Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #9076 Sitting 214 2019-04-02 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Passaporti – passaporti mitlufa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, kemm ġew ikkonsenjati passaporti li kienu mitlufa lill-Uffiċċju tal-Passaporti sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ġew ikkonsenjati lill-Uffiċċju tal-Passaporti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 9074 f’dak li jikkonċerna ċittadini barranini. Fil-każ ta’ ċittadini Maltin, bħala regola ġenerali, il-passporti mitlufa jew misruqa li jiġu rritornati lil dan l-uffiċċju jkunu ikkanċellati immedjatament u rritornati lid-detentur. Statistika f’dan ir-rigward ma tinzammx peress li dawn il-passaporti ritornati ma jkollhom l-ebda uzu ieħor.

Ministeru għas-Saħħa – Grievances Boards

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8307 u ċjoè: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8890.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8308 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 8890.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8309 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8890.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – spiża ta’ servizz ta’ mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7680, 8148 u 8797 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kienet l-ispiża għas-servizz ta' mobile telephone li jintuża minnu stess bħala Ministru u li jitħallas mill-Gvern?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #9091 Sitting 214 2019-04-02 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Moving forward – Government of Malta Magazine — nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret dwar il-pubblikazzjoni bl-isem ‘Moving Forward - Government of Malta Magazine’ ippubblikat fi Frar 2019 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ġiet imqassma bieb bieb l-imsemmija pubblikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali tal-magazine Moving Forward kienet ta’ €38,871 (VAT inkluza). Din l-ispiża tinkludi disinn, ipprintjar, kif ukoll distribuzzjoni tal-magazine lill-177,780 dar f’Malta u Għawdex kollha. L-iskop ta’ dan il-magazine huwa li jinforma lill-pubbliku dwar il-ħidma li qed iwettaq il-Gvern. Magazines simili kienu ppubblikati matul is-snin minn gvernijiet differenti.
Leg 13 PQ #9070 Sitting 213 2019-04-01 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord dwar id-distruzzjoni tal-passaporti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema sena ġie mwaqqaf il-Bord dwar id-distruzzjoni ta' passaporti? Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri ta' dan il-Bord, kif ġew magħżula u kemm-il laqgħa saret tal-Bord mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Minn informazzjoni mgħoddija lili minn Identity Malta jirriżulta li fil-5 ta’ Jannar 2016 inħatar Bord għad-Distruzzjoni tal-Passaporti u li kien kompost mis-Sur Stephen Vassallo bħala Chairperson, u l-membri kienu is-Sur Matthew Borg u s-Sur Paul Azzopardi. Dan il-bord tlaqqa’ nhar id-19 ta’ Jannar 2016. Fil-25 ta’ Jannar 2016 inħatar bord ieħor li kien kompost mis-Sur Cleavon Vella (Chairperson), is-Sa Marylee Camilleri Kasap u s-Sa Nathaniel Cutajar (Membri). Aktar tard fl-4 ta’ Mejju 2016 inħatret is-Sa Nathalie Cutajar bħala membru fl-istess bord. Fl-20 ta’ Lulju 2017 inħatar bord ġdid li kien kompost mis-Sa Yvonne Arqueros (Chairperson), is-Sa Moira Galea u s-Sur Kurt Zammit (Membri). L-informazzjoni dwar kemm-il darba ltaqa’ l-bord u minn kien Preżenti għal dawn il-laqgħat qed tinagħta fit-tabella t’hawn taħt : Data Is-Sur Cleavon Vella (Chair) Is-Sa Marylee Camilleri Kasap Is-Sur Nathaniel Cutajar Is-Sa Nathalie Cutajar 9 ta’ Frar 2016 Preżenti Preżenti Preżenti Kienet għadha mhix maħtura 10 ta’ Marzu 2016 Preżenti Preżenti Preżenti Kienet għadha mhix maħtura 20 ta’ Mejju 2016 Preżenti Preżenti Assenti Preżenti 26 ta’ Mejju 2016 Preżenti Preżenti Assenti Preżenti 16 ta’ Ġunju 2016 Preżenti Preżenti Assenti Preżenti 21 ta’ Ġunju 2016 Preżenti Preżenti Assenti Preżenti 28 ta’ Ġunju 2016 Preżenti Preżenti Assenti Preżenti 7 ta’ Lulju 2016 Preżenti Preżenti Assenti Preżenti Data Is-Sa Yvonne Arqueros (Chair) Is-Sa Moira Galea Is-Sur Kurt Zammit 14 ta’ Settembru 2017 Preżenti Preżenti Preżenti 3 ta’ Jannar 2018 Preżenti Preżenti Preżenti 5 ta’ Jananr 2018 Preżenti Preżenti Preżenti 12 ta’ Jannar 2018 Preżenti Preżenti Preżenti 7 ta’ Diċembru 2018 Preżenti Preżenti Preżenti

