara kkawżata mill-Kriminalità (Leġislazzjoni Sussidjarja 9.12)sena b'sena, mis-sena 2012 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid dwar liema reati kriminali kienu dawn it-talbiet, kemm minnhom ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati u x'inhu l-ammont ta' kumpens li tħallas?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u għalhekk ir-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Talbiet pendenti dwar kumpens għal ħsara mill-kriminalità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet pendenti taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar Kumpens għal Ħsara kkawżata mill-Kriminalità u li s-smigħ dwarhom kompla jsir taħt ir-Regolamenti dwar Skema għal Kumpens għal Ħsara kkawżata mill-Kriminalità (Leġislazzjoni Sussidjarja 9.12)? Jista' l-Ministru jgħid dwar liema reati kriminali kienu dawn it-talbiet, kemm minnhom ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati u x'inhu l-ammont ta' kumpens li ngħata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u għalhekk ir-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Persuni li ċedew kawża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ċediet il-kawża fl-ismijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sa nhar l-Erbgħa 28 ta' Frar 2018? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ċediet l-imsemmija kawża min-nhar il-Ħamis 1 ta' Marzu 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li sal-5 t’April 2018 kien hemm 558 persuna li ċedew il-kawża indikata mill-Onor. membru. Dawn iċ-ċessjonijiet kienu maqsuma hekk: Sat-28 ta’ Frar kien hemm 456 persuna. Mill-1 ta’ Marzu sal-5 t’April kien hemm 102 persuni.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – persuni li ċedew kawża

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa nhar l-Erbgħa 28 ta' Frar 2018 kemm-il persuna kienet infurmat lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li hija kienet ċediet il-kawża fl-ismijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa nofs Marzu, 2018, minn fost dawk li isimhom jidher fuq il-kawża imsemmija u li huma jew l-eredi tagħhom rċevew għotja ta’ flus taħt l-ewwel sejħa tal-iskema dwar għotja ta’ darba għal persuni li qabel ma daħlu uffiċjalment fis-servizz pubbliku wara s-16 ta’ Jannar, 1979, għamlu xi żmien iservu f’dipartmenti tal-Gvern qabel l-1979, kien hemm 489 persuna li infurmaw lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li ċedew il-kawża imsemmija.

Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta u Għawdex – talbiet biex issir referenza preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jgħid mid-data tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kemm-il talba ġiet ippreżentata lill-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta u Għawdex sabiex issir referenza preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-talbiet u liema minn dawn it-talbiet ġew milqugħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Mid-data tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kien hemm tliet Referenzi Preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dawn huma s-segwenti: 1. Referenza Preliminari magħmula mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fil-kawża AJD Tuna Ltd vs Direttur tal-Agrikoltura u s-Sajd et rigward il-validità u l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 530/2008 tat-12 ta’ Ġunju 2008 u l-validità tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002. Din ir-Referenza waslet quddiem il-Qorti Ewropea fis-17 ta’ Ġunju 2009 u ġiet deċiża mill-istess Qorti fis-17 ta’ Marzu 2011. 2. Referenza Preliminari magħmula mill-Qorti Kostituzzjonali fil-kawża Vodafone Malta Ltd et vs L-Avukat Ġenerali et rigward Artikolu 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Din ir-Referenza waslet quddiem il-Qorti Ewropea fl-10 ta’ Frar 2012 u ġiet deċiża mill-istess Qorti fis-27 ta’ Ġunju 2013. 3. Referenza Preliminari magħmula mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fil-kawża Malta Dental Technologists Association et vs Superintendent tas-Saħħa Pubblika et rigward id-Direttiva 2005/36/KE, rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, tekniki dentali, kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-professjoni fl-Istat Membru ospitanti, rekwiżit li tabib dentist ikun obbligatorjament intermedjarju, applikazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit fir-rigward tat-tekniki dentali kliniċi li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fl-Istat Membru ta’ oriġini u l-Artikolu 49 TFUE. Din ir-referenza waslet quddiem il-Qorti Ewropea fid-29 ta’ Frar 2016 u l-istes Qorti tat s-sentenza tagħha fil-21 ta’ Settembru, 2017. Fir-rigward il-Qorti Kriminali ta’ Malta u l-Qorti ta’ Għawdex ma kien hemm l-ebda referenza preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

