Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Pembroke bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tas-Swieqi bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il Karta tal-Identità ġiet ikkanċellata skont dak li jipprovdi l-artikolu 8 tal-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità (Kap. 258 tal-Liġijiet ta' Malta) sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li t-talbiet kollha li daħlu għand Identity Malta biex l-Aġenzija tikkanċella karti tal-idenità u minflok toħroġ oħrajn b’restrizzjoni tas-safar fuqhom saru kollha fuq ordni tal-Qorti, dan skont artikolu 8 Kapitlu 258 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Bħala punt ta’ kjarifika, ma kien hemm l-ebda talbiet taħt artiklu 8 (d) tal-istess att imsemmi.
Nixtieq infakkar lill-Onor Interpellant li r-responsabbilità tal-karti tal-identità waqgħet taħt l-Aġenzija Identity Malta fi Frar 2014 u għaldaqstant it-tabella t’hawn taħt turi n-numru ta’ detenituri u karti tal-identità kkanċellati minn din id-data ‘l quddiem.
Sena
Numru ta’ Karti tal-identità kkanċellati biex minflok tinħareġ oħra b’restrizzjoni ta’ safar
Numru ta’ Detenituri
2014
55
52
2015
212
208
2016
149
138
2017
163
154
2018*
75
75
*Informazzjoni miġbura sal-20 ta’ Ġunju 2018.
Karti tal-Identità — Detenturi mitluba biex jirritornaw lura l-Karti tal-Identità
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il detentur ta' Karta tal-Identità ġie mitlub biex jirritorna lura l-Karta tal-Identità tiegħu skont dak li jipprovdi l-artikolu 8 tal-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità (Kap. 258 tal-Liġijiet ta' Malta) sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet mogħtija lid-detenturi tal-Karti tal-Identità?
Karti tal-Identità misruqa, distrutti jew sfigurati — rapporti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il Karta tal-Identità ġiet irrapurtata misruqa, distrutta jew sfigurata lill-uffiċjal awtorizzat sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tabella t’hawn taħt, skont l-informazzjoni miġbura. Nixtieq ukoll ngħarraf li din l-informazzjoni bdiet tinżamm mill-2016.
SenaMisruq jew MitlufaDistrutti jew Sfigurati
20166,13744
20175,83833
2018*2,52413
*Informazzjoni miġbura sal-20 ta’ Ġunju 2018.
Programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtella' mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Television Malta – lista ta’ persuni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6361 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtella' mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Television Malta matul il-perjodu mill-4 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid għal kull waħda mill-persuni f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6183 u 6368 u jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji u jgħid għal kull wieħed minnhom f'liema stadju wasal is-smigħ tal-appell?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li hemm 27 appell pendenti quddiem it-Tribunal Għas-Servizzi Finanzjarji. Minnhom 5 jinsabu differiti għas-sentenza, 16 jinsabu differiti għall-provi, 3 sospizi pendenti appell, 2 fi stadju ta’eccezzjonijiet preliminari u wieħed jrid jigi stradat.
Minbarra l-appelli elenkati hawn fuq, bhalissa hemm ukoll pendenti quddiem it-Tribunal applikazzjoni għal approvazzjoni tat-Tribunal għal trasferiment ta’ kummerċ fit-tul
(transfer of long term business)
Fuq parir legali u għall-protezzjoni tad-dritt tal-privatezza m’ hinix qiegħed nippubblika l-ismijiet tal-kazijiet in kwistjoni.
Pubblikazzjoni tal-lista li ngħataw iċ-Ċittadinanza Maltija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern il-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017 u dan skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 14(2) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03)?
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6296 waqt is-seduta ta' nhar it-13 ta' Ġunju 2018, jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema bank jinsab kull wieħed mis-sittax-il kont bankarju li għandha l-Aġenzija Identità Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6296 u għal informazzjoni addizzjonali nirreferih għar-rapport finanzjarju tal-aġenzija Identity Malta li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta 19 ta’ Ġunju 2018.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6296 waqt is-seduta ta' nhar it-13 ta' Ġunju 2018, jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' kont bankarju (pereżempju: savings account, current account, term deposit account eċċ) hu kull wieħed mis-sittax-il kont bankarju li għandha l-Aġenzija Identità Malta?
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6296 waqt is-seduta ta' nhar it-13 ta' Ġunju 2018, jista' l-Prim Ministru jgħid għal kull wieħed mis-sittax-il kont bankarju li għandha l-Aġenzija Identità Malta, x'inhu l-ammont li kien jinsab depożitat fih nhar il-31 ta' Mejju 2018?
