Ir-Riforma fis-Sistema tal-Kumpilazzjonijiet u tar-Rinviji
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar ir-riforma fis-sistema tal-kumpilazzjonijiet u rinviji bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika, li għalqet nhar il-31 ta' Mejju 2023?
Riforma Ġustizzja aktar effettiva mal-Vittmi tad-Droga
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar ir-riforma msejħa "Ġustizzja aktar effettiva mal-vittmi tad-droga" bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika, li għalqet nhar id-9 ta' Frar 2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sottomissjonijiet mibgħuta qed jiġu analizzati u meħuda inkonsiderazzjoni. Meta dan il-proċess ikun konkluż ser jiġi ppubblikat rapport kif isir wara kull konsultazzjoni pubblika.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Nefqa fuq reklmar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2014 sas-sena 2022 kemm-il darba Malta applikat id-deroga magħrufa bħala s-sovereign clause skont l-artikolu 17 tar-Regolamenti (EU) 604/2013 u għalhekk ħadet fuqha r-responsabbilità ta’ applikazzjoni għall-ażil? Jista’ l-Ministru għal kull każ jindika n-nazzjonalità ta’ kull applikant għall-ażil, ir-raġuni mogħtija minn Malta għal tali deroga u jekk l-Istat Membru responsabbli aċċettax l-imsemmija deroga?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-Aġenzija tal-Protezzjoni Internazzjonali tista’ tipprovdi d-data mill-2018 il-quddiem. Mis-sena 2018 sa s-sena 2022, id-deroga ta’ sovereignty clause giet applikata għal-tnejn u tletin applikant li jinkludu, għoxrin mis-Sirja, erbgħa mill-Libja, tlieta mill-Ukranja, u wieħed mill-Marokk, Niġerja, Sudan, Tuneżija u Veneżwela.
Kif inhu stipulat f’dan l-Artiklu, din id-deroga la tirrikjedi li tingħata raġuni biex tigi applikata u lanqas li l-Istat Membru li kien oriġinarjament responsabbli jaċċetta li tiġi applikata din id-deroga.
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena minn meta ġiet introdotta, kemm-il Tal-Linja Card inħarġet mill-Malta Public Transport? Jista' jgħid ukoll l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li lilhom inħarġet Tal-Linja Card?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista li tindika n-numru ta’ Tallinja Cards attivi fl-aħħar ta’ kull sena bejn is-sena 2016 u l-2023, u bil-figuri tal-kategoriji rispettivi, tinsab fit-tabella hawn taħt.
Inżid li n-nazzjonalità ma tintalabx fl-istadju ta’ applikazzjoni, għaldaqstant ma tinżammx data tan-nazzjonalitajiet tad-detenturi ta’ dawn il-cards. L-istess kunsiderazzjonijiet japplikaw fir-rigward tas-sessi tad-detenturi.
Sena
Studenti
Tfal
Adult
Concession
(anzjani u persuni b’dizabbilta’)
Ghawdex
Total
2016
34,919
11,577
136,770
73,356
7,703
264,325
2017
42,114
12,982
164,759
75,837
8,206
303,898
2018
50,518
14,315
197,527
78,102
8,690
349,152
2019
62,124
15,512
230,623
80,104
9,066
397,429
2020
67,831
15,973
245,447
81,295
9,288
419,834
2021
69,277
9,055
228,556
106,217
9,474
422,579
2022
81,981
7,826
270,015
109,643
10,202
479,667
2023
91,870
4,144
321,969
112,905
11,052
541,940
Il-Gvern u s-sidien ta' supermarkets u importaturi tal-ikel — Ftehim
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u s-sidien ta' supermarkets u importaturi tal-ikel nhar il-Ħamis 18 ta' Jannar 2024?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 15386.
Riforma fis-sistema tal-kumpilazzjonijiet u rinviji — Sottomissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar ir-riforma fis-sistema tal-kumpilazzjonijiet u rinviji bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika u li għalqet nhar il-31 ta' Mejju 2023?