Direttur Ġenerali tal-Qrati tal-Ġustizzja – talbiet biex jitneħħew sentenzi mogħtija mill-Qrati minn sit elettroniku

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-data preċiża ta' meta huwa ta struzzjonijiet lid-Direttur Ġenerali tal-Qrati tal-Ġustizzja li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, sabiex fid-diskrezzjoni tal-istess Direttur Ġenerali jiddeċiedi li jaċċetta talbiet minn persuni li jkunu jixtiequ li jitneħħew sentenzi mogħtija mill-Qrati ta' pajjiżna mis-sit fl-indirizz http://justiceservices.gov.mt?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fl-1 ta’ Novembru 2014 kienet saret talba biex sentenza ma tibqax tidher online. Kienet ittieħdet deċiżjoni biex is-sentenza ma titneħħiex minn fuq online. F’Jannar 2015 l-istess persuna bagħtet żewġ rikjesti oħra fejn insistiet li s-sentenza fil-konfront tagħha kellha titneħħa minn online għax kienet qed tiġi preġudikata biex issib impjieg, issa li kienet spiċċat bla xogħol. Din il-talba kienet ġiet diskussa mill-Amministrazzjonital-Qorti. Wara, f’Jannar stess il-materja b'mod generali ġiet diskuss waqt laqgħa fil-Ministeru. Irrid naghmilha cara li hawn si tratta ta' obbligu li jinkombi fuq data controller b'effett tal-ligi. Kien hemm qbil li talbiet simili kellhom jiġu evalwati u kkunsidrati mid-Direttur Ġenerali tal-Qrati bħala d-Data Controller, li taħtu taqa’ r-responsabilita` tas-sentenzi tal-Qorti li jkunu tqegħdu online.

Talbiet biex jitneħħew sentenzi mogħtija mill-Qrati minn sit elettroniku

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il talba saret minn persuni sabiex jitneħħew sentenzi mogħtija mill-Qrati ta' pajjiżna mis-sit fl-indirizz http://www.justiceservices.gov.mt? Jista' jagħti d-data ta' meta saret kull waħda minn dawn it-talbiet, jindika għal kull waħda mit-talbiet jekk ġietx aċċettata jew miċħuda, jindika d-data ta' meta t-talba ġiet aċċettata jew miċħuda u jagħti l-okkju u d-data tas-sentenza li dwarha saret it-talba?

Response (BONNICI, OWEN)

Sallum kien hemm 43 (tlieta u erbgħin) talba biex sentenzi ma jibqgħux jidhru online u mhux biex jitneħħew minn fuq is-sistema tal-Qorti. Meta jkun hemm talba biex sentenza ma tibqax tidher online, dan ma jfissirx li l-kaw¿a titneħħa mis-sistema tal-Qorti. In fatti fiċ-Ċivil, il-professjoni legali xorta jibqa’ jkollha aċċess għas-sentenzi minn fuq is-sistema tal-Lecam. Fir-rigward tal-kawżi kriminali matul din is-sena qed isir xogħol sabiex dawn ukoll ikunu aċċessibli għal professjoni legali minn fuq il-Lecam, irrispettivament jekk is-sentenza tkunx tidher online. Dan il-proċess ilu li nbeda mis-sajf li għadda u mistenni jkun lest aktar tard matul din is-sena. Saret talba waħda fit-2014. Kien hemm 21 (wieħed u għoxrin) talba fit-2017 u hemm 21 (wiehed u ghoxrin) talba fil-2018. Mill-43 (tlieta u erbgħin) talba li saret, 22 (tnejn u għoxrin) sentenza ma baqgħux jidhru online , kien hemm talba waħda fejn is-sentenza ma tneħħietx u t-talbiet rimanenti għadhom qed jiġu evalwati. Fid-dawl tad-deċizjoni li ttieħdet mid-‘ Data Controllor’ biex dawn is-sentenzi ma jibqgħux jidhru online għall-pubbliku in ġenerali, wara li ġew meħudha nkonsiderazzjoni l-kriterji stabbiliti fid-dawl tad- Data Protection Act , tad- Data Protection Directive (95/46/EC) tal-1995 u aktar riċenti tad- Data Protection Regulation ( EU 2016/679) li ser tidħol fis-seħħ, u partikolarment Art. 17 tal-istess, ma jkunx opportun li dawn is-sentenzi jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex jigu rispettati l-prinċipji tar-Regolamenti u Direttivi appena ċitati. Madanakollu, sabiex tkun assigurata l-ogħla livell ta’ trasparenza qed ikun suġġerit li Onor. Membru javviċina lid-‘ Data Controller’ tal-Qorti tal-Ġustizzja fejn b’mod kunfidenzjali ikun jista’ jara bil-liberta` kollha kopji tal-istess sentenzi u l-korrispondenza idoneja relattiva.

