Legislature:
Category:
Reset
Active:

Renju tal-Belġju – Ittri rogatorji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9782 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Renju tal-Belġju lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 9908.

Repubblika tal-Panama – ittri rogatorji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9783 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Repubblika tal-Panama lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 9908.

Emirati Għarab Magħquda – ittri rogatorji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9784 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mill-Emirati Għarab Magħquda lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 9908.

Tribunal Lokali — prosekuturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9027 u 9785 u jgħid min huma l-prosekuturi fit-Tribunali Lokali? Jista' jgħid għal kull wieħed minnhom, meta jiskadi l-kuntratt tiegħu bħala prosekutur u b'liema rata u sistema qiegħed jitħallas?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ktieb tal-Viżitaturi Uffiċjali tal-Ħabs – osservazzjoni mniżżla

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il osservazzjoni ġiet imniżżla fil-Ktieb tal-Viżitaturi Uffiċjali mill-Viżitaturi Speċjali tal-Ħabs u ċjoè l-Ministru responsabbli għall-ħabs, il-Prim Imħallef, l-Imħallfin, il-Maġistrati u l-Avukat Ġenerali, dwar il-ħabs u l-priġunieri skont dak li jipprovdi l-artikolu 8(4) tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma l-Onor. Interpellant li żjarat saru biss mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali direttament responsabbli mill-Ħabs, iżda qatt ma nkitbu osservanzi.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġett Kapitali — Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8318 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba diġà mogħtija mill-OPM għall-mistoqsija parlamentari 8890 f’Seduta 203. Nixtieq nżid ukoll li skont l-informazzjoni miġbura mill-entitajiet t-tagħrif mitlub qed jiġi anness fit-tabella t’hawn taħt; Entità Każi mressqa ( submissions ) Każi milqugħa ( Upheld ) Ammont tal-kumpens Membri tal-bord Ħlas lill-membri tal-bord Dr. Silvio Debono Ċermen TM 159 38 € 270,359.60 Dr. Aron Mifsud Bonnici Membru Mr. Joshua Zammit Membru € 30,367.30 *Eur 30367.3 - dan l-ammont ġie mħallas lil kumpanija IDEA u mhux lil membri tal-Bord individwali.

Att dwar l-Immigrazzjoni – permess għal residenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il permess għal residenza maħruġ skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap. 217 tal-Liġijiet ta' Malta) ġie revokat? Jista' jgħid għal kull permess li ġie revokat, x'kienu r-raġuni jew raġunijiet għar-revoka tal-permess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Uffiċjali Prinċipali tal-Immigrazzjoni – uffiċjali pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali pubbliċi li huma awtorizzati mill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni sabiex f'ismu jeżerċitaw jew jaqdu xi setgħat jew dmirijiet mogħtija lilu bis-saħħa tal-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap. 217 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid ukoll għal kull waħda mill-imsemmija persuni, x'setgħat jew dmirijiet ġew awtorizzati li jeżerċitaw jew jaqdu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li bis-Saħħa tal-Artikolu 3 tal-Kapitlu 217 tal-Liġijiet ta’ Malta (Att dwar l-Immigrazzjoni) kull persuna stazzjonata fis-sezzjoni tal-Ispecial Branch tal-Korp tal-Pulizija hija awtorizzata teżerċita, jew taqdi f’isem l-Uffiċċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni, kwalunkwè setgħat jew dmirijiet skont l-istess Att jew regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu.

Ċirkulari għal tneħħija ta’ affarijiet reliġjużi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa taċ-ċirkolari li nħarġet nhar is-6 ta' April 2019 fid-Dipartiment għall-Kura Primarja u li permezz tagħha ġie ordnat li kwalunkwe oġġetti jew xbihat reliġjużi (inkluż santi mwaħħlin mal-ħajt) għandhom jitneħħew mill-Kliniċi (Bereġ) tal-Gvern u/jew miċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi d-dokument imsemmi minnu fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninfurmah ukoll li din iċ-ċirkulari kienet ġiet irtirata fuq ordni diretta tiegħi.

Mandati ta’ Arrest Ewropew

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il mandat ta' arrest Ewropew ġie esegwit f'Malta? Jista' jgħid għal kull wieħed mill-imsemmija mandati ta' arrest Ewropew, x'kienet l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuna li kontra tagħha nħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew? Jista' jgħid għal kull wieħed mill-imsemmija mandati ta' arrest Ewropew, liema pajjiż ħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew u x'kien ir-reat jew ir-reati li dwaru nħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew?

