Awtorità tal-Ippjanar – Pjan Lokali taċ-Ċentru ta’ Malta — sottomissjonijiet li saru mill-pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali taċ-Ċentru ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta’ riżorsi meħtieġa, hu meqjus diffiċli ħafna, jekk mhux prattikament impossibbli, li tali informazzjoni tinġabar fi żmien raġjonevoli. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iżjed speċifiku.
Awtorità tal-Ippjanar – Pjan Lokali ta’ Għawdex u Kemmuna — sottomissjonijiet li saru mill-pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali ta' Għawdex u Kemmuna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta’ riżorsi meħtieġa, hu meqjus diffiċli ħafna, jekk mhux prattikament impossibbli, li tali informazzjoni tinġabar fi żmien raġjonevoli. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iżjed speċifiku.
Awtorità tal-Ippjanar – Pjan Lokali tal-Port il-Kbir — sottomissjonijiet li saru mill-pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Port il-Kbir?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta’ riżorsi meħtieġa, hu meqjus diffiċli ħafna, jekk mhux prattikament impossibbli, li tali informazzjoni tinġabar fi żmien raġjonevoli. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iżjed speċifiku.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6183 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji u jgħid għal kull wieħed minnhom f'liema stadju wasal is-smigħ tal-appell?
Kummissarju tal-Artijiet – konċediment ta’ art tal-ITS
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-att pubbliku bid-data ta' nhar l-1 ta' Frar 2017, flimkien mad-dokumenti u l-pjanti kollha li jinsabu mehmuża mal-istess att u li permezz tiegħu l-Kummissarju tal-Artijiet ikkonċeda b'titolu ta' enfitewsi l-art tal-ITS f'San Ġiljan lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-rapporti kollha li saru dwar reati fil-lokalità ta' Tas-Sliema matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena u reat b'reat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni relatata ma’ reati kriminali fil-lokalità ta’ Tas-Sliema, irrapurtati lill-pulizija mis-sena 2013 sa Mejju 2018, kien kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'laqgħat saru bejn l-Aġenzija Identità Malta u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA)? Jista' jagħti d-data ta' kull waħda minn dawn il-laqgħat, min talab li jsiru l-laqgħat, min kienu l-uffiċjali tal-Aġenzija Identità Malta u tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) li kienu preżenti għal kull waħda mil-laqgħat u x'kienu s-suġġetti li ġew diskussi waqt l-imsemmija laqgħat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li ma kienx hemm laqgħat formali bejn ldentity Malta u l-Awtorità għas-servizzi Finanzjarji (MFSA).
Fiż-żmien li kien qed jigi ppreparat il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment saret laqgħa teknika dwar il-proposta ta’ xiri tal-
bonds
fuq is-suq lokali.
MFSA — tweġiba għat-talba għal informazzjoni addizzjonali magħmula miċ-Chairman tal-European Banking Authority
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra u/jew ta' kwalunkwe dokument ieħor tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) bi tweġiba għat-talba għal informazzjoni addizzjonali magħmula miċ-Chairman tal-European Banking Authority lill-istess Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) u liema tweġiba kellha tingħata lill-European Banking Authority sa nhar il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni li għaddiet bejn l-Awtorità Bankarja Ewropea u l-MFSA hija suġġetta għall-kunfidenzjalità kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru. 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi l-Awtorità Supervizorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea).
Programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtella' mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Television Malta – lista’ ta’ persuni
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtella' mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Television Malta matul il-perjodu mill-4 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid għal kull waħda mill-persuni f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u għaldaqstant tingħata f’xi seduta oħra.
Awtorità tal-Ippjanar – Pjan Lokali tal-Majjistral ta’ Malta — sottomissjonijiet li saru mill-pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Majjistral ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta’ riżorsi meħtieġa, hu meqjus diffiċli ħafna, jekk mhux prattikament impossibbli, li tali informazzjoni tinġabar fi żmien raġjonevoli. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli interpellant biex ikun iżjed speċifiku.
Awtorità tal-Ippjanar – Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta — sottomissjonijiet li saru mill-pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta’ riżorsi meħtieġa, hu meqjus diffiċli ħafna, jekk mhux prattikament impossibbli, li tali informazzjoni tinġabar fi żmien raġjonevoli. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iżjed speċifiku.
Awtorità tal-Ippjanar – Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta’ Malta — sottomissjonijiet li saru mill-pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta’ riżorsi meħtieġa, hu meqjus diffiċli ħafna, jekk mhux prattikament impossibbli, li tali informazzjoni tinġabar fi żmien raġjonevoli. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iżjed speċifiku.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont, maqsum safra b'safra, tal-ispejjeż kollha mħallsa minn fondi pubbliċi fuq biljetti tal-ivjaġġar, alloġġar, subsistence allowance, assigurazzjoni u spejjeż oħra marbuta ma' safar tal-mara tal-istess Prim Ministru minn Marzu 2004 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Port il-Kbir – dħul ta’ bastimenti Amerikani u Russi
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5950 waqt is-seduta ta' nhar l-4 ta' Ġunju 2018, jista' l-Ministru jgħid għal kull wieħed mill-bastimenti, jekk kienx bastiment militari jew inkella bastiment ċivili?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda fit-tabella t'hawn taħt.
