Uffiċċju tal-Prim Ministru – servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm dan l-individwu tħallas għas-servizzi tiegħu, sena b'sena? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, x'impjieg, x’servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ngħata l-ebda impjieg jew servizzi ta' konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament la mill-Ministeru għas-Saħħa u lanqas mill-entitajiet u/jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar — servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw l-ebda mpjieg jew servizzi ta’ konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-persuna li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Direttorat Strateġija u Sapport u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament ma kellu ebda impjieg jew servizzi ta' konsulenza u ma sarlu l-ebda pagament mis-sena 2013 sal-lum.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma — servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-persuna li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmi m’għandux u qatt ma kellu x’impjieg jew servizzi ta’ konsulenza taħt id-dekasteru tiegħi fil-perjodu msemmi.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tagħha u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha u l-individwu msemmi?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma’ ntalab l-ebda xogħol jew servizzi ta’ konsulenza mingħand l-individwu msemmi fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każijiet ta' serq mill-underground parking tal-Isptar Mater Dei, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti u kemm tressqu persuni l-Qorti dwar l-istess każijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ każijiet ta’ serq mill-underground parking tal-Isptar Mater Dei, kif irreġistrati fis-sistema tal-Pulizija, sena b'sena, mis-sena 2013 sal-21 t’Ottubru 2018 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Ma kienx hemm każi li ġew solvuti.
2013
2014
2015
2016
2017
2018
As on 211018
Total
2
5
2
3
3
0
15
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – spiża ta’ servizz ta’ mobile phone
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għas-servizz ta' mobile telephone li jintuża minnu stess bħala Ministru u li jitħallas mill-Gvern xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid lokalità b'lokalità f'Malta u f'Għawdex, kemm-il spazju għal parkeġġ se jintuża għall-proġett "Car2Go" u li dwaru l-Awtorità għat-Trasport f'Malta ffirmat ftehim ma' kumpanija privata f'Ottubru 2017? Għal kull lokalità f'Malta u f'Għawdex, jista' jindika l-ismijiet tat-toroq u n-numru ta' parkeġġi li se jintużaw għal dan l-iskop f’kull imsemmija triq?
Response (BORG, IAN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-kuntratt li ġie iffirmat bejn l-Awtorità għat-Trasport f'Malta u Car2Go f'Ottubru tal-2017 għal servizz ta’ Car Sharing fuq bazi nazzjonali wara sejħa għall-offerti li kienet inħarget aktar qabel, in-numru ta’ parkeġġi li se jintuża għall-proġett skont l-istess kuntratt huwa ta’ 450 madwar Malta u Ghawdex kollu.
Bħalissa l-Awtorità għat-Trasport f'Malta kif ukoll il-"Car2Go” qegħdin jagħmlu laqgħat individwali mal-Kunsilli lokali rispettivi biex jiġu identifikati l-aktar spazzji ta‘ parkeġġ ideali għal dan il-proġett li l-għan tiegħu huwa li jikkontribwixxi għal nuqqas ta’ konġestjoni tat-traffiku fiċ-ċenti urbani billi wieħed jagħmel uzu minn vettura li tkun shared minflok il-vettura privata rispettiva.
Il-lista ta parkeġġi kif ġew approvati s’issa qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar il-proġett "Car2Go" u li dwaru l-Awtorità għat-Trasport f'Malta ffirmat ftehim mal-kumpanija jew kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ Transport Malta tinsab fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Bord ta’ Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat — laqgħat
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa tal-Bord ta’ Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat saret mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' l-Ministru tagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u tindika l-membri tal-Bord li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda ta` laqgħat formali tal-Bord ta’ Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat mil-2013 sal-llum. Apparti laqgħat formali, il-Bord ikollu numru ta` laqgħat informali u bilaterali fit-twettiq tal-ħidma tiegħu.
Bord ta’ Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat – inventarju komprensiv
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-inventarju komprensiv ta’ għajnuna mill-istat li l-Bord ta’ Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat huwa obbligat li jistabbilixxi u jaġġorna skont l-artikolu 58 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozju (Kap. 325 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li il-Bord jiġbor inventarju tal-għajnuna mogħtija mill-Istat li tingħata f’pajjizna u din tiġi mgħoddija lil Kummissjoni Ewropea. Din l-informazzjoni, flimkien ma’ dik ta’ pajjizi oħra Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, tiġi ippublikata kull sena mill-Kummissjoni Ewropea.
Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – laqgħat tal-Bord tad-Diretturi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret tal-Bord tad-Diretturi tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord tad-Diretturi li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-Advisory Board kellu ħames laqgħat (April, Mejju, Ġunju, Lulju u Settembru 2018). Kien hemm assenti is-sinjura Roberta Argento f’ laqgħa li saret f’Lulju u Dr. Ian Castaldi Paris u s-sinjura Diane Izzo f’ laqgħa li saret f’Settembru.