Persuni akkużati li għamlu użu minn passaport ta’ ħaddieħor

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il persuna ġiet akkużata li għamlet użu jew ippruvat tagħmel użu minn passaport maħruġ lil persuna oħra sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ntużaw, l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Frar 2019 kien hemm wieħed u tmenin (81) persuna li ġiet akkużata li għamlet użu jew ippruvat tagħmel użu minn passaport maħruġ lil persuna oħra. Dettalji dwar ta’ liema pajjiżi kienu l-passaporti li ntużaw ma tinżammx, iżda dettalji dwar, l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati kif ukoll il-piena li ngħatat mill-Qorti jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni akkużati b’falsifikazzjoni ta’ passaporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata li ffalsifikat, biddlet jew għamlet xi tibdil f'passaport jew inkella wżat jew kellha passaport li taf li ġie ffalsifikat, mibdul jew sar tibdil fih sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2013 sal-aħħar ta’ Frar 2019 kien hemm tliet mija u ħamsa u disgħin (395) każ fejn persuni barranin instabu li għamlu użu b’passporti falsifikati, u dawn ġew skoperti fis-snin kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ dokumenti skoperti kull sena, l-etajiet u s-sess. Dwar nazzjonalità tal-persuni misjuba jagħmlu użu ta’ dawn il-passaporti, kienu diversi u jinkludu Afgani – Albaniżi – Kongoliżi – Costa tal-Ivorju – Egizzjani – Eritrej – Ethiopiani - Iranjani – Libjani – Mali – Niger – Nigerjani – Serbi – Somali – Sudaniżi – Sirjani – Torok – Gambjani – Lebaniżi – Senegaliżi – Bosniaċi – Kolumbjani – Russi u Togoliżi fost oħrajn. Filwaqt li f’erba’ każi minn dawn il-persuni mressqa ġew liberti u fi 12-il każ ieħor is-sentenza għadha pendenti, u fil-każijiet l-oħra l-persuni mressqa kollha nstabu ħatja. Il-pieni kienu jvarjaw minn priġunerija effettiva, għal sentenzi sospiżi b’perjodi diversi u Libertà kundizzjonata.

