Ordinanza dwar il-Kummissjunarji – setgħa li jagħtu ġurament
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni fil-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-uffiċjali fil-Ministeru responsabbli biex jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji huma għaxra (10). L-entitajiet/dipartimenti li dawn l-uffiċjali huma assenjati fihom huma d-Dipartiment tal-Ġustizzja, l-Aġenzija tal-Għajnuna, Qrati u Tribunali Kriminali, Dipartiment Qrati tal-Ġustizzja u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
Ordinanza dwar il-Kummissjunarji – setgħa li jagħtu ġurament
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali nkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-uffiċjali fil-Ministeru responsabbli biex jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji jammontaw għal 191. L-entitajiet/dipartimenti li dawn l-uffiċjali huma assenjati fihom huma Il-Pulizija, Il-Forzi Armati u REFCOM.
Ordinanza dwar il-Kummissjunarji – setgħa li jagħtu ġurament
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ma hemm l-ebda persuni fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar li huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament, skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta).
Ordinanza dwar il-Kummissjunarji – setgħa li jagħtu ġurament
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru għas-Saħħa nkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni fil-Ministeru għas-Saħħa u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali fil-Ministeru għas-Saħħa responsabbli biex jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji jammontaw għal 38. L-entitajiet/dipartimenti li dawn l-uffiċjali huma assenjati fihom huma fid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, fl-isptar Mater Dei, fl-ispiżerija tal-Għażla tiegħek, fl-isptar Sir Anthony Mamo, fid-Dipartiment tal-Kura Primarja, fis-Servizzi tas-Saħħa Mentali u fl-isptar Ġenerali t’Għawdex.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji u jgħid għal kull wieħed minnhom f'liema stadju wasal is-smigħ tal-appell?
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġu riveduti l-pjani lokali mill-Awtorità għall-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq ir-reviżjoni komprensiva tal-Pjanijiet Lokali kollha għal Malta u Għawdex kompla għaddej u issa qed ikun hemm focus fuq numru ta’ issues li huma ta’ natura aktar strateġika u li jinħtieġ ġbir ta’ aktar informazzjoni u evalwazzjoni ta’ options differenti.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku lill-Awtorità għall-Ippjanar bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika dwar il-pjani lokali mill-istess Awtorità?
Response (BORG, IAN)
L-Awtorità tal-Ippjanar wettqet numru kbir ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-pjani lokali u għalhekk huwa meħtieġ li l-Onor. Interpellant jindika għal liema konsultazzjoni u dwar liema pjan lokali qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-każijiet ta' dixxiplina fil-konfront tal-membru tal-Korp tal-Pulizija li ismu u kunjomu qegħdin jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi kif diġà ngħad fi tweġibiet oħra, il-każ kontra l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, għadhom pendenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li jinsabu sospiżi minħabba każijiet ta' dixxiplina fil-konfront tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid għal kull wieħed minnhom x'salarju qegħdin jirċievu sakemm jinsabu sospiżi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li sal-5 ta’ Ġunju 2018 kien hemm tlettax (13)-il membru fil-Korp tal-Pulizija li jinsabu sospiżi minħabba każijiet ta’ dixxiplina kontrihom. Dawn kollha qegħdin jirċievu nofs pagaskont il-proċeduri u li ilhom jeżistu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża biex inxtrat statwa tal-Madonna li dwarha s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva reċentement stqarr pubblikament li qiegħda ddur id-djar tal-anzjani biex tkun esposta fihom? Jista' jgħid f'liema djar tal-anzjani ttieħdet din l-istatwa tal-Madonna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ispiża biex inxtrat l-istatwa tal-Madonna, inkluż il-bradella, kienet ta’ €750. S’issa l-istatwa tal-Madonna ttieħdet, fid-Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa.