Rigward l-Approvals Board saru ħames laqgħat fl-2017 minn Awwissu sa Diċembru u disa' laqgħat fl-2018 (Jannar sa Settembru ). Is-Sur Roderick Spiteri kien assenti fil-laqgħat ta’ Jannar, Marzu u Ġunju 2018 u s-sinjura Ruth Micallef kienet assenti għal laqgħat ta’ Mejju, Awwissu u Settembru 2018.
Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta –Bord tad-Diretturi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema mill-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta huma nvoluti fit-tmexxija tal-istess Aġenzija? Jista' jgħid x'inhu l-involviment tagħhom fit-tmexxija tal-istess Aġenzija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li l-ebda membru miż-żewġ Bords tad-Diretturi tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta mhuma involuti fit-tmexxija tal-istess Aġenzija.
Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta – Bord tad-Diretturi — rimunerazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'rimunerazzjoni jirċievu l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li c-chairperson tal-Advisory Bord tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta tirċievi rimunerazzjoni ta’ €4,000 fis-sena waqt li kull membru jirċievi rimunerazzjoni ta’ €2,000 fis-sena.
Studenti li għadhom mingħajr it-trasport tal-iskola b’xejn
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li minkejja li l-ġenituri tagħhom applikaw għat-trasport tal-iskola b'xejn, għadhom mingħajr servizz ta' trasport minn u/jew lejn l-iskola tagħhom, fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll mil-liema lokalità huma l-istudenti, l-età tagħhom u f'liema skejjel jattendu? Jista' jagħti data definittiva meta dawn l-istudenti se jingħataw trasport tal-iskola b'xejn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-inizjattiva tas-Servizz ta’ Trasport b’xejn għall-istudenti kollha, il-ġenituri/legal guardians tal-istudenti applikaw direttament mal-operaturi bħas-snin l-imgħoddija. Ġenituri li informaw lill-Ministeru li sal-lum (30/10/2018) għad ma nstabilhomx trasport, jammonta għal 810 student. Dan in-numru jiġi aġġornat kontinwament minħabba r-raġuni spjegata fl-istqarrija maħruġa PR 182235.
L-istudenti li jattendu skejjel tal-Knisja u Indipendenti u li għadhom fuq il-pending list huma minn lokalitajiet varji. Il-Ministeru jibqa’ impenjat sabiex dawn l-istudenti jsibu trasport.
Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-Gvern fil-Belt tal-Imdina mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetà? Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-Gvern kull sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella segwenti:-
PQ 7358 - L-Imdina – proprjetajiet li għandu l-Gvern
numru ta' propjeta'
Triq L-Imhazen
Mdina
Residential / non-residential / commercial
16
Lease
Strada Lunga
Mdina
Residential
3
Perpetual Emphyteusis
Misrah Il-Mina Tal-Griegi
Mdina
Residential / non-residential / commercial
4
Lease / Encroachment
Telgha Tas-Saqqajja
Mdina
commercial
1
Triq L-Infetti
Mdina
Non-Residential
1
Triq Mesquita
Mdina
Residential
3
Lease
Pjazza San Publiju
Mdina
Non-Residential
4
Lease
Triq Inguanez
Mdina
Residential
5
Perpetual Emphyteusis / lease
Triq San Nikola
Mdina
Residential
6
Lease
Triq is-Salib Imqaddes
Mdina
Residential
2
Lease
Triq Santu Rokku
Mdina
Residential
1
Lease
Triq Notabile
Mdina
Non-Residential
1
Encroachments
Triq Santa Sophia
Mdina
Residential
1
Perpetual Emphyteusis
Mdina Gate
Mdina
Non-Residential
4
Encroachment / lease
Bastion Square
Mdina
Residential
1
Perpetual Emphyteusis
Il-Mina Principali
Mdina
Residential
1
Triq Il-Muzew
Mdina
Non-Residential
4
Lease / Encroachment
Mdina Ditch
Mdina
Non-Residential
2
Lease
Triq is-Salvatur
Mdina
Residential
1
Perpetual Emphyteusis
Villegaignon Str
Mdina
Residential
1
Lease
Misrah il-Kunsill
Mdina
Non-Residential
1
Encroachment
Il-Giardin Tas-Sindku
Mdina
Commercial
1
Lease
It-Tafal il-Kbir
Mdina
Residential
1
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7048, jista' l-Ministru jgħid f'liema port Malti daħal kull wieħed mill-bastimenti Ċiniżi msemmija fl-istess tweġiba?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tlett basitimenti imsemmija fil-mistoqsija parlamentari 7048 daħlu fil-Port tal-Belt Valletta.
Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – person of trust
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il person of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti l-kariga ta' kull person of trust u d-data ta' meta bdiet taħdem mal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta qatt ma kellha jew għandha person of trust.
Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – position of trust
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il position of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti deskrizzjoni ta' kull position of trust u d-dati ta' meta l-persuni li jokkupawhom bdew jaħdmu mal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta qatt ma kellha jew għandha position of trust.