Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-Aġenzija li abbażi tiegħu jitwettaq l-operat tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta skont dak li jipprovdi l-artikolu 40 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Din l-informazzjoni tinsab fl- Legal Notice 97 of 2018 li qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra.
Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – struttura organizzattiva
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-tabella organizzattiva li turi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – uffiċjal Kap Eżekuttiv
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impjieg tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta — Bord tad-Diretturi u s-Segretarju
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi u s-Segretarju tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta? Jista' l-Prim Ministru jagħti għal kull wieħed minnhom id-data ta' meta ġie maħtur?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li dawn huma d-dettalja mitluba minnu dwar l-Advisory Bord ta’ l-Agenzija dwar Visa u Residenza f’Malta.
Isem u Kunjom
Data ta’ meta gie mahtur
Mrs Nadette Azzopardi -
Chairperson
29/03/2018
Dr Ian Castaldi Paris -
Membru
29/03/2018
Mrs Diane Izzo –
Membru
29/03/2018
Mrs Roberta Argento –
Membru
29/03/2018
Mr Philip Vella -
Membru
29/03/2018
Mr Ruben Schembri –
Segretarju
29/03/2018
Id-dettalji dwar l-Approvals Bord ta’ l-Agenzija dwar Visa u Residenza f’Malta huma kif jidher hawn taht :
Isem u Kunjom
Data ta’ meta gie mahtur
Dr Charmaine Cherrett –
Chairperson
29/08/2017
Ms Ruth Micallef –
Membru
29/08/2017
Mr Roderick Spiteri –
Membru
29/08/217
Mr John Valencia -
Membru
29/08/2017
Każijiet ta’ dixxiplina fil-konfront ta’ membru tal-Korp tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-każijiet ta' dixxiplina fil-konfront tal-membru tal-Korp tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-każ kontra l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, għadhom pendenti għal raġunijiet mediċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu kaċċaturi l-Qorti matul is-sena 2017 u matul is-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid b'liema reati ġew akkużati, kemm instabu ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' kaċċaturi li tressqu l-Qorti sena b'sena mis-sena, 2017 u sal-aħħar ta' Settembru 2018, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt, u cioè erbgħin (40) fis-sena 2017 u ħdax (11) fis-sena 2018. Ir-reati li tressqu fuqhom dawn il-persuni kienu fuq artikli relatati mal-provedimenti tal-Legiżlazzjoni Sussidjarja 549.42 dwar Konservazzjoni ta' Għasafar Selvaġġi. Fejn il-każ ġie deċiż il-pieni li ngħataw, kienu jikkonsistu f’multi – multi b’sospenzjoni tal-liċenzja u kien hemm każi fejn ġew konfiskati l-oġġetti esebiti u xi drabi anke l-armi.
2017
2018
Sas-17 ta' Ottubru
Persuni mressqa
40
11
Persuni misjuba ħatja
28
1
Persuni lliberati
10
7
Persuni b'sentenzi pendenti
2
3
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern il-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017 u dan skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 14(2) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Infakkar l-Onor. Interpellant li huwa obbligu li din il-lista tkun ippubblikata kull sena. Hekk se jsir għall-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-Aġenzija Identità Malta, inkluż id-data, il-valur, l-isem tal-persuna u l-isem tal-kumpanija li lilha ngħatat, mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – direct order
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta, inkluż id-data, il-valur, l-isem tal-persuna u tal-kumpanija li lilha ngħatat, matul is-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta — impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellha jew għandha impjegati magħha l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta mit-twaqqif tagħha fis-sena 2018? Jista' jagħti l-kariga u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu kull impjegat mal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li fl-Aġenzija dwar Visa u Residenza hemm 24 impjegat fil-karigi kif ġej:
CEO
Clerk
Manager (Analyst)
Messenger / Driver
Advisor (Due Dilligence)
Senior Administrative Officer
Manager (Case processing / Client relationship) Administrative Officer ICT Professional Officer HR Professional Officer
Numru minn dawn il-ħaddiema bdew jaħdmu fl-MRVA fl-2016 meta bdiet tiffunzjona taħt il-kappa ta' Identity Malta.
Permezz tal-Avviż Legali 97 tal-2018 dawn l-impjegati ta' Identity Malta ġew kollha fuq il-kotba tal-MRVA.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6847 u jgħid meta hu mistenni u/jew ippjanat li tkun lesta l-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-estensjoni bl-ewwel 252 sodda, tkun lesta fi żmien l-ewwel 18-il xahar mill-ħruġ tal–permess ta’ żviluppar, filwaqt illi t-tieni 252 sodda, tkun lesta fi żmien 18-il xahar mit-tlestija tal-ewwel 252 sodda. Dawn is-soddod se jgħinu biex tkun indirizzata l-lista ta’ stennija għall-anzjani li għandhom bżonn urġenti jew high-dependency, kif imwiegħed fil-manifest elettorali tal-gvern.
Residenza San Vinċenz de Paul – sid ta’ estensjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6848 u jgħid min se jkun is-sid tal-estensjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paul u tal-faċilitajiet li se jkun fiha l-istess estensjoni li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018? Jista' jgħid jekk hux se jkun il-Gvern jew kumpanija privata li se jipprovdu s-servizzi ta' kura u dawk anċillari għall-perjodu ta' għaxar snin tal-kuntratt? Jista' jagħti l-isem tal-kumpanija privata f'każ li din ser tipprovdi s-servizzi ta' kura u dawk anċillari għall-perjodu ta' għaxar snin tal-kuntratt?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, s-sid tal-estensjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paul u tal-faċilitajiet illi se jkun fiha l-istess estensjoni, ser ikun San Vinċenz de Paul stess.