Bord li Jirregola l-Bini – ħatra ta’ sottokumitati
Question
Jista l-Ministru jgħid liema huma s-sottokumitati maħtura mill-Bord li Jirregola l-Bini skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 (10) tal-Att dwar ir-Regolament tal-Bini (Kap. 513 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid għal kull sottokumitat, meta dan ġie maħtur, min huma l-membri tiegħu u x'rapporti tekniċi u/jew xi proċeduri identifikaw sabiex jiġu adottati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord li jirregola l-Bini ħatar diversi working groups/sottokumitati biex jindirizzaw diversi materji li kienu qed jiġu diskussi. Hawn taħt għandek il- membri u s-sena ta’ meta ġew maħtura s-sottokumitati u r rapport li saru jew li qed isiru kif mitlub.
2013
Masons working group
Draft Legal notice presentat lill-BRO u l-Ministru għal approvazzjoni
Membri - Perit Samuel Formosa, Perit Philip Grech, Perit Simone Vella Lenicker
2013 - 2014
BRB office and remuneration working group – riżolt
Membri - Perit Samuel Formosa, Mr Anthony Camilleri
2014
NZEB working group
Id-dokument intbgħat lill-Bord li Jirregola l-Bini.
Ir-rapport kien konkluż u mibgħut lil Kummissjoni Ewropea.
Membri - Perit Michelle Piccinino, Perit Simone Vella Lenicker, Ing Johann Psaila
2014
AC & Heating Inspections – Id-dokument intbgħat lill-Bord li Jirregola l-Bini.
Ir-rapport konkluż u eventwalment inkluż fil-Published Revised Guidance F preżentat lill-BRO.
Membri - Ing Johann Psaila u rapprezentatnti tal-BRO
2014 - 2015
LN 376/12 revision working group mal-BRO
Abbozz tal-Avviż Legali preżentat lil BRO u l-Ministru għal approvazzjoni finali.
Avviż Legali publikat riċentament LN 47 /18.
Membri - Perit Samuel Formosa, Ing Johann Psaila, Perit Philip Grech
2014 - 2015
LN 72/13 revision working group mal-BRO
Abbozz tal-Avviż Legali preżentat lil BRO u l-Ministru għal approvazzjoni finali.
Membri - Perit Samuel Formosa, Mr Sandro Chetcuti
2014 - 2015
Technical Guidance F - revision working group mal-BRO
Revised Guidance F prezentat lill-BRO
Revised Technical Guidance F (Part 1, Part 2) maħruġ fl-2016.
Membri – Ing. Johann Psaila, Perit Philip Grech and raprezentanti tal-BRO
2015
Technical Building System – sotto kumitat mal-BRO
Minimum requirements for Technical Building Systems - għandu jkun maħruġ mal-Guidance of Technical F preżentat lill-BRO
Revised Technical Guidance F (Part 1, Part 2) maħruġ fl-2016.
Membri – Ing. Johann Psaila u rappreżentanti tal-BRO
2016 - 2017
Article 4 of EED Directive 2012 / 12 working group
Ir-rapport preparat u mibgħut lil Ministru u l-EU Secretariat.
Ir-rapport konluż u mibgħut lill-Kummissjoni tal-Unjonu Ewropea
Membri - Perit Samuel Formosa, Ing. Johann Psaila
2017 - 2018
Article 5 of EED Directive 2012 / 12 working group flimkien ma’ professjonisti mill-Works Department –
Implimentazzjoni tad-Direttiva fil-proċess
Membri - Perit Samuel Formosa, Ing. Johann Psaila, Mr Emmanuel Zahra
Bord li Jirregola l-Bini – Ħatra ta’ Kumitat tal-Appelli
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex mitlub mill-Bord li Jirregola l-Bini sabiex jaħtar Kumitat tal-Appelli skont dak li jipprovdi l-artikolu 10 tal-Att dwar ir-Regolament tal-Bini (Kap. 513 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jekk iva, jista' jgħid min huma l-membri tal-Kumitat tal-Appelli u jagħti għal kull wieħed minnhom id-data ta' meta ġie maħtur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-artikolu 3(11) tal-Att dwar ir-Regolament tal-Bini jaqra kif ġej:
3(11) Jekk ikun hemm il-bżonn, il-Bord jista’ jitlob lill-Ministru jaħtar Kumitat tal-Appelli li jkun magħmul minn mhux inqas minn tlieta u mhux aktar minn ħames membri oħra, li wieħed minnhom ikun maħtur minn fost il-membri tal-Bord, li jkun Chairperson u li jippresjedi l-laqgħat tal-Kumitat. Il-membri tal-Kumitat tal-Appelli għandhom jinħatru mill-Ministru għal żmien ta’ tliet snin u jistgħu hekk jerġgħu jinħatru għal perjodi oħra hekk kif il-Ministru jista’ jqis li jkun xieraq.