Artikolu 17 tar-Regolamenti (EU) 604/2013 — Deroga magħrufa bħala s-sovereign clause
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2014 sas-sena 2023, kemm-il darba Malta applikat id-deroga magħrufa bħala s-sovereign clause skont l-artikolu 17 tar-Regolamenti (EU) 604/2013 u għalhekk ħadet fuqha r-responsabbilità ta’ applikazzjoni għall-ażil? Jista’ jindika għal kull każ in-nazzjonalità ta’ kull applikant għall-ażil, ir-raġuni mogħtija minn Malta għal tali deroga u jekk l-Istat Membru responsabbli aċċettax l-imsemmija deroga?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-sena 2023, id-deroga ta’ ‘sovereignty clause’ ġiet applikata għal seba’ applikanti li jinkludu, tlieta mil-Libja, tlieta mill-Iran u waħda mill-Mali.
Kummissjoni Ewropea — Proċeduri ta' ksur pendenti kontra Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri ta' ksur (infringement procedures) jinsabu pendenti kontra Malta mill-Kummissjoni Ewropea? Jista' jgħid ukoll dwar liema materji huma l-imsemmija proċeduri ta' ksur, meta nbdew u f'liema stadju waslu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta l-Kummissjoni Ewropea tibda l-proċeduri formali ta’ ksur kontra kwalunkwe Stat Membru, dejjem tippubblika stqarrija għall-istampa u tagħmel id-dettalji pubbliċi. Għalhekk l-informazzjoni li qiegħed jitlob l-Onorevoli nterpellant tinsab diġà fid-dominju pubbliku. Għal kull buon fini, ninforma lill-Onorevoli nterpellant li attwalment hemm proċeduri ta’ ksur miftuħa kontra Malta li jittrattaw diversi oqsma fosthom, is-servizzi finanzjarji, it-trasport, l-ambjent, l-enerġija, il-kwalifiki professjonali, il-migrazzjoni u l-ġustizzja. Dawn jinsabu fi stadji differenti.
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – Persuni li rriżenjaw mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena, kemm-il persuna rriżenjat mill-impjieg tagħha minn mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti l-kariga ta' kull persuna li rriżenjat u d-data u r-raġuni tar-riżenja tagħha?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bin-numri ta’riżenji mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mill-2022 sat-22 ta’ Jannar 2024. Minn dawn kien hemm 3 fi gradi amministrattivi u 6 kienu f’diversi gradi legali. Tajjeb li wieħed jinnota li 3 minn dawn ġew appuntati Maġistrati.
Proċess verbal li rċieva l-Avukat Ġenerali mingħand Maġistrat Inkwirenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il proċess verbal irċieva l-Avukat Ġenerali mingħand Maġistrat Inkwirenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2013 u l-24 ta’ Jannar 2024, l-Avukat Ġenerali irċieva mingħand Maġistrat Inkwirenti is-segwenti:
Sena
Numru ta' Inkjesti
Sena
Numru ta' Inkjesti
2013
1252
2019
973
2014
939
2020
1412
2015
1027
2021
1065
2016
846
2022
731
2017
823
2023
824
2018
1041
sal-24 ta' Jannar 2024
61
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il talba rċieva l-Avukat Ġenerali sabiex juri proċess verbal skont dak li jipprovdi l-artikolu 518 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati mill-Avukat Ġenerali, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ma kienx iżomm statistika dwar talbiet għall-aċċess għall-Inkjesti Maġisterjali. Madanakollu din l-istatistika bdiet tinżamm b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2023 u minn dak iż-żmien sal-24 ta’ Jannar 2024 in-numru ta’ talbiet li saru kienu ta’ erbgħa li kollha ġew approvati.