San Vincenz de Paul ħa jkun ukoll responsabbli għas-servizzi mediċi kollha u għat-tmexxija u d-direzzjoni tal-blokok bħala parti integrali mill-kumpless. Il-kumpanija privata ser tipprovdi riżorsi ta’ kura u servizzi anċillari.
Kif diġa’ intqal fuq il-mezzi tax-xandir, l-isem tal-kumpanija privata huwa l-JCL u l-MHC Consortium.
Residenza San Vinċenz de Paul – estensjoni — perjodu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6849 u jgħid jekk matul il-perjodu sakemm l-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018 issir proprjetà tal-Gvern skont il-kuntratt CT 2009/2015 (Tender for Public Private Partnership for the Provision of Comprehensive Services to St Vincent de Paul Long Term Care Facility), xi ħlasijiet ser isiru mill-Gvern u/jew minn xi entità oħra governattiva lill-consortium għall-estensjoni u għall-faċilitajiet? Jista' l-Ministru jgħid meta huma dovuti dawn il-ħlasijiet u kif għandhom isiru?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi, t-tender pubbliku CT 2009/2015 kien jipprovdi għall-bini ta’ kċina ġdida u servizzi ta’ catering għall-parti eżistenti ta’ San Vinċenz de Paul. Il-ħlasijiet esklussivament għall-ikel, bdew wara li ġie ffirmat il-kuntratt.
L-istess tender pubbliku kien jipprovdi għall-investiment addizzjonali, li fil-każ tal-offerta magħżula kien jikkonsisti f’estensjoni tar-Residenza San Vinċenz. Il-ħlas ta’ din il-parti l-ġdida ser ikun għal kull sodda okkupata, kif ilu jsir għal ħafna snin f’diversi każijiet oħra, u għalhekk il-ħlasijiet relatati mal-estensjoni l-ġdida ser ikunu qed jibdew malli jiġu okkupati s-sodod.
Residenza San Vinċenz de Paul – catering għall-estensjonijiet tas-sodod
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6850 u jgħid min se jipprovdi servizz ta' catering għall-ħames mitt (500) sodda addizzjonali li se jkun hemm fl-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018? Jista' jgħid x'se jkun il-ħlas għal dan is-servizz ta' catering?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz ta' catering fl-estensjoni l-ġdida, huwa parti mill-ispiża għal kull sodda okkupata li se tkun inqas mill-prezz imħallas illum, għal kull sodda.
Residenza San Vinċenz de Paul – kopja tal-kuntratt
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6851 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bin-numru ta' referenza CT 2009/2015 u bid-deskrizzjoni "Tender for Public Private Partnership for the Provision of Comprehensive Services to St Vincent de Paul Long Term Care Facility" liema kuntratt ġie ffirmat nhar l-14 ta' Novembru 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, f’dan il-kuntratt il-Gvern ser jimxi bl-istess proċedura li jimxi biha f’kuntratti simili mal-privat.
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi diġà ġiet aċċettata t-talba, li għamel id-Deputat tal-Oppożizzjoni Godfrey Farrugia, għal skrutinju fuq l-istorja ivvintata mit-Times of Malta, dwar l-estensjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paul.
Jista' l-Ministru jgħid, kemm kellha u għandha reġistrati ħaddiema l-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament mal-Korporazzjoni Jobsplus sena b'sena, mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Peress li l-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant hija kumpanija privata, qed ngħaddi l-informazzjoni li ngħatajt lill-Onor. Interpellant separatament u b'mod kunfidenzjali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inizjattivi u attivitajiet beħsiebu jieħu u jorganizza l-Gvern sabiex ifakkar l-ewwel sena mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
.Il-familja Caruana Galizia urew il-fehma tagħhom kemm-il darba li m’għandhomx fiduċja fl-Istat Malti. L-Istat għalhekk se jirrispetta din il-pożizzjoni.
Inkjesta ta’ kumpanija – kopja tal-proċess verbali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa u mhux ċensurata tal-proċess verbali tal-inkjesta dwar il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li tħejja mill-Maġistrat Inkwirenti Aaron M. Bugeja u li kopja tiegħu ntbagħtet lill-Ministru mill-Avukat Ġenerali kif l-istess Avukat Ġenerali kkonferma bil-ġurament nhar il-25 ta' Settembru 2018 quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali) kif ippreseduta mill-Imħallef Robert G. Mangion fil-kawża fl-ismijiet l-Onor. Dottor Adrian Delia vs L-Avukat Ġenerali (Rikors Nru 81/2018)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-pubblikazzjoni jew le tad-dokument imsemmi fl-interpellanza illum tifforma l-mertu ta’ kawża pendenti quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Civili (Sede) Kostituzzjonali.
Inkjesta ta’ kumpanija – dettalji ta’ persuni li għandhom aċċess għall-proċess verbali tal-inkjesta
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni kollha li għandhom aċċess għall-proċess verbali tal-inkjesta dwar il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li tħejja mill-Maġistrat Inkwirenti Aaron M. Bugeja u li kopja tagħha ngħatat lill-Ministru mill-Avukat Ġenerali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf li l-informazzjoni mitluba fl-interpellanza m’ hijiex fil-pussess tiegħi.