Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema sabiex tiġi implimentata skema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme) fil-lokalità ta' Tas-Sliema?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat il-Ministeru għadu għaddej bl-istudju tiegħu hekk kif kien diġà infurmat fl-aħħar mistoqsija parlamentari ta’ Settembru 2018 u għad m’hemmx żvilupp. Li nistgħu nżidu li għaddejjin diskussjonijiet ukoll mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali u l-Kunsilli Lokali biex naraw kif tista’ titjib din is-sitwazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qorti li b'xi mezz ikkaġunat l-abort ta' mara tqila sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infumat li bejn is-sena 2000 u l-aħħar Frar 2019 kien hemm żewġ każi fejn persuni ġew akkużati fil-Qorti li b'xi mezz ikkaġunaw l-abort ta' nisa tqal. L-ewwel każ kien fis-sena 2014 fejn persuna barranija, femminili ta’ 35 sena ġiet akkużata b’dan ir-reat u weħlet tmintax-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin. It-tieni każ kien fis-sena 2017 fejn persuna barranija, maskili ta’ 26 sena kien tressaq il-Qorti fuq reat simili. Il-każ għadu sub judice. Ma’ din il-persuna kien hemm suspettat ieħor barrani, li sal-lum għadu mfittex u huwa suġġett ta’ mandat ta’ arrest internazzjonali.
Kummissjoni għar-Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja – implimentazzjoni ta’ miżura numru 148
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi implimentata l-miżura numru 148 kif imniżżla fir-rapport finali tal-Kummissjoni għar-Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja tat-30 ta' Novembru 2013 u ċjoè sabiex issir is-separazzjoni tal-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-mizura hija wkoll suggett tar-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja li bhalissa qed isir xoghol ta analizi dettaljata dwaru. Kif intqal diga diversi drabi l-Gvern jaqbel b'mod generali mal-bulk tal-proposti msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu nolle prosequi mill-Avukat Ġenerali u jindika wkoll dwar liema każijiet kienu sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab informat li minn riċerka fl-atti tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jirriżulta li l-ordnijiet ta’ nolle prosequi maħruġa mill-Avukat Ġenerali mill- 1 ta’ Jannar 2013 sad-19 ta’ Frar 2019 skont il-provvedimenti tal-artikoli 433 u 569 tal-Kodiċi Kriminali huma s-segwenti:
i. Fis- 7 ta’ Jannar 2013 inħareg nolle prosequi dwar każ ta’ allegata malafama bejn konjugi fil-kors ta’ xhieda mogħtija fi proċeduri ta’ separazzjoni;
ii. Fil- 21 ta’ Jannar 2016 inħareg nolle prosequi biex ma jittiehdux proċeduri kriminali għal omiċidju involontarju abbażi biss tal-konkluzjonijiet ta’ Inkjesta Maġisterjali kontra għaddas li kien qiegħed jogħdos ma’ żewg persuni oħra li mietu f’ inċident waqt l-għads;
iii. Fid-19 ta’ Ġunju 2017 inħareg nolle prosequi minħabba insuffiċjenza ta’ provi kontra wieħed mill-akkużati f’każ ta’ assoċjazzjoni, traffikar u pussess aggravat ta’ cannabis.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta daħal fis-seħħ l-Att tal-2018 dwar il-Midja u l-Malafama (Kap. 579 tal-Liġijiet ta' Malta) kemm-il każ kien hemm li fih il-Qorti fis-smigħ preliminari ddeċidiet li l-kawża tista' tiġi deċiża permezz ta' medjazzjoni, bi ftehim bejn il-partijiet jew inkella permezz ta' apoloġija u għalhekk irreferiet il-partijiet għal medjazzjoni? Jista' jagħti l-okkju tal-kawżi li l-partijiet fihom ġew riferuti mill-Qorti għal medjazzjoni u jindika jekk il-medjazzjoni rnexxietx, fallietx jew inkella għadhiex għaddejja?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li minn meta daħal fis-seħħ l-Att tal-2018 dwar il-Midja u l-Malafama (Kap. 579 tal-Liġijiet ta' Malta), fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma kien hemm l-ebda każ li fih il-Qorti fis-smigħ preliminari ddeċidiet li l-kawża tista' tiġi deċiża permezz ta' medjazzjoni, bi ftehim bejn il-partijiet jew inkella permezz ta' apoloġija.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta daħal fis-seħħ l-Att tal-2018 dwar il-Midja u l-Malafama (Kap. 579 tal-Liġijiet ta' Malta) kemm-il każ kien hemm li fih il-Qorti f'azzjoni ta' malafama ordnat lill-operatur jew l-editur ta’ sit elettroniku li fuqu tkun ġiet ippubblikata d-dikjarazzjoni ta’ malafama sabiex ineħħi d-dikjarazzjoni minn dak is-sit elettroniku? Jista' jagħti l-okkju tal-kawżi li fihom il-Qorti tat dik l-ordni u jindika jekk l-ordni tal-Qorti ngħatatx fuq talba ta' xi waħda mill-partijiet jew inkella b'inizjattiva tal-Qorti nnifisha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li minn meta daħal fis-seħħ l-Att tal-2018 dwar il-Midja u l-Malafama (Kap. 579 tal-Liġijiet ta' Malta) fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex sa issa ma kien hemm l-ebda każ li fih il-Qorti f'azzjoni ta' malafama ordnat lill-operatur jew l-editur ta’ sit elettroniku li fuqu tkun ġiet ippubblikata d-dikjarazzjoni ta’ malafama sabiex ineħħi d-dikjarazzjoni minn dak is-sit elettroniku.