Avukat Ġenerali – Talbiet għal kopja ta’ proċess verbali
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il talba rċieva l-Avukat Ġenerali sabiex jagħti kopja ta' proċess verbal skont dak li jipprovdi l-artikolu 518 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati mill-Avukat Ġenerali, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ma kienx iżomm statistika dwar talbiet għall-kopji għall-Inkjesti Maġisterjali. Madanakollu din l-istatistika bdiet tinżamm b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2023 u minn dak iż-żmien sal-24 ta’ Jannar 2024 saru 73 talba li minnhom:
- Min għamel it-talba ġie infurmat li l-Inkjesta Maġisterjali għadha mhux konkluża – 47
- Talbiet milqugħa – 23
- Talbiet miċħuda – 3
Artikolu 992 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili — Proċess verbal minn Imħallef jew Maġistrat
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il proċess verbal sar minn Imħallef jew Maġistrat skont dak li jipprovdi l-artikolu 992 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura li jadottaw l-Imħallfin jew il-Maġistrati tal-Qrati Ċivili mhuwiex li jirrediġu process verbal iżda jagħmlu Digriet.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – karigi u pożizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
L-informazzjoni hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Trabi li twieldu f'Malta u f'Għawdex nhar il-25 ta' Diċembru 2023
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14620 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid kemm twieldu trabi f'Malta u f'Għawdex nhar il-25 ta' Diċembru 2023? Jista' jgħid ukoll x'inhu s-sess u n-nazzjonalità tal-imsemmija trabi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol tar-Reġistru Pubbliku mhuwiex dak li jżomm l-istatistika ta’ kemm twieldu trabi, imma li jirreġistra t-twelid ta’ tarbija li tkun notifikata mal-istess Reġistru Pubbliku.
Infurmat li sakemm ġiet imwieġba din il-Mistoqsija Parlamentari, kienu rreġistrati sebat itrabi li d-data tat-twelid tagħhom hija l-25 ta' Diċembru 2023. Minn dawn it-trabi ħamsa kienu ta’ sess femminil u tnejn kienu ta’ sess maskil.
Infurmat li fl-Att tat-Twelid ma tinġabarx informazzjoni dwar in-nazzjonalità tat-tarbija.
Trabi li twieldu f'Malta u f'Għawdex nhar l-1 ta' Jannar 2024
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14621 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid kemm twieldu trabi f'Malta u f'Għawdex nhar l-1 ta' Jannar 2024? Jista' jgħid ukoll x'inhu s-sess u n-nazzjonalità tal-imsemmija trabi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol tar-Reġistru Pubbliku mhuwiex dak li jżomm l-istatistika ta’ kemm twieldu trabi, imma li jirreġistra t-twelid ta’ tarbija li tkun notifikata mal-istess Reġistru Pubbliku.
Infurmat li sakemm ġiet imwieġba din il-Mistoqsija Parlamentari, kienu rreġistrati għaxart itrabi li d-data tat-twelid tagħhom hija l-1 ta’ Jannar 2024. Minn dawn it-trabi tlieta kienu ta’ sess femminil u seba’ kienu ta’sess maskil.
Infurmat li fl-Att tat-Twelid ma tinġabarx informazzjoni dwar in-nazzjonalità tat-tarbija.
Rapport annwali tal-Kumitat tas-Sigurtà għas-Sena 2022
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi tħalla barra mir-rapport annwali tal-Kumitat tas-Sigurtà għas-sena 2022? Jista' wkoll jikkoreġi d-dikjarazzjoni tiegħu bid-data ta' nhar it-22 ta' Diċembru 2023 f'każ li ma tħalla xejn barra mir-rapport annwali tal-Kumitat tas-Sigurtà għas-Sena 2022 u li kopja tiegħu flimkien mal-imsemmija dikjarazzjoni ġew imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-8 ta' Jannar 2024?
Response (ABELA, ROBERT)
Ir-rapport li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra huwa dak approvat mill-Kumitat tas-Sigurtà għal dan il-għan u ma hi meħtieġa ebda korrezzjoni.
Trabi li twieldu f'Malta u f'Għawdex nhar il-25 ta' Diċembru 2023
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f'Malta u f'Għawdex nhar il-25 ta' Diċembru 2023? Jista' jgħid ukoll x'inhu s-sess u n-nazzjonalità tal-imsemmija trabi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Trabi li twieldu f'Malta u f'Għawdex nhar l-1 ta' Jannar 2024
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f'Malta u f'Għawdex nhar l-1 ta' Jannar 2024? Jista' jgħid ukoll x'inhu s-sess u n-nazzjonalità tal-imsemmija trabi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.