Response (BONNICI, OWEN)

Mit-2013 sas-26 ta’ April 2019 fit-Qorti ta’ Malta daħlu tlieta u tmenin (83) mandat ta’ arrest Ewropew skont t-tabella t'hawn taht. Mill-istess tabella jirriżulta l-età, is-sess, in-nazzjonalità tal-persuna li kontra tagħha nħareġ il-mandat ta’arrest Ewropew, kif ukoll ir-reat. Quddiem il-Qorti ta’ Għawdex kien hemm mandat ta’ arrest Ewropew wieħed, li ma nżammitx statistika dwaru. L-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew issir mill-Pulizija u l-Qorti ma jkollhiex informazzjoni f’dan ir-rigward. 2013 Date of BirthSEXNATIONALITYCOUNTRY ISSUING EAWOFFENCES 26/07/1968MaleEgyptianMaltaTrafficking in Human Beings 22/08/1973MaleMalteseMaltaSexual exploitation of children and child pornography 30/09/1980MaleMalteseMaltafraud, including that effecting the financial interests of the European communities within the meaning of the Convention of 26July 1995 on the protection of European Communities' financial interests/ swindling 03/01/1978MaleChileanMaltamurder, grievous bodily injury 04/05/1973MaleNigerianMaltaillicit trafficking in narcotic drugs and psychotropic substances; laundering of the proceeds of crime 17/04/1981MaleRomanianMaltatheft and other related crimes 03/10/1984MaleNigerMaltafraud, including that effecting the financial interests of the European communities within the meaning of the Convention of 26July 1995 on the protection of European Communities' financial interests; 22/02/1986FemaleEstoniaMaltaoffence of aggravated misappropriation: offence of pretended rights 18/12/1975MaleMalteseMaltafraud, including that effecting the financial interests of the European communities within the meaning of the Convention of 26July 1995 on the protection of European Communities' financial interests; 2014 Date of BirthSEXNATIONALITYCOUNTRY ISSUING EAWOFFENCES 01/05/1978MaleItalianMaltadrug trafficking 26/12/1964MaleMalteseMaltamisappropriation, fraud and forgery 26/12/1964MaleMalteseMaltamisappropriation 26/12/1964MaleMalteseMaltamisappropriation, fraud 26/12/1964MaleMalteseMaltamisappropriation, fraud and forgery 18/11/1985MaleMalteseMaltacounterfeiting of currency , forgery of Euro currency 26/12/1964MaleMalteseMaltamisappropriation, fraud 26/12/1964MaleMalteseMaltaMisappropriation, fraud and forgery, forgery of public documents malicious use of forged documents, false declarations, forgery of private edocs. 26/12/1964MaleMalteseMaltamisappropriation 26/12/1964MaleMalteseMaltaMisappropriation, fraud and forgery, forgery of public documents malicious use of forged documents, false declarations, forgery of private edocs. 30/10/1978MaleMalteseMaltadrug trafficking 30/10/1978MaleMalteseMaltadrug trafficking 2015 Date of BirthSEXNATIONALITYCOUNTRY ISSUING EAWOFFENCES 13/11/1971FSwedishMaltakidnapping, illegal restrain and hostage taking 16/07/1995MaleBritishMaltakidnapping, illegal restrain and hostage taking 07/08/1980MaleLibyanMaltawilful homicide; possession of an arm 12/12/1989MaleItalianMaltavilification threats of bodily harm and assault on public officers 16/04/1973MaleItalianMaltadrug trafficking 16/04/1973MaleItalianMaltadrug trafficking 03/02/1982MaleColombianMaltadrug trafficking, money laundering 06/11/1959MaleTunisianMaltahuman trafficking 11/11/1978MaleMalteseMaltadrug trafficking 07/08/1983MaleNigerianMaltamoney laundering 07/08/1983MaleNigerianMaltamoney laundering 02/07/1971MaleBritishMaltafraud, including that effecting the financial interests of the European communities within the meaning of the Convention of 26July 1995 on the protection of European Communities' financial interests; 17/03/1982MaleTurkishMaltamurder, grievous bodily injury 06/01/1978MaleMalteseMaltatheft 27/02/1982MaleAmericanMaltadrug trafficking, money laundering 05/07/1988MaleBosnia HerzegovinaMaltafraud 20/12/1966MaleItalianMaltadrug