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta daħal fis-seħħ l-Att tal-2018 dwar il-Midja u l-Malafama (Kap. 579 tal-Liġijiet ta' Malta) kemm-il każ kien hemm li fih il-Qorti f'azzjoni ta' malafama ordnat lil kwalunkwe persuna li mhijiex l-awtur, l-editur jew ir-responsabbli għall-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjoni malafamanti sabiex tieqaf milli tiddistribwixxi, tbigħ jew turi materjal li fih dik id-dikjarazzjoni? Jista' jagħti l-okkju tal-kawżi li fihom il-Qorti tat dik l-ordni u jindika jekk l-ordni tal-Qorti ngħatatx fuq talba ta' xi waħda mill-partijiet jew inkella b'inizjattiva tal-Qorti nnifisha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li minn meta daħal fis-seħħ l-Att tal-2018 dwar il-Midja u l-Malafama (Kap. 579 tal-Liġijiet ta' Malta) fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex sa issa ma kien hemm ebda każ li fih il-Qorti f'azzjoni ta' malafama ordnat lil kwalunkwe persuna li mhijiex l-awtur, l-editur jew ir-responsabbli għall-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjoni malafamanti sabiex tieqaf milli tiddistribwixxi, tbigħ jew turi materjal li fih dik id-dikjarazzjoni.
Korp tal-Pulizija – rapporti dwar vandaliżmu fuq proprjetajiet f’Tas-Sliema
Question
Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' Tas-Sliema, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'liema toroq f'Tas-Sliema seħħew l-atti ta' vandaliżmu li ġew irrapurtati lill-Pulizija u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija, ir-rapporti li ġew reġistrati dwar vandalimu taħt il-kategorija ta’ Ħsara Volontarja (Wilful damage), jew bħala Arson, mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Jannar 2019 fuq proprjetajiet fil-lokalità ta' Tas-Sliema kienu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi wkoll it-toroq fejn dawn seħħew. Ir-rapporti jinkludu kull rapport li sar, iżda informazzjoni dwar jekk il-proprjetà involuta kienetx pubblika jew privata kif ukoll dettalji dwar jekk persuni tressqux il-Qorti, ma tinżamx taħt forma ta’ statistika.
Awtorità tal-Ippjanar — Applikazzjonijiet għall-Imwejjed u Siġġijiet f'Pembroke
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il applikazzjoni ġiet ippreżentata lill-Awtorità tal-Ippjanar għat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u/jew strutturi oħra fuq bankini, f'toroq jew fi spazji pubbliċi fil-lokalità ta' Pembroke? Jista' l-Ministru jindika għal kull applikazzjoni, in-numru ta' referenza tal-applikazzjoni, deskrizzjoni tas-sit, id-daqs tal-ispazju u jekk l-applikazzjoni ġietx aċċettata, rifjutata jew jekk għadhiex pendenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda applikazzjoni għal żvilupp, relatata mat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u strutturi relatati magħhom, f'Pembroke, li l-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat/ivalidat bejn l-1 ta' Jannar 2013 u s-17 ta' Frar 2019.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet, validati jew ippublikati fil-perjodu msemmi u li fil-proposta tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti:
·
table
iżda mhux
stable, habitable, vege
table, potable, inflatable
·
chair
·
outside catering
·
outdoor seating
· mejda
· mwejjed
· siġġu
· siġġijiet
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il applikazzjoni ġiet ippreżentata lill-Awtorità tal-Ippjanar għat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u/jew strutturi oħra fuq bankini, f'toroq jew fi spazji pubbliċi f'Baħar iċ-Ċagħaq fil-limiti tal-lokalità tan-Naxxar? Jista' l-Ministru jindika għal kull applikazzjoni, in-numru ta' referenza tal-applikazzjoni, deskrizzjoni tas-sit, id-daqs tal-ispazju u jekk l-applikazzjoni ġietx aċċettata, rifjutata jew jekk għadhiex pendenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta' Jannar 2013 sas-17 ta' Frar 2019 l-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat/ivalidat tliet applikazzjonijiet għal żvilupp li, relatati mat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u strutturi relatati magħhom f'Baħar iċ-ċagħaq; wieħed kull sena fl-2015, fl-2016 u fl-2017. Lista ta' dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba qed tiġi annessa fit-tabella t’hawn taħt;
Applications relating to Tables & Chairs and related structures
Published / Validated between 01/01/2013 and 17/02/2019
CaseFullRef
Val/Pblt Date
Proposal
Location
SiteArea
isPermitted
L.C.