Sentenzi li tneħħew minn sit elettroniku

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenzi kollha li mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari tneħħew mis-sit fl-indirizz http://www.justiceservices.gov.mt?

Response (BONNICI, OWEN)

Mis-sena 2013 sallum kien hemm 22 (tnejn u għoxrin) sentenza li tneħħa ghalihom l-aċċess online lil pubbliku, b’dan illi jiġi ċċarat illi meta jkun hemm talba biex sentenza ma tibqax tidher online, dan ma jfissirx li l-kawza titneħħa mis-sistema tal-Qorti. Infatti, fiċ-Ċivil, il-professjoni legali xorta jibqa’ jkollha aċċess għas-sentenzi kollha minn fuq il-Lecam. Fir-rigward tal-kawżi kriminali, matul din is-sena qed isir xogħol sabiex dawn ukoll ikunu aċċessibli għal professjoni legali minn fuq il-Lecam, irrispettivament jekk sentenza tkunx tidher online jew le. Dan il-proċess ilu li nbeda mis-sajf li għadda u mistenni jkun lest aktar tard matul din is-sena. Minn dawn it-22 (tnejn u għoxrin sentenza) kien hemm 9 (disgħa) li kienu sentenzi f’kawżi quddiem il-Qorti Ċivili Prim Awla u 13 (tlettax) li kienu sentenzi tal-Qorti Kriminali. Fid-dawl tad-deċizjoni li ttieħdet mid-‘Data Controllor’ biex dawn is-sentenzi ma jibqgħux jidhru online għall-pubbliku in ġenerali, wara li ġew meħudha nkonsiderazzjoni l-kriterji stabbiliti fid-dawl tad-Data Protection Act, tad-Data Protection Directive (95/46/EC) tal-1995 u aktar riċenti tad-Data Protection Regulation (EU 2016/679) li ser tidħol fis-seħħ, u partikolarment Art. 17 tal-istess, ma jkunx opportun li dawn is-sentenzi jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex jiġu rispettati l-prinċipji tar-Regolamenti u Direttivi appena ċitati. Madanakollu, sabiex tkun assigurata l-ogħla livell ta’ trasparenza qed ikun suġġerit li Onor. Membru javviċina lid-‘Data Controller’ tal-Qorti tal-Ġustizzja fejn b’mod kunfidenzjali ikun jista’ jara bil-liberta` kollha kopji tal-istess sentenzi u l-korrispondenza idoneja relattiva.
Leg 13 PQ #4822 Sitting 98 2018-04-10 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija Identità Malta – reklami

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook mill-Aġenzija Identità Malta matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – servizzi legali mogħtija minn kumpanija

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4129, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim u/jew tal-ittra ta' ingaġġ (letter of engagement) li l-Gvern ta' Malta għandu mad-ditta Ingliżi li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament, kif ukoll kopja ta' kwalunkwe fattura u/jew talba għal ħlas maħruġa mill-istess ditta Ingliża u mibgħuta lill-Gvern ta' Malta u li dwarhom il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ħallas l-ammont ta' €26,000 għas-servizzi legali mogħtija lilu mill-imsemmija ditta Ingliża?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qieghed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 13 PQ #4824 Sitting 98 2018-04-10 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Kirjiet irreġistrati biex jibbenefikaw mir-rata ta’ 15% taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm kien in-numru ta' kirjiet li ġew irreġistrati biex jibbenefikaw mir-rata ta' 15% taxxa mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b'sena? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kirjiet kienu residenzjali u kemm kienu kummerċjali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Maritime Hub – arranġament għal ftuħ tal-Baċir Numru 7