Korp tal-Pulizija – rapporti ta’ każijiet ta’ telf ta’ passaporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każijiet ta' telf ta' passaporti lill-Korp tal-Pulizija sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ġew irrapurtati bħala mitlufa, kemm-il passaport instab u kemm-il passaport baqa' mitluf?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li skont is-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija, fil-perjodu ta’ bejn is-sena 2013 u t-28 ta’ Frar tal-2019 l-ammont ta’ passaporti li ġew irrapurtati mitlufa u dawk misjuba, kien kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Mis-sistema ma jistgħux jiġu elenkati d-dettalji ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ġew irrapurtati bħala mitlufa għax din l-informazzjoni ma tinżammx taħt forma elettronika.
Leg 13 PQ #9074 Sitting 213 2019-04-01 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Passaporti – rapporti ta’ każijiet ta’ telf ta’ passaporti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każijiet ta' telf ta' passaporti lill-Uffiċċju tal-Passaporti, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ġew irrapurtati bħala mitlufa, kemm-il rapport sar personalment u kemm-il rapport sar bil-miktub, kemm-il passaport instab u kemm-il passaport baqa' mitluf?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ċittadini barranin li jintilfilhom jew jinsterqilhom il-passaport, iridu jagħmlu rapport fl-għases tal-pulizija u/jew fl-Ambaxxati u Konsolati, u mhux mal-Uffiċċju tal-Passaporti. Bl-istess mod, ċittadin Malti wkoll għandu l-ewwel jagħmel rapport fl-għases tal-pulizija. Madanakollu, ninsab infurmat minn Identity Malta li bejn l-2013 u llum l-ammont ta’ passaporti ta’ ċittadini Maltin immarkati mitlufa jew misruqa fis-sistema tal-Uffiċċju tal-Passaporti kien kif ġej: 2013 – 358 passaport 2014 – 486 passaport 2015 – 555 passaport 2016 – 513 passaport 2017 – 653 passaport 2018 – 759 passaport 2019 – 103 passaport

Korp tal-Pulizija – passaporti mitlufa

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm ġew ikkonsenjati passaporti li kienu mitlufa lill-Korp tal-Pulizija sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ġew ikkonsenjati lill-Korp tal-Pulizija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika ta’ kemm ġew ikkonsenjati passaporti li kienu mitlufa lill-Korp tal-Pulizija kif mitlub mill-Onor. Interpellant, u dan anke fid-dawl li dawn setgħu nstabu u ma ġewx ikkonsenjati lilhom, ġew ikkonsenjati lil awtoritajiet oħra, u raġunijiet oħra.

Pembroke — Awtorità tal-Ippjanar - permessi għal żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp fil-lokalità ta' Pembroke u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)? Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkulat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma teżistix Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) fil-lokalità ta' Pembroke.

Baħar iċ-Ċagħaq — Awtorità tal-Ippjanar - permessi għal żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp f'Baħar iċ-Ċagħaq fil-limiti tal-lokalità tan-Naxxar u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)? Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkulat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma teżistix Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) fil-lokalità ta' Baħar iċ-Ċagħaq.

Dipartiment tas-Sajd u tal-Akwakultura – permessi u kontrolli fuq l-operat tal-fish farms tat-tonn

