B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7982, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta lill-Emirati Għarab Magħquda mill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taht hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ittri maħruġin:
2018 – waħda (1) mhux eżegwita
2019 – waħda (1) mhux eżegwita
Ministeru għat-Trasport, Infrastrutturs u Proġetti Kapitali – kuntratt ta’ individwu
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7981, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li d-dokument mitlub qed jitpoġġa’ fuq il-mejda tal-kamra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Każ ta’ dixxiplina ta’ ħaddiem
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7980, jista' l-Ministru jgħid lejn liema Ministeru, dipartiment, awtorità, aġenzija jew entità oħra tal-Gvern ġie trasferit, mitlub jew talab li jmur il-ħaddiem li kien jaħdem mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u li nhar il-21 ta' April 2017 aggredixxa ġurnalist tat-Times of Malta?
Response (MIZZI, JOE)
M’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li diġa’ tajt għall-Mistoqsijia Parlamentari 7980.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Grievances Boards
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8310 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Grievance Boards
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8311 u tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Tista' tgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma tindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Tista' tgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8312 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-gvern f'Pembroke mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetajiet? Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-gvern kull sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ħames domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-gvern f'Baħar iċ-Ċagħaq fil-limiti tan-Naxxar mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetajiet? Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-gvern kull sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ħames domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7986, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta lill-Istati Uniti tal-Amerika mill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ittri maħruġin:
2013 – xejn (0)
2014 – tlieta (3) li ġew eżegwiti
2015 – waħda (1) li ġiet eżegwita
2016 – xejn (0)
2017 – tnejn (2) fejn waħda (1) ġiet eżegwita u oħra (1) tinsab pendenti
2018 – waħda (1) li tinsab pendenti
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7985, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ittri maħruġin:
2013 – waħda (1) li għadha pendenti
2014 – tnejn (2) li ġew eżegwiti
2015 – tnejn (2) fejn waħda (1) ġiet eżegwita u oħra (1) għadha pendenti
2016 – disgħa (9) li għadhom pendenti;
2017 – xejn (0)
2018 – waħda (1) li ġiet eżegwita
2019 – waħda (1) li għadha pendenti
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7984, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta lir-Renju tal-Belġju mill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ittri maħruġin:
2014 – waħda (1) li hija pendenti
2018 – Waħda (1) li ġiet eżegwita
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamntari 7983 jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta lir-Repubblika tal-Panama mill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ittri maħruġin:
2018 – waħda (1) li ġiet eżegwita
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8301, jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat dwar in-nefqa ta' €13,037 b'rabta mal-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Baġit għas-sena 2019 u li hu flimkien mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u l-Ministru għall-Finanzi indirizzaw quddiem il-Berġa ta' Kastilja nhar it-Tnejn 22 ta' Ottubru 2018? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwè fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija nefqa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif jidher hawn taħt :
Staging : €5,750
Furnishings : €3,155
Lighting : €2,584
Audio : €1,148
Personnel : €400
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8299, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwè fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar in-nefqa f'reklami fuq is-social media, il-gazzetti u fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju dwar il-Baġit għas-sena 2019?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
M’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 8299.
Programm ta’ Investitur Individwali – sottomissjonijiet mill-pubbliku
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar il-Programm ta’ Investitur Individwali bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret matul is-sena 2018?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li r-rapport jinsab fl-aħħar fażijiet tiegħu u se jkun qiegħed jiġi ppubblikat fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-gvern f'Tas-Sliema mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetajiet? Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-gvern kull sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ħames domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-gvern f'San Ġiljan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetajiet? Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-gvern kull sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ħames domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-gvern fil-Gżira mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetajiet? Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-gvern kull sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ħames domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8307 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – Grievances Boards
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8308 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.