Year
PA/01276/17
01/03/2017
Proposed landscaping works to include proposed tables and chairs and outdoor bar area Class 4C.
Site at, Triq Il-Kosta, Bahar Ic-Caghaq, Naxxar, Malta
550
Not Permitted
Naxxar
2017
PA/02162/16
15/06/2016
Location of mobile kiosk ancillary facilities (tables and chairs)
Site at (parking), Triq is-Salini, Triq Il- Kosta, Bahar Ic-Caghaq, Naxxar, Malta
1640
Not Permitted
Naxxar
2016
PA/00482/15
09/02/2015
Sanctioning of and extension to existing platform with surrounding wrought iron railings, including placing of tables and chairs. Proposed retractable canopy.
'Marley's', Triq Xatt il-Palm, Bahar Ic-Caghaq, Naxxar, Malta
156
Permitted
Naxxar
2015
Is-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar ma tinkludix indikazjoni jekk tali applikazjonijiet ikunux proposti fuq art pubblika jew le, għalhekk il-lista taf tinkludi xi każijiet fejn dawn l-imwejjed u siġġijiet jistgħu kienu proposti li jitpoġġew fuq art tal-applikant, bħal per eżempju fil-parapett tal-istabbiliment stess.
L-Awtorità, m'għandiex fis-sistema tagħha d-daqs li jkun ikopri tali żvilupp. Il-figuri li huma inklużi fil-lista msemmija hawn fuq, huma l-qisien tas-sit li l-perit ikun indika fil-formola tal-applikazzjoni, li tista' tinkludi fiha ukoll id-daqs tal-istabiliment, partikolarment fejn l-applikazjoni kienet tinkludi ukoll xi tibdil fl-istabiliment. Minħabba li Baħar iċ-Ċagħaq mhux Kunsill Lokali għalih, jekk meta ddaħlet l-applikazjoni ma ssemiex l-isem tal-lokalità fl-indirizz, iżda dan tniżżel bħala indirizz fin-Naxxar, tali każ ma jkunx inkluż f'din il-lista.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet, validati jew ippublikati mill- 1 ta' Jannar 2013 sas-17 ta' Frar 2019 u li fil-proposta tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti:
·
table
iżda mhux
stable, habitable, vegetable, potable, inflatable
·
chair
·
outside catering
·
outdoor seating
· mejda
· mwejjed
· siġġu
· siġġijiet
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – mewt ta’ priġunieri
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mewt ta' priġunier seħħet fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid id-data ta' kull mewt, l-età u s-sess tal-priġunier u x'kienet ir-raġuni għall-mewt tiegħu jew tagħha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq minn knejjes matul is-sena 2018? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet kienu dawn il-knejjes u x’kienu l-oġġetti li ġew misruqa, il-valur tal-istess oġġetti u l-valur tal-flus li ġew misruqa? Jista’ jgħid jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet u jekk iva kemm kien in-numru ta’ persuni li tressqu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2018, il-pulizija rreġistrat wieħed u għoxrin (21) każ ta’ serq minn knejjes kif jidher fit-tabellla li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ma' din it-tweġiba. Is-serq jinkludi kemm oġġetti proprjetà tal-knisja kif ukoll proprjetà ta’ viżitaturi li kienu fil-knisja. Lista dettaljata li tinkludi informazzjoni dwar il-lokalità fejn sar ir-reat, deskrizzjoni tal-oġġetti misruqa, kif ukoll il-valur skont u meta dan kien provdut mill-vittma qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ħamsa minn dawk il-każi ġew solvuti u l-persuni responsabbli tressqu l-Qorti.
