Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u Negozji Żgħar — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol hemm persuna waħda li għandha r-rwol ta' Commissioner for Oaths. Din il-persuna taħdem fl-Arkivji Nazzjonali.
Leg 13 PQ #5849 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji – appelli pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji u jgħid għal kull wieħed minnhom, f'liema stadju wasal is-smigħ tal-appell?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #5850 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta’ Malta – ħaddiema li għandhom ħatriet f’bordijiet tal-Gvern u entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Bank Ċentrali ta' Malta li għandhom ħatriet f'bordijiet tal-Gvern u entitajiet pubbliċi oħra? Jista' l-Ministru jgħid min huma dawn il-ħaddiema, x'kariga jew pożizzjoni għandhom fil-Bank Ċentrali ta' Malta, x'rimunerazzjoni għandhom u jekk humiex eżenti mill-impjieg tagħhom mal-Bank Ċentrali ta' Malta għad-dmirijiet tagħhom f'bordijiet tal-Gvern u entitajiet pubbliċi oħra? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji biex intgħażlu dawn il-persuni għal dawn il-pożizzjonijiet u xi rwol għandu l-Bank Ċentrali ta' Malta fl-għażla tagħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-impjegati tal-Bank Ċentrali ta’ Malta li għandhom ħatriet fuq Bordijiet tal-Gvern u entitajiet publiċi. L-impjegati huma eżentati mill-impjieg tagħhom mal-Bank Ċentrali sabiex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom fuq il-Bordijiet tal-Gvern u entitajiet publiċi sabiex jattendu l-laqgħat tagħhom. Normalment l-impjegati jpattu għall-ħin mogħti għal xogħol ta’ dawn l-entitajiet. Il-kriterji biex intgħażlu dawn il-persuni huwa determinat mill-kapaċitajiet tal-persuni u l-Bank Ċentrali huwa kkonsultat qabel ma dawn il-persuni jintgħażlu. Ir-remunerazzjoni hija mogħtija fuq il-merti tal-pozizzjoni u l-Bank Ċentrali ma għandux informazzjoni dwarha għall-persuni kollha msemmija fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda.
Leg 13 PQ #5851 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta’ Malta — Safar li sar mill-Gvernatur u ż-żewġ Deputati Gvernaturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar safar li sar mill-Gvernatur u ż-żewġ Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid għal kull waħda mis-safriet, x'kienet il-ħtieġa tas-safra, kemm swiet f'akkomodazzjoni, biljetti tal-ajru, assikurazzjoni, kemm ingħataw allowances, xi spejjeż oħra saru u minn min kienu akkumpanjati?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra. Dwar l-assikurazzjoni, l-Bank Ċentrali iħallas premium wieħed li jkopri s-safar kollu fuq xogħol uffiċjali li jsir mill-impjegati kollha tal-Bank. Għalhekk wieħed ma jistax jidentifika l-assikurazzjoni għal kull safra.
Leg 13 PQ #5852 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta’ Malta — Gvernatur u ż-żewġ Deputati Gvernaturi – laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvernatur u xi wieħed miż-żewġ Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta qattx kellhom talbiet għal-laqgħa/t ma' uffiċjali, avukati, accountants, awdituri, konsulenti, ħaddiema, diretturi jew azzjonisti tal-bank li dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid meta u fejn saret din il-laqgħa/t, min f'isem il-Bank Ċentrali ta' Malta kien preżenti għal din il-laqgħa/t, min talab li ssir il-laqgħa u x'kien l-iskop tal-laqgħa? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talbiet għal laqgħat li ma ġewx milqugħa u jekk iva x'kienet ir-raġuni għat-talba għal laqgħa, min talab li ssir il-laqgħa u x'kienet ir-raġuni għaliex il-laqgħa ma saritx?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma qatt ma saret ebda talba għal laqgħa mal-Gvernatur jew ma' kwalunkwe Deputat Gvernatur minn uffiċjali, avukati, accountants, awdituri, konsulenti, impjegati, diretturi jew azzjonisti tal-bank imsemmi fil-mistoqsija.
Leg 13 PQ #5853 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta’ Malta — Gvernatur u ż-żewġ Deputati Gvernaturi – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvernatur u xi wieħed miż-żewġ Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta qattx kellhom talbiet għal laqgħat mal-individwu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid meta u fejn saru dawn il-laqgħa/t, min f'isem il-Bank Ċentrali ta' Malta kien preżenti għal dawn il-laqgħa/t, min talab li jsiru l-laqgħa/t u x'kien l-iskop tal-laqgħa/t? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talbiet għal laqgħat li ma ġewx milqugħa u jekk iva x'kienet ir-raġuni għat-talba għal laqgħat, min talab li jsiru l-laqgħa/t u x'kienet ir-raġuni għaliex il-laqgħa/t ma saritx/ma sarux?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret ebda talba għal laqgħa mal-Gvernatur jew ma' kwalunkwe Deputat Gvernatur mill-persuna msemmija fil-mistoqsija.
Leg 13 PQ #5854 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta’ Malta — Gvernatur u ż-żewġ Deputati Gvernaturi – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvernatur u xi wieħed miż-żewġ Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta qattx kellhom talbiet għal laqgħat mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid meta u fejn saret dawn il-laqgħat, min f'isem il-Bank Ċentrali ta' Malta kien preżenti għal dawn il-laqgħat, min talab li jsiru dawn il-laqgħat u x'kien l-iskop tal-laqgħat? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talbiet għal laqgħat li ma ġewx milqugħa u jekk iva x'kienet ir-raġuni għat-talba għal dawn il-laqgħat, min talab li jsiru l-laqgħat u x'kienet ir-raġuni għaliex il-laqgħat ma sarux?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-15 ta Mejju 2018, l-individwu kkonċernat talab laqgħa mal-Gvernatur. Il-laqgħa kienet mitluba f’isem wieħed mill-imsieħba f’ joint venture ikkuntrattat mill-Bank Ċentrali ta’ Malta fl-4 ta’ Settembru 2013 biex iwettqu xogħlijiet f’Binja Laparelli. Laqgħa f’dan ir-rigward baqgħet ma ġietx stabbilita.
Leg 13 PQ #5843 Sitting 117 2018-05-24 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Global Citizenship Seminars

