Jista' l-Ministru jagħti d-data definittiva meta ser jiġu nstallati u jibdew jitħaddmu l-lifts li suppost diġà jinsabu nstallati fil-pedestrian footbridge li tinsab fil-bypass tal-Imrieħel ġaladarba jirriżulta li dawn l-istess lifts ma ġewx installati sal-aħħar ta' Frar 2018 kif kien stqarr il-Ministru fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 2966 ta' nhar il-31 ta' Jannar 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-apparat imsemmi, ġie manifatturat barra l-pajjiż u nġieb Malta diġa. Ninsab infurmat li l-kuntrattur responsabbli minn dan il-proġett għandu jinstalla l-apparat sabiex dawn il-lifts jibdew joperaw mill-aktar fis.
Nirrimarka wkoll li Transport Malta ilha tinsisti ma’ l-kuntrattur biex dan ix-xogħol jitwettaq fil-ħin, tant li l-Awtorita’ ħadet ukoll il-passi kollha legali biex tobbliga lill-kuntrattur jaqdi l-obbligi tiegħu skont dak stipulat fil-kuntratt. Transport Malta tinsab diżappuntata f’isem in-nies kollha tal-mod kif il-kuntrattur ma qediex dmiru fiż-żmien stipulat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art jew xi parti mill-art f'Tas-Sliema, li tinsab indikata bl-aħmar fil-pjanta li qed tingħata separatament, qattx kienet proprjetà tal-Gvern u jekk iva, kif ingħatat lil terzi? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-att pubbliku u/jew ta' kwalunkwe dokument ieħor li permezz tiegħu l-imsemmija art jew xi parti minnha ingħatat lil terzi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art li tinsab indikata bl-aħmar fil-pjanta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kienet propjetà tal-Gvern. Il-propjetà ġiet mibjugħa lil terzi permezz ta’ diversi atti pubbliċi fis-snin 1991, 1996 u 2000 rispettivament.
Ngħarraf lill-Interpellant li l-Atti relattivi huma:
Att nru. 228, fl’atti tan-Nutar Vincent Miceli, datat 12 ta’ Ġunju 1991
Att nru. 22, fl’atti tan-Nutar Vincent Miceli, datat 25 ta’ Jannar 1996
Att nru. 22, fl’atti tan-Nutar Vincent Miceli, datat 15 ta’ Frar 2000
Kopja tal-Atti u dokumenti oħra qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'laqgħat kellu mal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data u l-post għal kull waħda mil-laqgħat? Jista' jgħid x'kien is-suġġett ta' kull waħda minn dawn il-laqgħat u min kienu l-persuni l-oħra preżenti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-persuna indikata ġiet ospitata darbtejn matul dan il-perjodu f’ laqgħat li l-Prim Ministru jagħmel regolarment għal investituri fil-pajjiż. Mhux possibbli li jinżamm rekord tal-persuni kollha li l-Prim Ministru jiltaqa magħhom u dettalji ta’ kull laqgħa.
Jista’ l-Ministru jgħid x'laqgħat kellu mal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jagħti d-data u l-post għal kull waħda mil-laqgħat? Jista' jgħid x'kien is-suġġett ta' kull waħda minn dawn il-laqgħat u min kienu l-persuni l-oħra preżenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jien qatt ma ltqajt mal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid x'laqgħat kellu mal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jagħti d-data u l-post għal kull waħda mil-laqgħat? Jista' jgħid x'kien is-suġġett ta' kull waħda minn dawn il-laqgħat u min kienu l-persuni l-oħra preżenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma jsir minn diversi kumpaniji li joperaw f’Malta, fejn isiru corporate presentations, iva ltqajt mal-individwu kkonċernat. Mhux possibbli li jinżamm rekord tal-persuni kollha li Ministru jiltaqa’ magħhom u d-dettalji ta’ kull laqgħa.
Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali – uffiċjal Kap Eżekuttiv
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impjieg tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Id-dettalji tal-pakkett ta’ remunerazzjoni qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv intagħżel wara li l-Bord tal-Gvernaturi kien ħareg sejħa pubblika.
Bord ta’ Gvernaturi tal-Fond ta’ Żvilupp Nazzjonali u Soċjali — laqgħat
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa tal-Bord ta’ Gvernaturi tal-Fond ta’ Żvilupp Nazzjonali u Soċjali saret sena b'sena mis-sena 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord tal-Gvernaturi li kienu preżenti għal kull waħda mil-laqgħat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fond ta’ Żvilupp Nazzjonali u Soċjali – proġetti u inizjattivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema proġetti u inizjattivi oħra kien u/jew huwa involut il-Fond ta’ Żvilupp Nazzjonali u Soċjali mis-sena 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-involviment tal-Fond ta’ Żvilupp Nazzjonali u Soċjali f'kull wieħed mill-proġetti u inizjattivi oħra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Bord ta’ Gvernaturi tal-Fond ta’ Żvilupp Nazzjonali u Soċjali – proġetti u inizjattivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'talbiet għall-finanzjament ta' proġetti u inizjattivi rċieva l-Bord ta’ Gvernaturi tal-Fond ta’ Żvilupp Nazzjonali u Soċjali mis-sena 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jgħid minn min saru dawn it-talbiet, dwar liema proġetti u inizjattivi kienu, kemm kien l-ammont ta' finanzjament mitlub, x'kienet id-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi dwar kull waħda mit-talbiet u fil-każ ta' dawk il-proġetti u inizjattivi li ġew aċċettati mill-Bord tal-Gvernaturi x'kien l-ammont ta' finanzjament li ngħata mill-Bord ta’ Gvernaturi tal-Fond ta’ Żvilupp Nazzjonali u Soċjali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li minn żmien għal żmien ikun hemm diskussjonijiet varji iżda f’dan l-istadju m’hemmx applikazzjonijiet formali.