Memorandum of Understanding bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Montenegro
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u dak tal-Montenegro nhar it-18 ta' Mejju 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Reġistraturi tal-Qorti – Ħottaba — lista ta’ persuni
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-listi ta' persuni li r-Reġistratur tal-Qrati, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) ġabru u li jkunu għamluha jew ippruvaw jagħmluha ta’ ħottaba jew li mingħajr jedd taw pariri lil persuni li jkun f’kawża jew bil-ħsieb li jidħlu f’kawża?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ai termini tal-artikolu 44(1) tal-Liġijiet tal-Pulizija, Kapitlu 10 tal-Liġijiet ta’ Malta, ir-Reġistratur tal-Qrati u r-Reġistratur tal-Qrati tal-Maġistrati (Malta) u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) m’għandhomx rapporti dwar nies li għamluha jew ippruvaw jagħmluha ta’ ħottaba jew li mingħajr il-jedd ikunu taw pariri lil persuni li jkun f’kawża jew bil-ħsieb li jidhlu f’kawża.
Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Gvern Malti u kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7520 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat nhar l-14 ta' Lulju 2018 bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija li isimha qiegħed jingħata separatament u li preżenti għall-iffirmar tiegħu kien hemm is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-MOU li qed jirreferi għalih għandu klawsola ta’ kunfidenzjalita u ma jistax isir pubbliku minħabba n-natura kummerċjali tiegħu, kif prattikament dejjem kienet il-prassi fi ftehimiet simili f’Malta u internazzjonalment.
Ftehim ta' kollaborazzjoni bejn il-Gvern u kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta’ kollaborazzjoni li ġie ffirmat nhar is-16 ta' April 2016 mis-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku f'isem il-Gvern Malti u l-kumpanija li isimha qiegħed jingħata separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-ftehim li qed jirreferi għalih għandu klawsola ta’ kunfidenzjalità u ma jistax isir pubbliku minħabba n-natura kummerċjali tiegħu, kif prattikament dejjem kienet il-prassi fi ftehimiet simili f’Malta u internazzjonalment.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet u/jew iż-żoni f'Malta u f'Għawdex fejn hemm fis-seħħ l-inizjattiva ta' neighbourhood watch?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-unika żona fejn hemm fis-seħħ l-inizjattiva ta' neighbourhood watch hija dik tal-Madliena li tagħmel parti mill-Kunsill tas-Swieqi. Din ilha hemm għal diversi xhur.
Awtorità tal-Ippjanar — applikazzjonijiet għall-imwejjed u siġġijiet f'Tas-Sliema
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il applikazzjoni ġiet ippreżentata lill-Awtorità tal-Ippjanar għat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u/jew strutturi oħra fuq bankini, f'toroq jew fi spazji pubbliċi fil-lokalità ta' Tas-Sliema? Jista' l-Ministru jindika għal kull applikazzjoni, in-numru ta' referenza tal-applikazzjoni, deskrizzjoni tas-sit, id-daqs tal-ispazju u jekk l-applikazzjoni ġietx aċċettata, rifjutata jew jekk għadhiex pendenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li l-Awtorità tal-Ippjanar ippublikat/ivalidat, relatati mat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u strutturi relatati magħhom f'Tas-Sliema, huwa kif muri fit-tabella li qed tiġi annessa;
Applications relating to Tables & Chairs and related structures
Published / Validated between 01/01/2013 and 17/02/2019
Count of Case Full Ref
Year
Total
2013
3
2014
3
2015
4
2016
14
2017
6
2018
9
Grand Total
39
Is-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar ma tinkludix indikazjoni jekk tali applikazjonijiet ikunux proposti fuq art pubblika jew le, għalhekk il-lista taf tinkludi xi każijiet fejn dawn l-imwejjed u siġġijiet jistgħu kienu proposti li jitpoġġew fuq art tal-applikant, bħal pereżempju fil-parapett tal-istabbiliment stess.
L-Awtorità, m'għandiex fis-sistema tagħha d-daqs li jkun ikopri tali żvilupp. Il-figuri li huma inklużi fil-lista msemmija hawn fuq, huma l-qisien tas-sit li l-perit ikun indika fil-formola tal-applikazzjoni, li tista' tinkludi fiha ukoll id-daqs tal-istabiliment, partikolarment fejn l-applikazjoni kienet tinkludi ukoll xi tibdil fl-istabiliment.