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-arranġament mal-operatur tal-Malta Maritime Hub sabiex infetaħ il-Baċir Numru 7 fil-ħinijiet ta' filgħodu u ta' wara nofsinhar minħabba l-proġett tal-Marsa Junction? Jista' l-Ministru jgħid xi ħlasijiet diġà saru u/jew qed isiru mill-Gvern u/jew mill-Awtorità għat-Trasport f'Malta lill-operatur tal-Malta Maritime Hub b'rabta ma' dan l-arranġament?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara diskussjonijiet li saru bejn Transport Malta u l-Malta Maritime Hub,ġie maqbul li jinfetah id-Dock 7, bejn is-sitta u d-disgħa ta’ filgħodu u bejn it-tlieta ta’ wara nofs inhar u s-sebgħa ta’ filghaxija. Ma ġew effettwati ebda ħlasijiet la mill-Gvern u anqas minn Transport Malta.

Kuntratt ma’ kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bejn il-Gvern ta' Malta u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, flimkien mad-dokumenti u l-pjanti kollha li jinsabu mehmuża mal-istess kuntratt?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għas-seduta 340, maratona fuq is-suġġett li nżammet fil-Parlament nhar il-15 ta’ Diċembru 2015 f’Leġislatura XII

Pulizija – ammont depożitat fil-Fondi Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont li jinsab depożitat fil-Fond Ġenerali tal-Pulizija ta’ Malta mwaqqaf skont ir-regolament 12 tar-Regolamenti dwar il-Pulizija ta’ Malta (Leġislazzjoni Sussidjarja 164.01) fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-ammont li jinsab depożitat fil-Fond Ġenerali tal-Pulizija mwaqqaf skont ir-regolament 12 tar-Regolamenti dwar il-Pulizija ta’ Malta, kien jammonta għal €90,603.89 fit-23 ta’ Marzu 2018.

Pulizija – ammont depożitat fil-Fondi Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li kien jinsab depożitat fil-Fond Ġenerali tal-Pulizija ta’ Malta mwaqqaf skont ir-regolament 12 tar-Regolamenti dwar il-Pulizija ta’ Malta (Leġislazzjoni Sussidjarja 164.01) nhar il-31 ta' Diċembru ta' kull sena mis-sena 2008 sas-sena 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-ammonti depożitati fil-Fond Ġenerali tal-Pulizija ta’ Malta mwaqqaf skont ir-regolament 12 tar-Regolamenti dwar il-Pulizija ta’ Malta (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 164.01) fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena mis-sena 2008 sas-sena 2017, kienu kif jidhru hawn taħt: 2008 - €38,237.20 2009 - €34,112.89 2010 - €36,282.06 2011 - €20,984.86 2012 - €15,657.43 2013 - €26,037.57 2014 - €18,891.22 2015 - €77,471.61 2016 - €72,509.71 2017 - €93,104.43

Korp tal-Pulizija — fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-fondi l-oħra tal-Korp tal-Pulizija li jinġabru b'sottoskrizzjoni b'mod volontarju skont dak li jipprovdi s-subregolament (3) tar-regolament 12 tar-Regolamenti dwar il-Pulizija ta’ Malta (Leġislazzjoni Sussidjarja 164.01)? Jista' l-Ministru jgħid x'ammont jinsab iddepożitat f'kull wieħed minn dawn il-fondi fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-Fond Ġenerali tal-Pulizija huwa l-uniku fond li jeżisti u li l-kontribuzzjoni tiegħu hi mandatorja. Ma jeżistux fondi oħra fejn tintalab xi tip ta’ sottoskrizzjoni b'mod volontarju mill-membri tal-Korp, skont kif provdut fis-subregolament (3) tar-regolament 12 tar-Regolamenti dwar il-Pulizija ta’ Malta (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 164.01).