Għaldaqstant ninforma lil Onor. Interpellant li qatt ma saret din it-talba.
Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini – tabella organizzattiva
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-tabella organizzattiva li turi l-istruttura organizzattiva tal-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini (Building Regulation Office)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm jew hemm impjegati fl-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini (Building Regulation Office) sena b'sena mit-twaqqif tiegħu fis-sena 2011? Jista' jagħti l-kariga ta' kull impjegat u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu mal-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord li Jirregola l-Bini? Jista' jagħti għal kull wieħed minnhom id-data ta' meta ġie maħtur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitnizzlu hawn taħt;
Chairperson
Arch. Samuel Formosa
Deputy Chairperson
Sur Emanuel Zahra (Mahtur fis-17 ta’ April 2018)
Membri
Arch. Michelle Piccinino
Arch. Simone Vella Lenicker
Arch. Carmelo J. Barbara
Sur Sandro Chetcuti
Nominat mill-Kamra tal-Periti
Arch. Philip B. Grech
Nominat mic-Chamber of Professional Engineers
Ing. Johan A. Psaila
Segretarju
Dr Christian Meilak
Il-persuni l-oħra imsemmija kienu maħtura fl-14 ta’ Ġunju 2016.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret tal-Bord li Jirregola l-Bini sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Bord li Jirregola l-Bini – reġistru tad-deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reġistru tad-deċiżjonijiet tal-Bord li Jirregola l-Bini?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qegħdin fit-tabella t'hawn taħt.
Reference no.
Applicant Name
Details of the proposal including documents and detailed plans, if
applicable.
Reasoned justification for the decision
01/2014
GO p.l.c.
Request dated 14th October 2014 regarding an exemption on the construction of a well within a local development located at Go Exchange, San Pawl il-Baħar.
On the 13/02/2015 the board approved the request for exemption in view that regulation 5 of S.L. 513.01 identifies Enemalta Corporation, Water Services Corporation or any other similar entities to be exempt from the requirements of this legislation. Since the use of this building falls under this category, the property is exempt from the construction of a water reservoir.
01/2016 (MEPA ref: PA/03461/15)
Malta Properties Ltd
Request dated 8th January 2016 regarding an exemption on the construction of a well in relation to the development consisting in the demolition of existing single storey ancillary buildings adjacent to existing telephone exchange and office block, and the construction of a basement level housing the cable chamber/entry, serving a lower ground floor and upper ground floor of a new telecommunications exchange at Ancillary Buildings Adj to GO plc Offices, Spencer Hill, Triq Nazzjonali, Marsa. Attached to the covering leter there was the following supporting documentation:
1. Block plan
2. Drawing of the proposed building.
The BRB approved the request for this exemption in its meeting of the 23rd February 2016.
02/2016 (MEPA ref: PA/03258/15)
GO p.l.c.
Request dated 22nd February 2016 for an exemption on the size of the required well in relation to phase 2 of the development at Go Telephone Exchange, Factory Blb 039, Triq Hal Tarxien, Zejtun consisting in the construction of a three storey technical centre adjacent to existing warehouse, construction of data centre and ancillary workshops, construction of two storey security office, training facilities and canteen; reorganisation of existing surface parking and cable/other bulk storage areas within the site. Attached to the covering leter there was the following supporting documentation:
1. Roof plan indicating blocks A‐D;
2. A breakdown of the roof areas and average water reserve based on average precipitation
records and water consumption;
3. Water budget showing the predicted water consumption and rainfall over a period of 20
years;
4. MEPA Permit Drawings.
In its meeting of the 22nd March 2016, the BRB decided the following:
- The BRB decided that the roof of Block A within the same site should be exempted from being included in the calculation of the size of the reservoir.