Il-lista tal-istess applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet, validati jew ippubblikati mill- 1 ta' Jannar 2013 sas-17 ta' Frar 2019 u li fil-proposta tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti:
·
table
iżda mhux
stable
,
habitable
,
vegetable
,
potable
,
inflatable
·
chair
·
outside catering
·
outdoor seating
· mejda
· mwejjed
· siġġu
Awtorità tal-Ippjanar — applikazzjonijiet għall-imwejjed u siġġijiet f'San Ġiljan u Paceville
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il applikazzjoni ġiet ippreżentata lill-Awtorità tal-Ippjanar għat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u/jew strutturi oħra fuq bankini, f'toroq jew fi spazji pubbliċi fil-lokalità ta' San Ġiljan inkluż Paceville? Jista' l-Ministru jindika għal kull applikazzjoni, in-numru ta' referenza tal-applikazzjoni, deskrizzjoni tas-sit, id-daqs tal-ispazju u jekk l-applikazzjoni ġietx aċċettata, rifjutata jew jekk għadhiex pendenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li l-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat/ivvalidat, relatati mat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u strutturi f'San Ġiljan (li jinkludi l-lokalità ta' Paceville), huwa kif muri fit-tabella li qed tiġi annessa;
Applications relating to Tables & Chairs and related structures
Published / Validated between 01/01/2013 and 17/02/2019
Count of Case Full Ref
Year
Total
2013
2
2014
2
2015
6
2016
13
2017
14
2018
7
Grand Total
44
Is-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar ma tinkludix indikazjoni jekk tali applikazjonijiet ikunux proposti fuq art pubblika jew le, għalhekk il-lista taf tinkludi xi każijiet fejn dawn l-imwejjed u siġġijiet jistgħu kienu proposti li jitpoġġew fuq art tal-applikant, bħal per e¿empju fil-parapett tal-istabbiliment stess.
L-Awtorità, m'għandiex fis-sistema tagħha d-daqs li jkun ikopri tali żvilupp. Il-figuri li huma inklużi fil-lista msemmija hawn fuq, huma l-qisien tas-sit li l-perit ikun indika fil-formola tal-applikazzjoni, li tista' tinkludi fiha ukoll id-daqs tal-istabiliment, partikolarment fejn l-applikazjoni kienet tinkludi ukoll xi tibdil fl-istabiliment.
Il-lista tal-istess applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet, validati jew ippublikati mill- 1 ta' Jannar 2013 sas-17 ta' Frar 2019 u li fil-proposta tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti:
·
table
iżda mhux
stable
,
habitable
,
vegetable
,
potable
,
inflatable
·
chair
·
outside catering
·
outdoor seating
· mejda
· mwejjed
· siġġu
· siġġijiet
Awtorità tal-Ippjanar — applikazzjonijiet għall-imwejjed u siġġijiet fil-Gżira
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il applikazzjoni ġiet ippreżentata lill-Awtorità tal-Ippjanar għat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u/jew strutturi oħra fuq bankini, f'toroq jew fi spazji pubbliċi fil-lokalità tal-Gżira? Jista' l-Ministru jindika għal kull applikazzjoni, in-numru ta' referenza tal-applikazzjoni, deskrizzjoni tas-sit, id-daqs tal-ispazju u jekk l-applikazzjoni ġietx aċċettata, rifjutata jew jekk għadhiex pendenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li l-Awtorità tal-Ippjanar ippublikat/ivvalidat, relatati mat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u strutturi fil-Gżira, huwa kif muri fit-tabella li qed tiġi annessa;
Applications relating to Tables & Chairs and related structures
Published / Validated between 01/01/2013 and 17/02/2019
Count of Case Full Ref
Year
Total
2013
1
2015
2
2016
6
2017
9
2018
6
Grand Total
24
Il-lista tal-istess applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Is-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar ma tinkludix indikazjoni jekk tali applikazjonijiet ikunux proposti fuq art pubblika jew le, għalhekk il-lista taf tinkludi xi każijiet fejn dawn l-imwejjed u siġġijiet jistgħu kienu proposti li jitpoġġew fuq art tal-applikant, bħal per eżempju fil-parapett tal-istabbiliment stess.
L-Awtorità, m'għandiex fis-sistema tagħha d-daqs li jkun ikopri tali żvilupp. Il-figuri li huma inklużi fil-lista msemmija hawn fuq, huma l-qisien tas-sit li l-perit ikun indika fil-formola tal-applikazzjoni, li tista' tinkludi fiha ukoll id-daqs tal-istabiliment, partikolarment fejn l-applikazjoni kienet tinkludi ukoll xi tibdil fl-istabiliment.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet, validati jew ippublikati mill-1 ta' Jannar 2013 sas-17 ta' Frar 2019 u li fil-proposta tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti:
·
table
iżda mhux
stable
,
habitable
,
vegetable
,
potable
,
inflatable
·
chair
·
outside catering
·
outdoor seating
· mejda
· mwejjed
· siġġu
· siġġijiet