Kunsilli Lokali – referendum għal approvazzjoni ta’ proġett
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Kunsill Lokali organizza referendum sabiex ir-residenti japprovaw proġett li l-Kunsill Lokali jkun ippropona li jiġi ffinanzjat b'self? Jista' jgħid dwar liema proġetti saru r-referenda, meta saru r-referenda u x'kien ir-riżultat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni miġbura mill-Kunsilli Lokali sal-aħħar ta’ Frar 2019, ma jirrizultax li kien hemm minn minnhom li organizza referendum sabiex ir-residenti japprovaw proġett li jkun ippropona li jiġi ffinanzjat b'self.
Tas-Sliema — Awtorità tal-Ippjanar – permessi għal żvilupp
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp fil-lokalità ta' Tas-Sliema u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)? Jista' jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkulat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, mill-1 ta' Jannar 2013 sat-28 ta' Frar 2019 l-Awtorità tal-Ippjanar approvat 499 applikazzjoni għal żvilupp f'tas-Sliema li kienu jirrikjedu ħlas ta’ Kontribut lejn il-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS). Mis-somma dovuta, tħallsu €445,239.26 u l-ammont dovut ġie kkalkulat fuq il-213 spazju ta' parkeġġ li ma ġiex provdut fis-siti koperti bil-permessi relevanti.
L-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi annessa hawn taħt. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet, deċiżi bejn l-1 ta' Jannar 2013 u t-28 ta' Frar 2019 li kienu jinkludu l-kundizzjoni standard relatata mas-CPPS.
Approved Applications
Year
Total
2013
33
2014
24
2015
48
2016
110
2017
123
2018
136
2019
25
Grand Total
499
San Ġiljan – Awtorità tal-Ippjanar – permessi għal żvilupp
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp fil-lokalità ta' San Ġiljan u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)? Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkulat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, mill-1 ta' Jannar 2013 sat-28 ta' Frar 2019 l-Awtorità tal-Ippjanar approvat 356 applikazzjoni għal żvilupp f'San Ġiljan li kienu jirrikjedu ħlas ta’ kontribut lejn il-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS). Mis-somma dovuta, tħallsu €3,126,866.66 u l-ammont dovut ġie kkalkulat fuq il 1728 spazju ta' parkeġġ li ma ġiex provdut fis-siti koperti bil-permessi relevanti.
L-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi annessa hawn taħt. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet, deċiżi bejn l-1 ta' Jannar 2013 u t-28 ta' Frar 2019 li kienu jinkludu l-kundizzjoni standard relatata mas-CPPS.
Approved Applications
Year
Total
2013
19
2014
26
2015
28
2016
82
2017
100
2018
91
2019
10
Grand Total
356
Gżira – Awtorità tal-Ippjanar – permessi għal żvilupp
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp fil-lokalità tal-Gżira u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)? Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkulat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma teżstix Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) fil-lokalità tal-Gżira.
Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il ilment ġie investigat mir-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti u x'kien l-eżitu ta' kull waħda mill-investigazzjonijiet imwettqa mir-Regolatur?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat illi minn meta tnieda l-Progamm ta’ Investitur Individwali, in-numru ta’ ittri tal-ilment li rċieva r-Regolatur sena b’sena kien hekk :
2013 → 0
2014 → 0
2015 → 0
2016 → 7
2017 → 8
2018 →
13
2019 (sal-20 ta’ Frar) → 1
Kollha kienu jittrattaw rifjut tat-talba għaċ-ċittadinanza taħt dan il-Programm għar-raġuni li l-applikant ma kienx konformi ma’ xi waħda jew aktar mill-ħtiġijiet tar-regolamenti.