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux ser jattendi u/jew jipparteċipa fil-Global Citizenship Seminars li ser isiru f'Cape Town u f'Johannesburg fl-Afrika t'Isfel nhar it-30 u l-31 ta' Mejju 2018? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġiex mitlub jew ġiex mistieden biex jattendi għal dawn is-seminars u jekk iva jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument li permezz tiegħu ġie mitlub jew mistieden biex jattendi għal dawn is-seminars?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Le
Leg 13 PQ #5844 Sitting 117 2018-05-24 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Global Citizenship Seminars

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwa hux wieħed mill-kelliema speċjali waqt il-Global Citizenship Seminars li ser isiru f'Cape Town u f'Johannesburg fl-Afrika t'Isfel nhar it-30 u l-31 ta' Mejju 2018? Jista' l-Prim Ministru jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga tal-kelliema f'isem il-Gvern Malti li ser jattendu u jipparteċipaw fl-imsemmija seminars?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu hija fin-negattiv. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu ninsab informat illi f'isem il-Gvern Malti se jattendu rapprezentanti mill-Malta Residency and Visa Agency u mill-Malta Individual Investor Programme Agency.
Leg 13 PQ #5845 Sitting 117 2018-05-24 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħa f’Londra ma’ individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data ta’ meta u l-bini fejn saret il-laqgħa f'Londra, l-Ingilterra, bejnu u bejn l-individwu li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, liema laqgħa ġiet organizzata mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-attivita li qed jagħmel riferenza għaliha fil-mistoqsija tiegħu kienet attivita pubblika li saret f'Londra fil-31 ta' Ottubru 2013 u li matulha saret it-tnedija tal-Malta Individual Investor Program.
Leg 13 PQ #5846 Sitting 117 2018-05-24 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan – proġett tal-ITS — masterplan

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-masterplan ta' Paceville u li huwa stess irrefera għalih f'kummenti li huwa ta lill-ġurnalisti nhar it-Tlieta 15 ta' Mejju 2018 b'rabta mal-proġett fuq l-art tal-ITS f'San Ġiljan?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

San Ġiljan – proġett tal-ITS — masterplan

Question

Jista ' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-masterplan ta' Paceville u li l-Prim Ministru rrefera għalih f'kummenti li ta lill-ġurnalisti nhar it-Tlieta 15 ta' Mejju 2018 b'rabta mal-proġett fuq l-art tal-ITS f'San Ġiljan?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għal dak li l-Awtorita’ ta’ l-Ippjannar ippublikat fl-2016 għal konsultazzjoni pubblika.

Tqassim ta’ kuruni mbierka mill-Papa Franġisku lill-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu kuruni mbierka mill-Papa Franġisku mis-Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva lill-anzjani Maltin u Għawdxin matul is-sena 2018? Jista' jgħid f'liema djar tal-anzjani tqassmu dawn il-kuruni u x'kienet l-ispiża biex inxtraw dawn il-kuruni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Welfare Committee, flimkien mas-Segretarjat għal Anzjani u Persuni b’Diżabilita`, qassam 2067 kuruna mbierka mill-Papa Frangisku lill-anzjani u għad baqa’ 1033 kuruna x’jitqassmu. Il-kuruni tqassmu fid-djar tal-anzjani kif ġej ; - Residenza San Vinċenz - Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa - Dar tal-Anzjani tal-Furjana - Dar tal-Anzjani tal-Mosta - Dar tal-Anzjani tal-Imsida - Dar tal-Anzjani ta’ Bormla - Dar tal-Anzjani taż-Żejtun - Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa - Zammit Clapp Nursing Home L-ispiża totali biex inxtraw dawn il-kuruni hija ta’ €31,980.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Data Protection Officers

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?

Response (BORG, IAN)

In-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali huwa ta’ 7. Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Leg 13 PQ #5603 Sitting 115 2018-05-22 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Data Protection Officers

Question

Tista' l-Ministru tagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

In-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru għal Għawdex huwa ta’ 7. Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali– Data Protection Officers

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ uffiċjali fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, inkluż dawk l-uffiċjali f’kull entità, dipartiment u awtorità, li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer huwa ta’ 22. Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju 2018 u għaldaqstant il-ministeru, d-dipartimenti u l-entitajiet kollha qed jaġġornaw il-listi skont il-provedimenti tar-Regolament.
Leg 13 PQ #5596 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – Data Protection Officers

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi nkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru għall-Finanzi flimkien mal-entitajiet, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu huwa ta’ 12. Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Leg 13 PQ #5597 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – Data Protection Officers

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu nkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru huwa ta’ 11. Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – Data Protection Officers

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

In-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali huwa ta’ 11. Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju 2018 u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.