Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija – kuntratt ta’ impjieg tal-Kap Eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impjieg u kwalunke dokument ieħor li jirregola l-impjieg tal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kumpens ex gratia mogħti mill-Gvern Malti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12362, jista' l-Ministru jgħid kemm-il kumpens ex gratia ġie mogħti mill-Gvern Malti mis-sena 2013, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u ċjoè x'pagamenti saru mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol u/jew l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu għal danni u/jew pretensjonijiet mingħajr ma tiġi rikonoxxuta, dikjarata jew assunta xi forma ta' responsabbilità da parti tal-istess Gvern Malti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2013 'l hawn, inħarġu 491 ċekkijiet bħala kumpensi ex gratia mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol, li jammontaw għal total ta’ €6,331,737.27.

Financial Organised Crime Agency

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiġi mwaqqfa l-Financial Organised Crime Agency li ġiet imħabbra mill-predeċessur tiegħu waqt konferenza tal-aħbarijiet u permezz ta' stqarrija nhar is-27 ta' Ġunju 2019 u li t-twaqqif tagħha ġie diskuss u approvat mill-Kabinett?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm l-ebda ħsieb li tiġi mwaqqfa l-Financial Organised Crime Agency minħabba li dawn il-funzjonijiet qed jiġu moqdija permezz tal-entitajiet preżenti.

Għoti ta’ kumpensi ex gratia

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12360 u 12834 u jagħti rendikont tal-kumpensi ex gratiali ġew mogħtija mill-Gvern Malti mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’informazzjoni skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-Ġustizzja li jkopru biss dawk it-talbiet imressqa quddiem il-Kabinett mill-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja. Mhux eskluż illi talbiet simili setgħu tressqu wkoll minn Ministri oħra, però dawn ma ġewx proċessati mill-Ministeru għall-Ġustizzja. L-informazzjoni disponibbli hi minn meta ġie ffurmat id-Dipartiment tal-Ġustizzja, ċjoè mill-2015.

Belt Valletta — Bini tal-Qorti - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12366 u jagħti data definittiva meta ser jitlestew ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fid-dħul tal-bini tal-Qorti fil-Belt Valletta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fid-dħul tal-bini tal-Qorti fil-Belt Valletta għaddej u l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati qed tara li jitlesta mill-aktar fis.

Baġit 2024 – Istallazjoni awdjoviżiva fi Pjazza Tritoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tan-nefqa li saret b'rabta mal-istallazzjoni awdjoviżiva dwar il-Baġit 2024 fi Pjazza Tritoni? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija installazzjoni awdjoviżiva?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – Nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12859 u jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqiet tal-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u l-entitajiet li jaqgħu taħtu f’reklamar fuq Facebook mis-27 ta’ Marzu 2022 sal-lum.

L-Imsida – Triq ix-Xatt — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti data definittiva meta ser jitlestew ix-xogħlijiet fi Triq ix-Xatt Ta' Xbiex fl-Imsida?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Iterpellant li wara deċiżjoni tar-regolatur f’Settembru ta’ din is-sena biex Infrastructure Malta tidħol u tiffinalizza xogħlijiet li kienu qed isiru minn entitajiet terzi, wara proċess amministrattiv u anke legali, dan ix-xogħol se jitkompla fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa mistenni li dan ix-xogħol jieħu madwar xahrejn, ix-xogħlijiet ippjanati li jsiru fil-maġġoranza tagħhom matul il-lejl biex kemm jista’ jkun jitnaqqas l-inkonvenjent fl-akkwati.

Air Malta — Medjaturi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 12835, jista' l-Ministru jikkonferma li l-unika persuna li serviet bħala medjatur bejn il-Gvern Malti u l-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tal-Air Malta, ma rċeviet l-ebda ħlas la mingħand il-kumpanija Air Malta u lanqas mingħand il-Ministeru għall-Finanzi jew xi entità li taqa' taħtu f'xi kapaċità oħra li mhix dik ta' medjatur?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-unika persuna li serviet bħala medjatur, bejn il-Gvern Malti u l-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tal-Air Malta, ma rċeviet l-ebda ħlas la mingħand il-kumpanija Air Malta u lanqas mingħand il-Ministeru għall-Finanzi jew xi entità li taqa' taħtu f'xi kapaċità oħra li mhix dik ta' medjatur.

Persuni ħatja li għamlu qligħ bi ħsara għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 12370, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tas-sentenzi li ngħataw fil-191 każ fejn persuni ġew akkużati fil-Qrati ta' pajjiżna li għamlu qligħ bi ħsara għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, il-Gvern ta' Malta u/jew xi entitajiet oħra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12367 u 12368 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza rispettivament u jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (COM/2022/105)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12367 u 12368 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza rispettivament u jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (COM/2022/105)?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12367 u 12368 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza rispettivament u jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (COM/2022/105)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi Malta tappoġġa l-Proposta u tibqa’ favorevoli ġaladarba din tkun mfassla skont il-provvedimenti tat-Trattati u l-prinċipji stabbiliti.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12843 u jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kienet in-nefqa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12845 u jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab informat li l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ma nefaq ebda ċenteżmu f’reklamar fuq is-sit soċjali Facebook. Irrid ngħid li l-entitajiet kulturali pubbliċi jagħmlu użu mir-riklami fuq is-siti soċjali facebook biex jilħqu iktar udjenzi. In-nefqa tal-entitajiet rispettivi hi kif ġej: Arkivji Nazzjonali €206.53, Ewropa Kreattiva €1,267, Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali €73, MICAS €3,352.96, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta €24,643.43, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta €5,183.55, it-Teatru Manoel €5,745.95, Patrimonju Malta (Heritage Malta) €5,725, il-Kunsill Malti għall-Arti €1,532.57, Fondazzjoni Ċentru tal-Kreattività €8,143.30 u Festivals Malta €11,473.52.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Nefqa għal reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12847 u jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Nefqa għal reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12848 u jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Nefqa għal reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12850 u jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Baġit 2024 — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tan-nefqa li saret għal reklamar dwar il-Baġit għas-sena 2024 inkluż nefqa għal reklami f'gazzetti, f'siti soċjali bħal Facebook, Twitter u permezz ta' Google kif ukoll fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12905.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – Nefqa fuq reklmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.