Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet — membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid, min kienu l-persuni li ġew maħtura bħala membri tal-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-data meta ġie maħtur u f'liema qasam għandu għarfien u esperjenza għal kull wieħed mill-membri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

L-Onor. Prim Ministru approva l-Bord Għall-Governanza tal-Ħabsijiet fil-20 ta’ Settembru 2018, u huwa kostitwit kif ġej: Chairperson Is-Sur Anthony Mario Ellul (esperjenza fl-immaniġġar ta’ proġetti u implementazzjoni ta’ proġetti) Membri: Prof. Janice Formosa Pace B.Psy. (Melit.), M.Sc Forensic and Legal (Leics.), Ph.D. (Hudd.) Dott. Marija Axiak M.D M.R.C.Psych. MBA (Public Management) Is-Sur Stephen Fenech LCCI (Business Studies), M.B.A. (Henley) Dott. Vincent Micallef B.A. Legal & Humanistic (Theology) Studies; LL.D

Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet — dokumenti

Question

Jista' l-Ministri jgħid, x'dokumenti ġew sottomessi lilu mill-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet għall-approvazzjoni preliminari tiegħu mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-imsemmija dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ħabs jeżisti element ta’ sigurtà u kunfidenzjalità li allura jistgħu jippreġudikaw l-operat tal-istess Ħabs għaldaqstant ma jkunx għaqli li rapporti jiġu ppubblikati.

Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi – każijiet ta’ rqajja’ kbar, ħmieġ u ragħwa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8952 u jgħid, kemm irċeviet rapporti l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi dwar każijiet ta' rqajja’ kbar ta’ ħmieġ u ragħwa mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-data ta' kull rapport, il-lokalità u/jew indikazzjoni tal-bajja u x'azzjoni ttieħdet dwar kull rapport?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Maħfriet Presidenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8889 u 8323 u jgħid kemm-il maħfra Presidenzjali ngħatat mill-4 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif inbidlet is-sentenza jew kundanna li dwarha ngħatat il-maħfra?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – spiża ta’ servizz ta’ mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7680, 8148, 8797 u 9082 u jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kienet l-ispiża għas-servizz ta' mobile telephone li jintuża minnu stess bħala Ministru u li jitħallas mill-Gvern?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #9841 Sitting 218 2019-04-09 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Moving forward — Government of Malta Magazine - nefqa

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9091, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar in-nefqa għall-pubblikazzjoni bl-isem "Moving forward - Government of Malta Magazine" ippubblikat fi Frar 2019 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher hawn taħt : Fotografija : €796 Design & Artwork : €2,478 Proofs, Copy-to-Plate, Printing : €30,975 Posta : €4,622

Postijiet indikati bħala ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid, liema postijiet jew binjiet jew partijiet minnhom ġew iddikjarati minnu bħala ħabs mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-data ta' meta l-ordnijiet mogħtija minnu dwar postijiet jew binjiet dikjarati bħala ħabs ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jiena infurmat li l-ebda post jew bini ma ġie ddikjarat bħala ħabs mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Bord ta’ Monitoraġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid, min kienu l-membri tal-Bord ta’ Monitoraġġ tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-data tal-ħatra ta' kull wieħed mill-membri u jindika wkoll jekk għadhomx iservu bħala membri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Stati Uniti tal-Amerika – ittri rogatorji

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mill-Istati Uniti tal-Amerika lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Repubblika Federali tal-Ġermanja – ittri rogatorji

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Renju tal-Belġju – Ittri rogatorji

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Renju tal-Belġju lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Repubblika tal-Panama – ittri rogatorji

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Repubblika tal-Panama lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Emirati Għarab Magħquda – ittri rogatorji

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mill-Emirati Għarab Magħquda lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Tribunal Lokali — prosekuturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9027 u jgħid min huma l-prosekuturi fit-Tribunali Lokali? Jista' jgħid għal kull wieħed minnhom, meta jiskadi l-kuntratt tiegħu bħala prosekutur u b'liema rata u sistema qiegħed jitħallas?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8310 u 8853 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8890.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Grievance Boards

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8311 u 8854 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Tista' tgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma tindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Tista' tgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8890 tas-seduta 203 f’din il-Leġiżlatura imwieġba mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #9242 Sitting 215 2019-04-03 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8312 u 8855 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 8890. Peress li din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onor. Interpellant li jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.

Reviżjoni komprensiva tal-Pjanijiet Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-‘issues’ li fuqhom qed isir ‘focus’ u li huma ta' natura aktar strateġika u li jinħtieġu ġbir ta’ aktar informazzjoni u evalwazzjoni ta’ għażliet differenti, bħala parti mill-proċess tar-reviżjoni komprensiva tal-Pjanijiet Lokali kollha għal Malta u Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kumpless tal-Magħtab – ħruq – tmexxija ta’ inkjesta

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9038, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport intern li huwa talab li jsir dwar il-ħruq li sar ġewwa l-kumpless tal-Magħtab nhar il-Ġimgħa 31 ta' Awwissu 2018?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 9038, li fiha elenkajt il-konklużjonijiet tar-rapport, u allura f’dan l-istadju ma hemmx iżjed xi nżid.
Leg 13 PQ #9779 Sitting 215 2019-04-03 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Bajja tal-Balluta — studji

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8955, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji li saru mis-sena 2013 sas-sena 2019 dwar il-Bajja tal-Balluta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li mill-2013 saru dawn l-istudji: · Balluta Bay beach replenishment · Marine benthic survey · Balluta Bay beach re-nourishment – Pilot experimental project · Proposed beach replenishment project – Balluta Bay · Beach profiles, sections and bathymetric soundings