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' inkjesta mmexxija miċ-Chairperson li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar l-operat tad-Dipartiment tas-Sajd u tal-Akwakultura fejn jikkonċerna l-permessi u l-kontrolli fuq l-operat tal-fish farms tat-tonn u li ġie ppreżentat nhar id-9 ta' Ġunju 2017?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant li fir-rigward tar-rapport ta’ inkjesta fejn tikkonċerna l-permessi u l-kontrolli fuq l-operat tal-fish farms tat-tonn, wieħed jista’ jifhem li fid-dawl ta’ l-iżviluppi reċenti fid-Dipartiment tas-Sajd u tal-Akwakultura, mhux għaqli li tiġi ppublikata l-inkjesta fl-intier tagħha minħabba li għaddejja investigazzjoni ulterjuri mill-Maġistrat Inkwerenti. Imma nista nippubblika l-konklużjonijiet tar-rapport hekk kif ġej: 1. ld-Dipartiment, bħala regolatur tal-akwakultura, għandu sistema ta' kontrolli fuq l-operaturi tal- fishfarms tat-tonn u l-proċess relatat, għalkemm inħass li hemm bżonn ta’ riżorsi ulterjuri tenut kont tal-mod qawwi Ii bih kibret l-industrija taI- fishharms tat-tonn f’Malta, partikolarment sabiex isiru l-kontrolli fuq il- fishfarms biex jiġi żgurat Ii mhux qed isir abbuż mill-operaturi. 2. ll-Bord ma sab l-ebda evidenza Ii tindika li l-proċess innifsu adottat mid-Dipartiment qed jagħti preferenza lil xi operatur partikolari a skapitu ta’ operaturi oħrajn. Jirriżulta li l-proċess huwa l-istess għall-operaturi kollha. 3. Il-Bord lanqas ma sab evidenza ta’ xi forma ta’ kollużjoni bejn uffiċjali pubbliċi li permezz tiegħu jista’ jkun ivvantaġġjat xi operatur ’l fuq minn ieħor. 4. Madanakollu l-Bord sab illi jeżistu ċirkostanzi li jagħtu x’jifhmu illi jista’ jkun hemm xi abbuż da parti ta’ operatur, u dan għar-raġunijiet indikati fil-proċess tal- harvesting . Il-Bord ma sab ebda evidenza li d-Dipartiment huwa kompliċi f’dan, għalkemm jidhirlu li fiċ-ċikorstanzi setgħu saru aktar kontrolli, u għandhom isiru aktar kontrolli biex jiġi aċċertat illi diskrepanzi kbar Ii jirriżultaw fll- weight gain tat-tonn mhumiex ir-riżultat ta’ xi abbuż. 5. Il-Bord ma sabx evidenza li xi uffiċjal pubbliku kkommetta xi aġir li jnaqqas il-fiduċja fl-amministrazzjoni pubblika. Madanakollu, għall-ilmenti dwar kunflitt ta’ interess, il-Bord sab illi l-fatt illi sa dak iż-żmien Assistent Direttur hija il-konjuga ta’ manager ta’ wieħed mill-erba’ operaturi tal- fishfarms kienet qed tnaqqas il-fiduċja fl-amministrazzjoni pubblika mill-operaturi l-oħra tal- fishfarms . Nixtieq ninforma lil-Kamra li abbażi ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima ħa l-azzjonijiet biex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet. Wieħed jifhem li żviluppi li seħħew fl-aħħar ġimgħat juri li fadal aktar xi jsir fir-rigward ta’ reklutaġġ ta’ uffiċjali, taħriġ u intorduzzjoni ta’ sistemi li jsaħħu l-operat ta’ dan id-dipartiment.

Direttorat dwar ir-Regolamentazzjoni Veterinarja dwar il-qtil ta’ bhejjem — operat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta mmexxija miċ-Chairperson li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar l-operat tad-Direttorat dwar ir-Regolamentazzjoni Veterinarja dwar il-qtil ta’ bhejjem wara li allegatament fil-merħliet tagħhom instabet il-marda tat-tuberkulożi u li ġiet maħtura nhar it-23 ta' Lulju 2018 tlestietx? Jekk iva, jista' jagħti d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport tal-inkjesta u jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-inkjesta għadha mhux konkluża. Il-Kumitat konċernat talab għal estensjoni sabiex ikun jista’ jingħalaq dan il-proċess, liema talba ġiet milqugħa.

Kumpless tal-Magħtab – ħruq – tmexxija ta’ inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta mmexxija miċ-Chairperson li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar il-ħruq li sar ġewwa l-kumpless tal-Magħtab nhar il-Ġimgħa 31 ta' Awwissu 2018 u li ġiet maħtura nhar l-10 ta' Settembru 2018 tlestietx? Jekk iva, jista' jgħid id-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport tal-inkjesta u jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant, li fuq il-każ in kwistjoni jiena kont tlabt biex tinfetaħ Inkjesta Maġisterjali, iżda ftit wara ġejt infurmat li l-Maġistrat Inkwerenti ma ħassitx il-bżonn li tinfetaħ din l-inkjesta. Għaldaqstant, jien kont tlabt biex isir rapport intern fuq dan l-inċident u rrizulta li: 1. ll-kawża tan-nar ġiet identifikata u stabbilita dakinhar stess, bħala li kienet ikkawżata minn materjali kombustibbli – Refuse Derived Fuel (RDF). 2. Il-Protezzjoni Ċivili kkonfermat dakinhar stess u b’mod pubbliku li l-Wasteserv kienet attrezzata u preparata tajjeb sabiex tilqa’ għal eventwalita’ bħal din. 3. Barra minnhekk, f’rapport li sar minn esperti mqabbdin mill-ERA rriżulta li d-duħħan ma ħalliex impatt negattiv fuq l-ambjent u kif ukoll fuq is-saħħa tal-bniedem.