Jista' l-Ministru jagħti d-data definittiva meta ser jiġu nstallati u jibdew jitħaddmu l-lifts li suppost diġà jinsabu nstallati fil-pedestrian footbridge li tinsab fil-bypass tal-Imrieħel ġaladarba jirriżulta li dawn l-istess lifts ma ġewx installati sal-aħħar ta' Frar 2018 kif kien stqarr il-Ministru fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 2966 ta' nhar il-31 ta' Jannar 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim u/jew tal-ittra ta' ingaġġ (letter of engagement) li l-Gvern ta' Malta għandu mad-ditta Ingliżi li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament, kif ukoll kopja ta' kwalunkwe fattura u/jew talba għal ħlas maħruġa mill-istess ditta Ingliża u mibgħuta lill-Gvern ta' Malta għas-servizzi legali mogħtija lilu mill-istess imsemmija ditta Ingliża b'rabta mal-emendi proposti mill-Oppożizzjoni għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili dwar enforzar f'Malta ta' sentenzi ta' Qrati barra minn Malta fuq malafama?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li qieghed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-fattura mitluba.
Sadanittant għall-bqija tad-dettalji mitluba, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 4823.
Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali — impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellha jew għandha impjegati magħha l-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali sena b'sena mit-twaqqif tagħha fis-sena 2015? Jista' jagħti l-kariga ta' kull impjegat u d-dati ta' bidu tal-impjieg ta’ kull impjegat mal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-taghrif mitlub huwa fil-lista annessa:
Bidu tal- Impjieg Kariga Numru ta’ Impjegati
1 ta’ Marzu 2017 Kap E¿ekuttiv 1 20 ta’ Marzu 2018 Kap (Finanzi) 1 26 ta’ Marzu 2018 Kap (Operat) 1 9 ta’ April 2018 Manager (Corporate Services) 1
Total 4
Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali – direct orders
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali, inkluż id-data, il-valur u l-isem tal-persuna u tal-kumpaniji li lilha ngħatat, mis-sena 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat li l-ebda direct order ma ngħata mill-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali mis-sena 2015 sad-data li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari .
Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali – persons of trust
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il person of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali mis-sena 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti l-kariga ta' kull person of trust u d-data ta' meta bdiet taħdem mal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li l-Aġenzija ma mpjegat l-ebda person of trust magħha mis-sena 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari. Kull impjegat inkluz l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv intagħżlu u gew ingaġġati mal-Aġenzija wara sejħa pubblika.
Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali – position of trust
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il position of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali mis-sena 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti deskrizzjoni ta' kull position of trust u d-data ta' meta l-persuni li jokkupawhom, bdew jaħdmu mal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li l-Aġenzija ma mpjegat l-ebda person of trust magħha. Kull impjegat, inkluż l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv, intagħżlu u ġew ingaġġati mal-Aġenzija wara sejħa pubblika.
Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali – Ftehim dwar l-Operat tal-Aġenzija
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Ftehim dwar l-Operat tal-Aġenzija li abbażi tiegħu jitwettaq l-operat tal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali skont dak li jipprovdi l-artikolu 8 tal-Ordni dwar it-Twaqqif tal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali (Leġislazzjoni Sussidjarja 497.12) u l-artikolu 40 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali – struttura organizzattiva
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tabella organizzattiva li turi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Avukat Ġenerali – tim ta’ investigazzjoni konġunta
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2004 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il tim ta' investigazzjoni konġunta stabbilixxa l-Avukat Ġenerali biex iwettaq investigazzjoni f'reati kriminali f'Malta u f'xi Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea skont dak li jipprovdi r-regolament 3 tar-Regolamenti dwar Timijiet ta' Investigazzjoni Konġunta (Stati Membri tal-UE) (Leġislazzjoni Sussidjarja 9.18)? Jista' jgħid għal liema għan speċifiku twaqqfu l-imsemmija timijiet u jindika l-perjodu li għalih twaqqfu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Qorti tal-Appell – azzjoni fuq sentenza mogħtija – kmamar tan-nar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Appell nhar is-26 ta' Jannar 2018 fil-kawża fl-ismijiet li dwarhom qed jingħataw separatament u li permezz tagħha ġie stabbilit li kmamar tan-nar m'għandhomx ikunu f'distanza anqas minn dik stabbilita mill-Ordinanza dwar l-Esplożivi (Kap. 33) tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant diġà kien hemm diskussjoni fil-Parlament.
Qorti tal-Appell – azzjoni fuq sentenza mogħtija – kmamar tan-nar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Appell nhar is-26 ta' Jannar 2018 fil-kawża fl-ismijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u li permezz tagħha ġie stabbilit li kmamar tan-nar m'għandhomx ikunu f'distanza anqas minn dik stabbilita mill-Ordinanza dwar l-Esplożivi (Kap. 33) tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex ġentilment jieħu konjizzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Att IX tal-2018 li jemendaw l-Ordinanza dwar l-Esplozivi li ġie ppublikat fit-3 ta’ April, 2018.