Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tqassim ta’ kuruni mbierka mill-Papa Franġisku lill-anzjani – sejħa għal offerti

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5848, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa għall-offerti għall-akkwist ta' 3,100 kuruna mbierka mill-Papa Franġisku? Jista' jgħid kemm offerti ġew preżentati u minn min? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għall-offerti u tar-rapport dwar l-aġġudikazzjoni tal-istess sejħa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, minħabba l-karatteristikà u l-partikolarità tal-prodott, ma ħarġet l-ebda sejħa għall-offerti.

Port il-Kbir – dħul ta’ bastimenti Amerikani u Russi

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm daħlu bastimenti Amerikani u bastimenti Russi fil-Port il-Kbir?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn 2013 u d-29 ta’ Mejju 2018 f’ Malta daħlu bastimenti Navali Amerikani u Russi fil-Port il-Kbir kif indikat f din it tabella hawn taħt: Sena Stati Uniti 2018 2 2017 2 2016 4 2015 0 2014 1 2013 3 Sena Russja Jan sa 29 ta Mejju 2018 0 2017 1 2016 8 2015 4 2014 5 2013 17

Xogħlijiet ta’ twaqqigħ/skavar f’siti f’żoni turistiċi – eżenzjoni mir-Regolament tal-2007 dwar l-Immaniġġar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intalbu eżenzjonijiet mir-Regolamenti tal-2007 dwar l-Immaniġġar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni (Avviż Legali 295 tal-2007) sabiex ikunu jistgħu jitkomplew xogħlijiet ta' twaqqigħ u/jew skavar f'siti li jinsabu f'żoni turistiċi fil-perjodu bejn il-15 ta' Ġunju 2018 u t-30 ta' Settembru 2018? Jista' jgħid kemm ingħataw eżenzjonijiet, kemm-il talba ġiet miċħuda u kemm għadhom jinsabu pendenti? Jista' jagħti lista tas-siti u tal-lokalitajiet li għalihom intalbu l-imsemmija eżenzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ntalbu żewg ezenzjonijiet li għadhom qegħdin jiġu evalwati, waħda fi Triq ix-Xatt f’tas-Sliema u l-oħra fi Triq San Ġorg f’San Ġiljan.

Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini — ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2011 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm irċieva ilmenti l-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini (Building Regulation Office)? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti u x'azzjoni ttieħdet dwarhom mill-Uffiċċju dwar ir-Regolamenti tal-Bini?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilmenti kienu jvarjaw minn titjir ta’ trab, nuqqas ta’ protezzjoni ta’ netting, ħsejjes eċċessivi u xogħol barra l-ħin permess. Kull ilment ġie trattat separatament u l-azzjoni li ttieħdet kienet skond il-mertu tiegħu. Infurmat li għas-snin 2011 – 2012 dan it-tagħrif ma kienx inżamm. Fl-2013 kien ikun hemm medja ta’ tlett rapporti kuljum. Fl-2014 dawn telgħu għall-medja ta’ ħamsa kuljum, fl-2015 dawn żdiedu għall-medja ta’ sebgħa kuljum, fl-2016 dawn telgħu għall-medja ta’ tmienja kuljum, fl-2017 telgħu għall-medja ta’ disgħa kuljum u baqgħu fl-istess livell fl-2018.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ persuni fi ħdan il-Ministeru tiegħi li għandhom ir-rwol ta' Commissioner for Oaths.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-uffiċjali li jinħatru Kummissjunarji bis-setgħa li jagħtu l-Ġuramenti, huma fdati biex jirrappreżentaw lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ f'Missjonijiet barra minn Malta. F'din il-funzjoni hemm servizzi wiesgħa li l-uffiċjali jeħtieġu biex jamministraw il-ġurament. Il-lista ta’ hawn taħt hija lista mhux eżawrjenti ta' servizzi provduti li jeħtieġu Dikjarazzjoni b’Ġurament: Akkwist ta 'Ċittadinanza Maltija, Ċittadinanza Doppja, Dritt għal passaport Malti / UE, Ċertifikazzjoni ta' Dokumenti; Applikazzjoni tar-Reġistru Pubbliku biex ji¿¿ewġu f'Malta; Reġistrazzjoni ta' Twelid /¯wiġijiet/Mwiet/Dokumenti ta' divorzju mar-Reġistru Pubbliku ta' Malta; Dikjarazzjoni dwar Ġurament; Dokument ta' Vjaġġar ta' Emerġenza; Applikazzjoni IIP; Awtentikazzjoni ta 'dokument ta' natura edukattiva; jew ta 'natura kummerċjali eċċ.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet u dipartiment li jaqgħu taħt dan il-Ministeru hemm 19-il Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta). Dawn il-Kummissjunarji jinsabu fi Transport Malta, l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tal-Ippjanar. Il-kompetenza tal-individwi f’dan ir-rigward hi ta’ Nutara Pubbliċi, Prokuraturi Legali, Uffiċjal Eżekuttiv, Manager, Senior Clerk, Chief Audit Officer, Case Officer, Administration Officers, Senior Manager u Debt-recovery Para-Legal.
Leg 13 PQ #5878 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħha u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinstab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan id-dekasteru hemm 3 Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta). Dawn għandhom is-setgħa li jagħtu ġuramenti għal fini ta’ bordijiet ta’ dixxiplina, fuq rapporti annwali sottomessi mill-kustodji appuntati mill-bord u lil persuni li jkunu tilfu l-Blue Badge.

Persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni jekk il-persuna hijiex uffiċjal pubbliku, persuna li għandha x’taqsam mas-servizz barrani tal-Gvern f’xi pajjiż barra minn Malta, avukat, prokuratur legali jew persuna privata? Jista' l-Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni, id-data tal-ħatra tagħha bħala Kummissjunarju b’setgħa li jagħti Ġurament u jekk il-ħatra saritx bħala waħda personali jew bl-isem tal-kariga jew tal-funzjonijiet moqdija minnha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma hemm żewġ persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta).

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħha u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg hemm żewġ uffiċċjali fil-kariga ta’ Assistenti Diretturi li fil-kompetenza tax-xogħol tagħhom għandhom is-setgħa li jagħtu l-Ġuramenti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ investigazzjonijiet dwar ksur ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol.
Leg 13 PQ #5871 Sitting 121 2018-05-30 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5872 Sitting 121 2018-05-30 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ persuni ġewwa l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu li huma Kummissarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta).

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

San Ġiljan – Proġett fuq l-art tal-ITS

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti dwar il-mina li qed tiġi proposta li tinbena b'rabta mal-proġett fuq l-art tal-ITS f'San Ġiljan? Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ser jiġi jiswa' l-bini ta' din il-mina u jikkonferma li l-bini ta' din il-mina huwa proġett tal-Gvern u li l-ħlas għaliha ser isir mill-Gvern?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proposta qed jagħmel id-Developer. Din għadha qed tiġi evalwata mill-Awtoritajiet kkonċernati.
Leg 13 PQ #5864 Sitting 120 2018-05-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Ġiljan – Proġett fuq l-art tal-ITS

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti dwar il-mina li qed tiġi proposta li tinbena b'rabta mal-proġett fuq l-art tal-ITS f'San Ġiljan? Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ser jiġi jiswa' l-bini ta' din il-mina u jikkonferma li l-bini ta' din il-mina huwa proġett tal-Gvern u li l-ħlas għaliha ser isir mill-Gvern?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5863.
Leg 13 PQ #5865 Sitting 120 2018-05-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru nkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li hemm 23 persuna fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament. Tlieta jinsabu fil-Malta Individual Investor Programme Agency, 17 fl-ID Malta u tlieta fl-MCA. Il-karigi huma CEO, Chief Legal Officer, Senior Legal Adviser, Senior Legal Officer, Professional Officer, Senior Manager, Manager, Officer, Senior Administrative Officer, Chief Officer, Administrative Officer, Senior Clerk, Clerk u Clerical Officer. Ir-raġunijiet li dawn il-persuni jagħtu l-ġurament huma b’rabta mal-Programm ta’Ċittadinanza b’Investiment, b’relazzjoni mal-Artiklu 4 tal- Kapitlu 79 tal-Ligijiet ta’Malta u b’rabta ma’ apparat ta' radjukomunikazzjoni fl-ambitu tal-awtorizazzjoni għall-użu, f' każijiet meta dan, għal xi raġuni mogħtija mill-klijent, ma jibqax jintuża.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.