Komunikazzjonijiet bejn il-Gvern u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar każ ta’ individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'komunikazzjonijiet kellu s'issa l-Gvern Malta mal-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-każ li jinsab pendenti quddiem il-Qrati Amerikani dwar l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li rigward l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbgħatu separatament ma kien hemm l-ebda komunikazzjoni minn u/jew lill-Ambaxxata Maltija.
Awtorità tal-Ippjanar — Floor Area Ratio – applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-applikazzjonijiet li jinsabu pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini abbażi ta' dak li tipprovdi l-Floor Area Ratio (FAR) policy? Jista' l-Ministru jgħid għal kull waħda mill-applikazzjonijiet f'liema stadju wasal il-proċess quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6499, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha quddiema 14-il applikazzjoni relatati ma’ żvilupp li jinvolvi l-Floor Area Ratio. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ dawn l-applikazjonijiet bl-informazjoni hekk kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ċittadinanza — Persuni li għandhom ċittadinanza oħra
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom ċittadinanza oħra apparti dik Maltija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat illi t-Taqsima taċ-Ċittadinanza m’għandha l-ebda mezz li tkun taf kemm persuni Maltin għandhom ċittadinanza jew ċittadinanzi ta’ pajjiżi oħrajn apparti dik Maltija. Dan minħabba l-fatt illi mill-10 ta’ Frar, 2000 minn meta Malta bdiet taċċetta iċ-ċittadinanza doppja, dawk il-persuni kollha li għażlu li jsiru ċittadini ta’ pajjiż jew pajjiżi oħra, ma baqgħux obbligati li jinfurmaw li saru ċittadini ta’ tali pajjiż jew pajjiżi lill-awtoritajiet Maltin. Għaldaqstant, peress li dan l-obbligu fuq dawn il-persuna spiċċa, ma baqax aktar possibli li jinżammu dawn il-figuri.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-rapporti kollha li saru dwar reati fil-lokalità ta' San Ġiljan, eskluż Paceville, matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena u reat b'reat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar ir-reati kriminali f’San Ġiljan, irrapurtati lill-pulizija mis-sena 2013 sa Mejju 2018 kienu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat li rigward Paceville ma tinżammx informazzjoni separata, peress li din hi area fil-lokalità ta’ San Ġiljan, u r-reati fis-sistema tal-Pulizija għal din l-area jkunu inklużi ma’ rapporti oħra rrapurtati San Ġiljan.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-rapporti kollha li saru dwar reati f'Paceville li jinsab fil-konfini tal-lokalità ta' San Ġiljan matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena u reat b'reat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 6419.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-rapporti kollha li saru dwar reati fil-lokalità tal-Gżira matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena u reat b'reat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni relatata ma’ reati kriminali fil-lokalità tal-Gżira, rapportati lill-pulizija mis-sena 2013 sa Mejju 2018 kienu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-rapporti kollha li saru dwar reati fil-lokalità ta' Pembroke matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena u reat b'reat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni relatata ma’ reati kriminali fil-lokalità ta’ Pembroke, irraportati lill-pulizija mis-sena 2013 sa Mejju 2018, kienu kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-rapporti kollha li saru dwar reati f'Baħar iċ-Ċagħaq li jinsab fil-konfini tal-lokalità tan-Naxxar, matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena u reat b'reat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar ir-reati kriminali f’Baħar iċ-Ċagħaq ma tinżammx taħt forma ta’ statistika waħedha fis-sistema tal-Pulizija imma tifforma parti minn lokalita’ sħiħa tan-Naxxar.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6293 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont, maqsum safra b'safra, tal-ispejjeż kollha mħallsa minn fondi pubbliċi fuq biljetti tal-ivvjaġġar, alloġġjar, subsistence allowance, assigurazzjoni u spejjeż oħra marbuta ma' safar tal-mara tal-istess Prim Ministru minn Marzu 2004 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Għas-safar uffiċjali illi l-Prim Ministru u s-sinjura tiegħu għamlu flimkien bejn l-2004 u llum, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 12115, 12281, 23062, 26821, 26832 tal-leġiżlatura li għaddiet u 5667, 6067 u 6156 ta' din il-leġiżlatura.
Rigward safar bejn l-2004 u llum fejn il-mara tal-Prim Ministru attendit waħidha għal impenji ta’ xogħol barra l-pajjiż, wara stedinit li saru lilha, l-ispiża medja kienet ta' €3,981 kull safra.