trafficking 26/09/1967FemaleRomanianMaltatheft 29/09/1963MaleRomanianMaltatheft 05/05/1961MaleRomanianMaltatheft 14/12/1965MaleItalianMaltamurder, grievous bodily injury 18/12/1994MaleItalianMaltamurder, grievous bodily injury 01/05/1978MaleItalianMaltadrug trafficking 02/06/1969MaleMalteseMaltafraud, including that effecting the financial interests of the European communities within the meaning of the Convention of 26July 1995 on the protection of European Communities' financial interests; 2016 Date of BirthSEXNATIONALITYCOUNTRY ISSUING EAWOFFENCES 06/08/1978MaleNigerianMaltadrug trafficking 02/06/1969MaleMalteseMaltafraud, including that effecting the financial interests of the European communities within the meaning of the Convention of 26July 1995 on the protection of European Communities' financial interests; 20/01/1966FemaleBulgarianMaltatheft 18/01/1993FemaleFrenchMaltamurder, grievous bodily injury 16/12/1965FemaleRussianMaltaswindling 22/08/1975MaleSpanishMaltadrug trafficking 10/07/1978MaleItalyMaltadrug trafficking 25/01/1989MaleItalyMaltadrug trafficking 25/03/1997MaleItalyMaltadrug trafficking 04/05/1976MaleAfricanMaltadrug trafficking 18/01/1993FemaleFrenchMaltamurder, grievous bodily injury 26/11/1985MaleSerbianMaltatheft 05/12/1968MaleCroatianMaltaforgery of administrative documents. 2017 Date of BirthSEXNATIONALITYCOUNTRY ISSUING EAWOFFENCES 22/07/1987MaleNigerianMaltadrug trafficking 09/08/1977MaleNigerianMaltadrug trafficking 30/11/1990MaleLibyan/HungarianMaltaMurder, grievous bodily injury, illegal restraing, kidnapping and hostage taking. 24/02/1983MaleLibyan MaltaMurder, grievous bodily injury, illegal restraing, kidnapping and hostage taking. 08/01/1979MaleMalteseMaltadrug trafficking 24/03/1983FemalePolishMaltahuman trafficking 27/02/1981MaleDutchMaltafraud, including that effecting the financial interests of the European communities within the meaning of the Convention of 26July 1995 on the protection of European Communities' financial interests; rape 24/03/1983FemalePolishMaltahuman trafficking 05/08/1987MaleGeorgianMaltaparticipation in a criminal organisation; organised or armed robbery 08/09/1982FemaleRussianMaltafraud, including that effecting the financial interests of the European communities within the meaning of the Convention of 26July 1995 on the protection of European Communities' financial interests; 16/01/1969MaleGeorgianMaltamurder, grievous bodily injury 08/09/1982FemaleRussianMaltafraud, including that effecting the financial interests of the European communities within the meaning of the Convention of 26July 1995 on the protection of European Communities' financial interests; 01/01/1976MaleNigerianMaltadrug trafficking 30/08/1972FemaleGermanMaltaMurder, grievous bodily injury, illegal restraing, kidnapping and hostage taking. 05/08/1987MaleGeorgianMaltaparticipation in a criminal organisation; organised or armed robbery Date of BirthSEXNATIONALITYCOUNTRY ISSUING EAWOFFENCES 16/04/1990MaleGeorgianMaltaparticipation in a criminal organisation; organised or armed robbery 02/05/1974MaleGeorgianMaltaparticipation in a criminal organisation; organised or armed robbery 11/10/1972MaleGeorgianMaltaparticipation in a criminal organisation; organised or armed robbery, forgery of administrative documents 25/03/1988FemaleKyrgyzMaltaparticipation in a criminal organisation; organised or armed robbery 2018 Date of BirthSEXNATIONALITYCOUNTRY ISSUING EAWOFFENCES 03/02/1971MaleItalianMaltadrug trafficking 13/02/1972MaleMaltese Maltaforgery of documents 07/03/1990MaleRomanianMaltaMurder, grievous bodily injury. 29/03/1989MaleFrenchMaltarape 25/11/1976MaleMacedoniaMaltaorganised or armed robbery, forgery of administrative documents 2019 Date of BirthSEXNATIONALITYCOUNTRY ISSUING EAWOFFENCES 23/08/1965MaleItalianMaltadrug trafficking