Ir-Regolatur, fl-ebda każ minnhom, ma hass illi kien hemm raġuni valida għalfejn għandu jintervjeni favur l-applikant u nforma b’dan lil kull min kien bagħatlu dawn l-ittri tal-ilment.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il investigazzjoni beda r-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali fuq inizjattiva tiegħu stess, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-investigazzjonijiet u x'kien l-eżitu ta' kull waħda mill-investigazzjonijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob, tingħata b’mod dettaljat fir-Rapport Annwali li joħroġ ir-Regolatur u li kopja tiegħu titqiegħed b’mod regolari fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat li ma hemmx investigazzjonijiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rikors ġie ppreżentat mis-sid quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera sabiex jiġu ffissati ġranet, ħinijiet u kundizzjonijiet biex is-sid jeżerċita d-dritt ta’ aċċess għall-fond sena b'sena mis-sena 2009 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-imsemmija rikorsi kienu dwar dar ta' abitazzjoni u kemm dwar fond kummerċjali? Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-imsemmija rikorsi ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti? Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il każ il-Bord li Jirregola l-Kera ordna li l-ispezzjoni ssir taħt is-superviżjoni u fil-preżenza ta’ marixxall tal-Qorti?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Qorti ta’ Malta
In-numru ta’ rikorsi ppreżentati mis-sid quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera quddiem il-Qorti ta’ Malta sabiex jiġu ffissati ġranet, ħinijiet u kundizzjonijiet biex is-sid jeżerċita d-dritt ta’ aċċess għall-fond huwa kif ġej:
Sena
Numru ta’ rikorsi ppre
ż
entati
2009
-
2010
3
2011
1
2012
3
2013
3
2014
6
2015
2
2016
-
2017
6
2018
2
2019
4 (sal-25/2/2019)
Ma tinżammx statistika dwar it-tip ta’ fond jew dwar l-eżitu tar-rikors.
Fil-Qorti ta’ Għawdex ma ġie ppreżentat ebdarikors mis-sid quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera sabiex jiġu ffissati ġranet, ħinijiet u kundizzjonijiet biex is-sid jeżerċita d-dritt ta’ aċċess għall-fond.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tibdil fil-konfini tal-lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex qed tikkunsidra li tagħmel il-Kummissjoni Elettorali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita Kostituzzjonali indipendenti u ma taqax taħt il-gurisdizzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew ta’ xi Ministeru ieħor.
Kunsilli Lokali – tibdil fil-konfini tal-lokalitajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru mill-Kunsilli Lokali ta' Malta u ta' Għawdex għal tibdil fil-konfini tal-lokalitajiet tagħhom mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mir-rekords misjuba fid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali jirriżulta li mis-sena 2013 sal-llum kien hemm ħames talbiet għal tibdil fil-konfini tal-lokalitajiet tagħhom, skont kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Kunsill LokaliTalba li saretStatus
Il-Gudja
Il-Malta International Airport jiġi miżjud mal-konfini tal-Lokalità minflok ma’ Ħal Luqa.
Ma ntlaqatx it-talba
Il-GżiraManoel Island tiġi inkluża fil-ġurisdizzjoni tal-Kunsill Lokali tà minkejja li skont Arktilu 33 tifforma parti mis-sezzjoni ‘Parki u Mkejjen ta’ Wirt Nazzjonali’.Il-Kunsill huwa eskluz mir-responsabbilità u mhux mill-gurisdizzjoni tas-sit kif qed jimplika. Is-sit jifforma parti diġà mill-konfini tal-Gżira.
Pembroke
Il-konfini bejn il-lokalitá ta’ Pembroke u San Ġiljan fejn jirrigwarda Triq il-Professur Walter Ganado ikunu amendati.
Ma ntlaqatx it-talba
Ħal SafiTalba għal bdil fil-konfini mal-Lokalità taż-Żurrieq bi qbil mal-istess Kunsill Lokali taż-Żurrieq.It-Talba ġiet aċċettata u ser jsiru l-emendi meħtieġa fl-Abbozz tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali li preżentement jinsab quddiem il-Kamra tar-Rappreżentanti.
Iż-ŻurrieqTalba għal bdil fil-konfini mal-Lokalità ta’ Ħal Safi bi qbil mal-istess Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi.It-Talba ġiet aċċettata u ser jsiru l-emendi meħtieġa fl-Abbozz tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali li preżentement jinsab quddiem il-Kamra tar-Rappreżentanti.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-prosekuturi fit-Tribunali Lokali? Jista' jgħid għal kull wieħed minnhom meta jiskadi l-kuntratt tiegħu bħala prosekutur u b'liema rata u sistema qiegħed jitħallas?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mara ġiet akkużata fil-Qorti li kkaġunat l-abort fuqha nfisha jew li tkun qagħdet għall-użu tal-mezzi li bihom l-abort ġie ikkaġunat, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jagħti l-età u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant u ċjoè mis-sena 2000 sal-ahhar ta’ Frar 2019 kien hemm tliet każi fejn nisa ġew akkużati fil-Qorti li kkaġunaw l-abort fuqhom infushom jew li qagħdu għall-użu tal-mezzi li bihom l-aborti ġew ikkaġunati. L-ewwel każ kien fl-2006 li kien jikkonċerna mara Maltija ta’ 23 sena, li ngħatat ordni ta’ Probation għal tliet snin. It-tieni każ kien fis-sena 2014 u kien jikkonċerna mara barranija ta’ 29 sena li ġiet issentenzjata 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn. L-aħħar każ kien fis-sena 2014 ukoll u kien jikkonċerna mara barranija ta’ 30 sena u li kienet issentenzjata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.
Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il rapport irċeviet il-Pulizija dwar telefonati qarrieqa sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid minn liema pajjiż ġie rrapurtat li saru dawn it-telefonati u x'azzjoni ħadet il-Pulizija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar telefonati qarrieqa kif mitluba mill-Onor. Interpellant ma tinżamx taħt forma ta’ statistika u mhux possibbli li din tinġabar. Infurmat li sal-lum il-pulizija għad ma kelliex istanzi fejn l-investigazzjonijiet fuq dawn ir-rapporti ntemmu b’suċċess u għalhekk mhux possibbli li wieħed jindika minn fejn oriġinaw dawn it-telefonati, għalkemm jidher li dawn ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea. Bħalma jsir fil-każi ta’ one ring scams imsemmija f’mistoqsija oħra mill-Onor. Interpellant, il-Pulizija tagħmel dak kollu possibbli biex toħloq għarfien dwar dan ir-reat bħala prevenzjoni u meta jkollha numri ta’ telefonati minn dawn, tikkordina mas-service providers tat-telefonija lokali, biex fejn hu possibbli jieħdu dawk il-passi u jipprevenu li dawn in-numri jibqghu jintużaw, bil-mezzi tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċeviet il-Pulizija dwar one ring scams u ċjoè meta persuna jċemplilha xi ħadd u jaqta', biex imbagħad il-persuna ċċempel lura u tispiċċa tħallas premium rate għat-telefonata, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid minn liema pajjiż ġie rrapurtat li saru dawn it-telefonati u x'azzjoni ħadet il-Pulizija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar one ring scams kif mitluba mill-Onor. Interpellant ma tinżammx taħt forma ta’ statistika u mhux possibbli li din tinġabar. Infurmat li sal-lum il-pulizija għad ma kelliex istanzi fejn l-investigazzjonijiet fuq dawn ir-rapporti ntemmu b’suċċess u għalhekk mhux possibbli li wieħed jindika minn fejn oriġinaw dawn it-telefonati, għalkemm jidher li dawn ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-Pulizija tagħmel dak kollu possibbli biex toħloq għarfien dwar dan ir-reat bħala prevenzjoni u meta jkollha numri ta’ telefonati minn dawn, tikkordina mas-service providers tat-telefonija lokali, biex fejn hu possibbli jieħdu dawk il-passi u jipprevenu li dawn in-numri jibqghu jintużaw, bil-mezzi tagħhom.
Kumitat ta’ Monitoraġġ tal-Programm tal-Investitur Individwali — laqgħat
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, kemm-il laqgħa saret tal-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Programm tal-Investitur Individwali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati ta' kull waħda mil-laqgħat u jindika wkoll il-persuni li kienu preżenti għal-laqgħat apparti l-membri tal-Kumitat? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ġie msejjaħ ir-Regolatur sabiex jidher quddiem il-Kumitat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li kif titlob il-liġi saru 5 laqgħat.
Id-dati huma dawn :
13 Ottubru 2014
6 Ottubru 2015
31 Ottubru 2016
27 Novembru 2017
6 Dicembru 2018
Il-mistednin għal dawn il-laqgħat ikunu r-Regolatur u l-Kap tal-Programm ta’ Investitur Individwali.