Sena
Stati Uniti
Bastiment
2018
2
Militari
2017
2
Militari
2016
4
Kummerċjali mikrija minn Navy
Amerikana - 4
2015
0
--------------------------
2014
1
Militari
2013
3
Proprjetà tal-iStat - 1 /Militari - 2
Sena
Russja
Bastiment
Jan sa 29 ta Mejju 2018
0
Militari
2017
1
Militari
2016
8
Militari
2015
4
Militari
2014
5
Militari
2013
17
Militari
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-due diligence reports dwar il-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-proċess ta’ procurement saret evalwazzjoni tal-promoturi tal-proġett, u li tali hija soġġett għal obbligi ta’ kunfidenzjalità kummerċjali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha kontijiet bankarji l-Aġenzija Identità Malta? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bank jew bankijiet huma l-imsemmija kontijiet bankarji u x'tip ta' kontijiet bankarji huma (pereżempju: savings account, current account, term deposit account etc)? Jista' jgħid għal kull wieħed mill-kontijiet bankarji kemm huwa l-ammont li jinsab depożitat fih?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat illi l-Aġenzija Identity Malta għandha 16-il-kont bankarju bil-bilanċ ilaħħaq €32,477,164.82 sal-31 ta’ Mejju 2018.
Aġenzija Identità Malta u Bank Ċentrali ta’ Malta — Laqgħat
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'laqgħat saru bejn l-Aġenzija Identità Malta u l-Bank Ċentrali ta' Malta? Jista' jagħti d-data ta' kull waħda minn dawn il-laqgħat, min talab li jsiru dawn il-laqgħat, min kienu l-uffiċjali tal-Aġenzija Identità Malta u tal-Bank Ċentrali ta' Malta li kienu preżenti għal kull waħda mil-laqgħat u x'kienu s-suġġetti li ġew diskussi waqt dawn l-imsemmija laqgħat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li ma kienx hemm laqgħat formali bejn Identity Malta u l-Bank Ċentrali fiż-żmien indikat mill-Onorevoli Interpellant.
Fiż-żmien li kien qed jiġi ippreparat il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment saret laqgħa teknika dwar il-proposta ta’ xiri tal-bonds fuq is-suq lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'laqgħat saru bejn l-Aġenzija Identità Malta u l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit)? Jista' jagħti d-data ta' kull waħda minn dawn il-laqgħat, min talab li jsiru dawn il-laqgħat, min kienu l-uffiċjali tal-Aġenzija Identità Malta u tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) li kienu preżenti għal kull waħda minn dawn il-laqgħat u x'kienu s-suġġetti li ġew diskussi waqt l-imsemmija laqgħat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fil-kors tal- ħidma tagħha Identity Malta tikkomunika regolarment mal-FIAU. Dawn l-komunikazzjonijiet huma ta’ natura sensittiva. L-Onoveroli Interpellant bħala avukat jaf tajjeb li huwa ukoll reat bil-ligi li tingħata informazzjoni dwar ix-xogħol tal-FIAU.
Jista' l-Ministru jgħid x'għandhom intelliġenti l-Intelligent Electronic Traffic Signs li ġew istallati mill-Awtorità għat-Trasport f'Malta f'numru ta' toroq f'Malta u Għawdex u li s'issa ħlief juru l-istess messaġġi b'mod ripetut mhumiex jagħmlu? Jista' jgħid kemm tammonta l-ispiża biex ġew mixtrija u installati dawn is-sinjali? Jista' jgħid x'sar mid-dikjarazzjoni pubblika li huwa għamel f'Novembru 2017 u ċjoè li l-imsemmija tabelli ser jibdew jaħdmu b'mod intelliġenti minn Jannar 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Intelligent Traffic Lights jew aħjar Variable Messaging System (VMS) isiru intelligenti meta jkollok bżonnhom, ċjoè meta miċ-Ċentru ta’ Kontroll jirriżulta li hemm inċident jew sitwazzjoni ta’ kriżi u jintbagħtu messaġġi ta’ devjazzjoni jew oħrajn skont il-bżonn. Meta ma jkunx hemm dan il-bżonn ikun hemm messaġġi standard u ripetuti kif qiegħed jgħid tajjeb l-Onor. Interpellant. Kif tħabbar, iċ-Ċentru tal-Kontroll f’Jannar beda jaħdem u miegħu għalhekk bdew jintużaw dawn l-iscreens fil-massimu tagħhom meta meħtiega. Wieħed ma jistax ma jsemmix mument ta’ kriżi fit-traffiku f’Wied iż-Żurrieq meta s-servizzi tal-emergenza kienu kollha fuq allert u dawn l-iscreensgħenu mhux ftit fid-direzzjoni li bdew jingħataw is-sewwieqa u avviżi relatati.
Tajjeb li wieħed ifiehem lil Onor. Interpellant li f’xi wħud mill-pajjiżi Ewropej dawn saħansitra jibqghu mitfija u jinxtgħelu fil-mumenti ta’ krizi. F’pajjiżna wieħed jippreferi li meta kollox għaddej b’mod normali jiġu trasmessi avviżi oħra relatati mat-Traffiku.
Pagament finali tax-xogħol li ġie ċertifikat, f’Mejju tal-2017, jammonta għall-€600,246.98 (VAT inkluż).
Ordinanza dwar il-Kummissjunarji – setgħa li jagħtu ġurament
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni jekk il-persuna hijiex uffiċjal pubbliku, persuna li għandha x’taqsam mas-servizz barrani tal-Gvern f’xi pajjiż barra minn Malta, avukat, prokuratur legali jew persuna privata? Jista' l-Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni, id-data tal-ħatra tagħha bħala Kummissjunarju b’setgħa li jagħti Ġurament u jekk il-ħatra saritx bħala waħda personali jew bl-isem tal-kariga jew tal-funzjonijiet moqdija minnha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.