Mandati ta’ Arrest Ewropew

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il mandat ta' arrest Ewropew ġie esegwit f'Malta? Jista' jgħid għal kull wieħed mill-imsemmija mandati ta' arrest Ewropew, x'kienet l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuna li kontra tagħha nħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew? Jista' jgħid għal kull wieħed mill-imsemmija mandati ta' arrest Ewropew, liema pajjiż ħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew u x'kien ir-reat jew ir-reati li dwaru nħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li mis-sena 2013 sal-15 ta’ April, 2019, l-ammont ta’ mandati ta' arrest Ewropew li ġie esegwit f'Malta kien ta’ tmienja u sittin (68). Dettalji oħra mitluba fil-mistoqsija tal-Onor. Interpellant jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Stati Uniti tal-Amerika – ittri rogatorji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9780 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mill-Istati Uniti tal-Amerika lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Membru għar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet tiegħu stess numri 8809 sa 8813 li saru fi Frar ta’din is-sena, kif ukoll għall-Ordni Permenenti numru 27(9) dwar ir-ripetizzjoni ta’ interpellanzi li jkunu diġà ġew imwieġba. Jekk l-iskop tal-Onor. interpellant fir-ripetizzjoni tal-istess mistoqsija f’perjodu qasir huwa li indirettament jagħmel ‘fishing expedition’ dwar xi suġġett partikolari nħoss illi dan ma għandux jiġi permess billi jista’ jfixkel l-integrita ta’ investigazzjonijiet li jkunu kurrenti.

Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija – każ pendenti dwar użu eċċessiv ta’ forza

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-każ li jinsab pendenti quddiem il-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija dwar l-użu ta' forza eċċessiva li ġiet deskritta wkoll mill-Prim Ministru bħala "heavy-handed", ma' attivisti tal-Moviment Graffitti u tal-Kamp Emerġenza Ambjent waqt protesta li kienet qed issir fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana nhar il-Ħamis 13 ta' Settembru 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija lesta u ppreżenta r-rapport tiegħu skont il-liġi, fil-5 ta’ Frar 2019.
Leg 13 PQ #9882 Sitting 223 2019-04-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadini tar-Renju Unit – applikazzjoni għal ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċittadini tar-Renju Unit li applikaw biex jingħataw iċ-ċittadinanza Maltija minħabba d-deċiżjoni tar-Renju Unit li ma tibqax Stat Membru tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuni ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija, kemm-il talba ġiet miċħuda u kemm-il talba għadha pendenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant li waqt li r-raġuni li għaliha persuna tkun qed tapplika għaċ-ċittadinanza ma tkunx ikkomunikata, skont l-informazzjoni mogħtija lili, in-numru t’applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija minn ċittadini Brittaniċi mill-2016 sal-lum huwa kif jidher hawn taħt : 2016 2017 2018 2019 (12/04/19) Applikazzjonijiet sottomessi 387 621 814 263 Ċertifikati maħruġa 177 334 898 175 Applikazzjonijiet irrifjutati 12 24 24 30 * Mhux neċessarjament li l-applikazzjoni pproċessata tkun tikkorrispondi għal dik is-sena li fiha tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni.