Ir-Regolatur attenda kull laqgħa msemmija hawn fuq.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'funzjonijiet oħra assenja lir-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali skont dak li jipprovdi l-artikolu 25 (4) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li qatt ma ġew assenjati funzjonijiet oħra skont kif hemm ipprovdut fl-Artiklu 25(4) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188) lir-Regolatur tal-Programm Investitur Individwali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi kwistjonijiet ġew irrapurtati lilu mir-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali skont dak li jipprovdi l-artikolu 25 (7) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li r-Regolatur kull sena jippubblika r-rapport annwali tiegħu u fejn iħoss il-ħtieġa jinkludi r-rakkomondazzjonijiet tiegħu. Dan ir-rapport anki jitpoġġa fuq il-Mejda ta’ din il-Kamra. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li dan l-istess rapport ikun diskussa mill-Kumitat ta’ Monitoraġġ tal-programm tal-Investitur Individwali.
Korp tal-Pulizija – rapport dwar vandaliżmu fuq proprjetajiet f’San Ġiljan
Question
Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' San Ġiljan sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'liema toroq f'San Ġiljan seħħew l-atti ta' vandaliżmu li ġew irrapurtati lill-Pulizija u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija, ir-rapporti li ġew reġistrati dwar vandaliżmu taħt il-kategorija ta’ Ħsara Volontarja (Wilful damage), jew bħala Arson, mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Jannar 2019 fuq proprjetajiet fil-lokalità ta' San Ġiljan kienu kif jidher fit-tabellali qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi wkoll it-toroq fejn dawn seħħew. Ir-rapporti jinkludu kull rapport li sar iżda informazzjoni dwar jekk il-proprjetà involuta kienetx pubblika jew privata kif ukoll dettalji dwar jekk persuni tressqux il-Qorti, ma tinżammx taħt forma ta’ statistika.
Korp tal-Pulizija – rapport dwar vandaliżmu fuq proprjetajiet fil-Gżira
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata fil-lokalità tal-Gżira, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'liema toroq fil-Gżira seħħew l-atti ta' vandaliżmu li ġew irrapurtati lill-Pulizija u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija, ir-rapporti li ġew reġistrati dwar vandaliżmu taħt il-kategorija ta’ Ħsara Volontarja (Wilful damage), jew bħala Arson, mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Jannar 2019 fuq proprjetajiet fil-lokalità tal-Gżira kienu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi wkoll it-toroq fejn dawn seħħew. Ir-rapporti jinkludu kull rapport li sar iżda informazzjoni dwar jekk il-proprjetà involuta kienetx pubblika jew privata kif ukoll dettalji dwar jekk persuni tressqux il-Qorti, ma tinżammx taħt forma ta’ statistika.
Korp tal-Pulizija – rapport dwar vandaliżmu fuq proprjetajiet f’Pembroke
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' Pembroke, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'liema toroq f'Pembroke seħħew l-atti ta' vandaliżmu li ġew irrapurtati lill-Pulizija u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija, ir-rapporti li ġew reġistrati dwar vandaliżmu taħt il-kategorija ta’ Ħsara Volontarja (Wilful damage), jew bħala Arson, mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Jannar 2019 fuq proprjetajiet f’Pembroke kienu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi wkoll it-toroq fejn dawn seħħew. Ir-rapporti jinkludu kull rapport li sar iżda informazzjoni dwar jekk il-proprjetà involuta kienetx pubblika jew privata kif ukoll dettalji dwar jekk persuni tressqux il-Qorti, ma tinżamx taħt forma ta’ statistika.
Korp tal-Pulizija – rapport dwar vandaliżmu fuq proprjetajiet f’Baħar iċ-Ċagħaq
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata f'Baħar iċ-Ċagħaq fil-limiti tal-lokalità tan-Naxxar, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'liema toroq f'Baħar iċ-Ċagħaq seħħew l-atti ta' vandaliżmu li ġew irrapurtati lill-Pulizija u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija, ir-rapporti li ġew reġistrati dwar vandaliżmu taħt il-kategorija ta’ Ħsara Volontarja (Wilful damage), jew bħala Arson, mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Jannar 2019 fuq proprjetajiet fin-Naxxar li tinkludi f’Baħar iċ-Ċagħaq, kienu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi wkoll dettalji tat-toroq fejn dawn seħħew. Ir-rapporti jinkludu kull rapport li sar iżda informazzjoni dwar jekk il-proprjetà involuta kienetx pubblika jew privata kif ukoll dettalji dwar jekk persuni tressqux il-Qorti, ma tinżammx taħt forma ta’ statistika.