Awtorità tal-Ippjanar – Reviżjoni tal-Pjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess biex jiġu riveduti l-Pjani Lokali mill-Awtorità għall-Ippjanar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq ir-reviżjoni komprensiva tal-Pjanijiet Lokali kollha għal Malta u Għawdex kompla għaddej u issa qed ikun hemm focus fuq numru ta’ issues li huma ta’ natura aktar strateġika u li jinħtieġ ġbir ta’ aktar informazzjoni u evalwazzjoni ta’ għażliet differenti.

Kunsilli Lokali – petizzjonijiet preżentati għal bdil ta’ stemma tal-lokalità

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 1993 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il petizzjoni ġiet ippreżentata lilu mill-Kunsilli Lokali ta' Malta u Għawdex għal tibdil fid-disinn tal-istemma tal-lokalità tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid minn liema Kunsilli Lokali ġew ippreżentati l-imsemmija petizzjonijiet u liema minnhom ġew aċċettati, liema ġew miċħuda u liema għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li mir-rekords li għandha d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali jirriżulta li mis-sena 1993 sat-12 ta’ Marzu 2019 saru 27 petizzjoni minn 26 Kunsilli Lokali għal tibdil fid-disinn tal-istemma tal-lokalità tagħhom. Minn dawn is-27 petizzjoni, 18 ġew aċċettati, 3 ma ġewx aċċettati u 6 għadhom pendenti. Hawn tażt hawn tabella b’iktar informazzjoni. Tabella Lista tal-Kunsilli Lokali li ppreżentaw l-petizzjonijiet għal tibdil fid-disinn tal-istemma tal-lokalità tagħhom u f’liema stadju waslet. Kunsill LokaliAċċettataMiċħudaPendenti Il-BirguX L-IslaX Ħaż-ŻebbuġX Is-SiġġiewiX Ħ’AttardX BirżebbuġaX FlorianaX Il-Gudja X Għajnsielem X Ħal GħaxaqX Il-KalkaraX Ħal LijaX Il-MellieħaX L-ImġarrX Il-MostaXX L-Imqabba X In-NadurX In-NaxxarX PaolaX Il-QrendiX San Ġiljan X Santa Venera X Ta’ Xbiex X Ix-Xagħra X Ix-XgħajraX Iż-Żurrieq X Total: 261836

Kunsilli Lokali – applikazzjonijiet għall-approvazzjoni għal motto

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 1993 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il applikazzjoni saret lilu mill-Kunsilli Lokali ta' Malta u Għawdex sabiex jingħataw approvazzjoni li jużaw motto? Jista' l-Ministru jgħid minn liema Kunsilli Lokali ġew ippreżentati l-imsemmija applikazzjonijiet u liema minnhom ġew aċċettati, liema ġew miċħuda u liema għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mir-rekords misjuba fid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali jirriżulta li mill-1993 sal-llum kien hemm tlett talbiet għall-bdil fil-motto, skont kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Kunsill LokaliMeta saret it-talbaKummenti Is-Siġġiewi 12 t’April 1999 – Bdil tal-istemma u l-motto “Is-Siġġiewi – Belt Ferdinand” It-talba għall-bidla fl-istemma intlaqgħet, iżda dik tal-motto l-ġdid le. Il-Fgura 18 ta’ Mejju 2010 – L-inklużjoni tal-motto “Minn xbiehetek ħadt ismi” It-talba ma ġietx aċċettata. Ta’ Xbiex 22 ta’ Ġunju 1994 - L-inklużjoni tal-motto “Unitate Fortior” Il-Kunsill intalab jagħti d-dettalji biex jiġġustifika t-talba tiegħu, iżda dan tal-aħħar ma weġibx. L-aħħar komunikazzjoni dwar din il-materja tmur lura għas-16 ta’ Mejju 1996.