- However, the BRB rejected the request to reduce the size of the proposed reservoir to 1000 cu.m. from the requested capacity as required in the Technical Guidance Document F and other regulations since no valid reason and justification was presented to explain why the reservoir could not be increased in size slightly further to comply with requested size and capacity as per Document Technical F.
03/2016 (MEPA ref: PA 00711/16)
GO p.l.c.
Request dated the 19th July 2016 regarding an exemption on the construction of a well in relation to the said quoted development at GO Outlet and Offices, Sqaq Tal-Fniek, Birkirkara, Malta consisting in the demolition of existing offices and construction of a new telephone exchange, (basement and three floors), including facade signage. Attached to the covering leter there was the following supporting documentation:
1. A drawing of the proposed building (still showing the well).
In its meeting of the 4th August 2016, the Building Regulation Board approved the request for the said exemption on condition that the reservoir is relocated within the grounds presently occupied by GO plc.
01/2017 [BRO ref. No. K-ENF-96-2016 RS]
Marco Farrugia
Appeal dated the 25
th
February 2017 from the decision of the Director, Building Regulation Office dated the 17
th
February 2017 for the production of an energy performance certificate in relation to the flat internally marked with the letter ‘b’ and the number 20 situated on the 6
th
floor level forming part of a building complex of 26 apartments which was unnumbered and named “Sea Haven Apartments”, in Triq is-Simar, Xemxija, Saint Paul’s Bay. No documents were attached to the application of appeal.
In its meeting of the 22nd March 2017, the Building Regulation Board accepted and upheld the appeal and revoked the decision of the Director, Building Regulation Office. The Energy Performance of Buildings Regulations, Regulation 21 allows the Building Regulation Office to request the production of the EPC from the owner of a building. The appeal was upheld mainly because the BRO had inadvertently called upon the former owner of the apartment in Xemxija, Saint Paul’s Bay whereas it was the opinion of the Building Regulation Board that the Office had to seek its production from the person who was the owner on the date at which the Building Regulation Office made its request, and hence the person to whom ownership was transferred on 12th January 2009 who in terms of S.L.513.01 is to be considered the owner with the obligation to regularize his position given that S.L.513.01 has a retroactive effect.
Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini – reġistru tad-deċiżjonijiet tal-Bord li Jirregola l-Bini fuq il-website
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitpoġġa fuq il-website tal-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini (Building Regulation Office) ir-reġistru tad-deċiżjonijiet tal-Bord li Jirregola l-Bini skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 (9) (b) tal-Att dwar ir-Regolament tal-Bini (Kap. 513 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-decizjonijiet tal BRB ser jitpoġġew fil-futur qarib fuq website tal-BRB (il-Bord dwar ir-Regolament tal-Bini) peress li din il-website qed tiġi preżentament ifformata. Il-BRB kien informa lill BRO b’dawn id-deċizjonijiet.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-att pubbliku datat l-1 ta' Frar 2017, flimkien mad-dokumenti u l-pjanti kollha li jinsabu mehmuża mal-istess att u li permezz tiegħu l-Kummissarju tal-Artijiet ikkonċeda b'titolu ta' enfitewsi l-art tal-ITS f'San Ġiljan lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru responsabbli mit-turiżmu.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1897 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 133, nhar it-Tlieta, 19 ta' Ġunju 2018)
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-valutazzjoni, l-RFP submission u l-project evaluation dwar l-art tal-ITS f'San Ġiljan li tlestew fis-26 ta' Jannar 2017 mid-ditta li isimha qiegħed jingħata separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument hu kummerċjalment sensittiv u li l-Gvern diġà ta preżentazzjoni mill-aktar dettaljata dwar din il-valutazzjoni.