Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — facebook – nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari parlamentari 8260.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8315 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8890.

Direttur Ġenerali tal-Akwakultura u s-Sajd — allegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kuntatt sar minnu jew minn xi ħadd ieħor f'isem il-Gvern Malti mal-Kummissjoni Ewropea u b'mod partikolari mal-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, dwar l-allegazzjonijiet li ġew ippubblikati minn El Confidencial fir-rigward tal-persuna li sa nhar it-Tlieta 12 ta' Frar 2019 kienet tokkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali tal-Akwakultura u s-Sajd?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux il-każ li kellu jsir kuntatt kif riferut minnu u dan għaliex il-materja riferuta mhix kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea

Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi – każijiet ta’ rqajja’ kbar, ħmieġ u ragħwa

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm irċeviet rapporti l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi dwar każijiet ta' rqajja’ kbar ta’ ħmieġ u ragħwa mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-data ta' kull rapport, il-lokalità u/jew indikazzjoni tal-bajja u x'azzjoni ttieħdet dwar kull rapport?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #8953 Sitting 204 2019-03-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Tas-Sliema – Żona tax-Chalet — upgrading

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet il-proposta tal-Gvern sabiex isir upgrading taż-żona tax-Chalet f'Tas-Sliema?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Projects Malta Limited qiegħda tevalwa l-options.
Leg 13 PQ #8954 Sitting 204 2019-03-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Tas-Sliema – konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali rigward upgrading taż-żona tax-Chalet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjoni għamel mal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema dwar il-proposta tal-Gvern li jsir upgrading taż-żona tax-Chalet, f’Tas-Sliema?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8953. Ngħarrfu wkoll li ser issir konsultazzjoni dwar l-options mal-Kunsill Lokali.
Leg 13 PQ #8955 Sitting 204 2019-03-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Bajja tal-Balluta — studji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tmien studji li saru mis-sena 2013 sas-2018 dwar il-Bajja tal-Balluta? Jista' l-Ministru jgħid jekk wara dawn it-tmien studji tħejjewx studji oħra dwar il-Bajja tal-Balluta u jekk iva jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li mill-2013 saru dawn l-istudji: · Balluta Bay beach replenishment · Marine benthic survey · Balluta Bay beach re-nourishment – Pilot experimental project · Proposed beach replenishment project – Balluta Bay · Beach profiles, sections and bathymetric soundings

Korp tal-Pulizija – rapporti ta’ fake news

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm irċieva rapporti l-Korp tal-Pulizija dwar fake news sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar ‘fake news’.
Leg 13 PQ #8864 Sitting 203 2019-02-27 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Grievances Boards

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8319 u tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Tista' tgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Tista' tgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8320 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari 8890.

Maħfriet Presidenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8323 u jgħid kemm-il maħfra Presidenzjali ngħatat mill-4 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif inbidlet is-sentenza jew kundanna li dwarha ngħatat il-maħfra?

Response (BONNICI, OWEN)

It-twegiba tinghata f'seduta ohra.
Leg 13 PQ #8890 Sitting 203 2019-02-27 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Grievances Boards

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8791 u 8306 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess kollu tal-Grievances Boards sar bil-kunsens tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u tal-Uffiċċju tal-Ombudsman. It-tliet membri li servew fuq kull Grievances Board, inħatru abbażi ta’ proċedura sanzjonata fl-2012 mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar użu ta’ uffiċjali pubbliċi rtirati. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li f’dan il-proċess l-Uffiċċju tal-Ombudsman inżamm bħala possibbilità għall-appell f’każ li persuna ma qablitx mar-rakkomandazzjoni ta’ xi wieħed mill-Grievances Boards. Il-Grievances Boards imwaqqfa fi ħdan il-Ministeri huma kif muri hawn taħt : · Unit Ċentrali li kien jikkordina bejn il-Units; · Uffiċcju tal-Prim Ministru / Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali/Ministeru għall-Affarijiet Barranin; · Ministeru għat-Turiżmu/Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar/Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili; · Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol; · Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima; · Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura; · Ministeru għal Għawdex; · Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali; · Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali; · Ministeru għall-Finanzi/Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma; · Ministeru għas-Saħħa; Għad-dettalji tal-membri tal-Grievances Boards nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8886. Il-ħlas lil kull persuna fuq il-Grievances Boards għal inkariġu ta’ sena kien hekk: Ċermen : €5,000 Membri : €4,000 In-numru ta’ każijiet li daħlu mal-Gvern kollu huwa ta’ 2,678. Intlaqgħu 62% tal-każijiet. It-total ta’ kumpens jammonta għal €956,426.

Direttur Ġenerali tal-Akwakultura u s-Sajd — allegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel nhar it-Tlieta 12 ta' Frar 2019 huwa kellux xi forma ta' indikazzjoni dwar l-allegazzjonijiet li ġew ippubblikati minn El Confidencial fir-rigward tal-persuna li sa nhar it-Tlieta 12 ta' Frar 2019 kienet tokkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali tal-Akwakultura u s-Sajd?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kelli l-ebda konoxxenza tal-kontenut tat-transcripts maħruġa jew allegazzjonijiet relatati ma dak li ġie ippublikat. Kull meta ġew għall-attenzjoni tiegħi xi spekulazzjonijiet, jiena dejjem sħaqt illi l-persuna li tkun qed tagħmel dan għandha tirreferi l-każ direttament lill-awtoritajiet konċernati.

Direttur Ġenerali tal-Akwakultura u s-Sajd — allegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel nhar it-Tlieta 12 ta' Frar 2019 xi persuna jew grupp ta' persuni kellmuhx jew ipprovdewlu informazzjoni dwar l-allegazzjonijiet li ġew ippubblikati minn El Confidencial fir-rigward tal-persuna li sa nhar it-Tlieta 12 ta' Frar 2019 kienet tokkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali tal-Akwakultura u s-Sajd? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn il-persuni, meta kellmuh jew ipprovdewlu informazzjoni u x'azzjoni ħa dwar dak li ntqal jew ġie provdut lilu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 8949.
Leg 13 PQ #8856 Sitting 202 2019-02-26 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8313 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8314 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8315 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

It-taghrif ghadu qed jingabar.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8316 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8317 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (ABELA, CARMELO)

M’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 8317.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġett Kapitali — Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8318 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.