Rikorsi għal awtorizzazzjoni ta’ minuri għal awtorizzazzjoni għal kummerċ

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il att pubbliku ġie rreġistrat fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili sabiex minuri li jkun għalaq is-sittax-il sena jiġi awtorizzat jikkummerċja u jitqies bħala li hu tal-età għall-obbligazzjonijiet li bihom jintrabat f’affarijiet tal-kummerċ? Jista' l-Ministru jgħid l-età, is-sess u f'liema lokalità kienu joqogħdu l-imsemmija minuri?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta kien hemm 98 att ippreżentati fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili mis-sena 2000 sallum, li bihom minuri li jkun għalaq is-sittax-il sena ġie awtorizzat jikkummerċja u beda jitqies bħala li hu tal-età għall-obbligazzjonijiet li bihom jintrabat f’affarijiet tal-kummerċ. It-Tabella t’hawn taħt turi l-età, is-sess u f'liema lokalità kienu joqogħdu l-imsemmija minuri msemmija fl-atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qrati Ċivili hawn Malta Intant infurmat li fil-Qorti ta’ Għawdex kien hemm 16 att ippreżentati fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili mis-sena 2000 sallum, li bihom minuri li jkun għalaq is-sittax-il sena ġie awtorizzat jikkummerċja u beda jitqies bħala li hu tal-età għall-obbligazzjonijiet li bihom jintrabat f’affarijiet tal-kummerċ. It-Tabella t’hawn taħt turi l-età, is-sess u f'liema lokalità kienu joqogħdu l-imsemmija minuri imsemmija fl-atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qrati Ċivili, Għawdex: Qorti ta’ Malta Eta' Sess Lokalità 16 M Sliema 17 M Msida 17 M Tarxien 17 F Sliema 16 M Fgura 17 M Mosta 16 M Marsaskala 17 M Attard 16 M Sliema 17 M Naxxar 16 M Għargħur 17 F Żurrieq 16 F Attard 17 F Sta. Venera 16 M Mosta 16 M Mġarr 17 M Birżebbuġa 17 M Mqabba 17 M Mqabba 17 M Birkirkara 17 M Attard 16 M Rabat 17 M Żabbar 17 F Żebbuġ 17 M Mqabba 17 M Attard 16 F Balzan 17 M Dingli 17 F San Ġwann 16 M Marsaxlokk 16 M Marsa 16 F Żebbuġ 16 F Attard 16 M Żabbar 17 M Swieqi 16 F Marsa 17 M Birkirkara 16 F Sliema 16 M Mosta 16 F Luqa 16 M Paola 17 F San Ġwann 17 F Qormi 16 M Sliema 17 F Attard 17 M Rabat 17 F Mellieħa 17 M Marsaskala 16 F San Pawl il-Baħar 16 M San Ġwann 16 M Mellieħa 16 M Dingli 16 M Għargħur 16 M Żabbar 17 M Mosta 17 M Birkirkara 17 M San Ġwann 17 F Rabat 17 F Mosta 17 M Paola 16 F Marsaxlokk 17 F Żebbuġ 17 F Birgu 16 F Mosta 16 M Sliema 16 M Sliema 17 M Pembroke 17 F Żebbuġ 17 M Attard 16 F Sta. Venera 16 F Rabat 16 F Naxxar 16 M Safi 16 M Naxxar 17 F Żebbuġ 17 M Żebbuġ 17 F Żebbuġ 17 M San Pawl il-Baħar 17 F Sliema 16 M Bormla 16 M Qormi 16 F Mellieħa 16 M Msida 17 M West Ackton (UK) 16 M Msida 17 F Birżebbuġa 16 F Qormi 16 M Żabbar 17 F San Ġwann 16 F San Ġiljan 16 M Sannat 16 M Mosta 16 F Naxxar 16 M Qormi 16 M Mosta 16 M Naxxar 16 M Iklin 17 M Swieqi 16 F Iklin 17 M Swieqi Qorti ta’ Ghawdex Età Sess Lokalità 17 Femminili Kerċem, Għawdex 16 Femminili Rabat, Għawdex 16 Maskili Rabat, Għawdex 16 Femminili Rabat, Għawdex 16 Maskili Qala, Għawdex 17 Femminili Għajnsielem, Għawdex 17 Maskili Victoria, Għawdex 17 Femminili Kerċem, Għawdex 17 Femminili Żebbuġ, Għawdex 16 Maskili Rabat, Għawdex 16 Maskili Rabat, Għawdex 16 Maskili Għarb, Għawdex 16 Femminili Sannat, Għawdex 17 Maskili Sannat, Għawdex 16 Maskili Rabat, Għawdex 16 Maskili Xagħra, Għawdex

Rikorsi għal awtorizzazzjoni ta’ minuri biex jitqies li hu tal-età

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rikors ġie ppreżentat fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili sabiex Imħallef jawtorizza minuri li jkun għalaq is-sittax-il sena biex ikun awtorizzat jikkummerċja u jitqies bħala li hu tal-età għall-obbligazzjonijiet li bihom jintrabat f’affarijiet tal-kummerċ f'każ li ż-żewġ ġenituri tal-minuri jkunu mejtin, interdetti jew assenti? Jista' jgħid l-età, is-sess u f'liema lokalità kienu joqogħdu l-imsemmija minuri?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex, mis-sena 2000 sallum ma ġie ppreżentat ebda rikors fil-Prim’ Awla tal-Qorti Civili, sabiex Imħallef jawtorizza minuri li jkun għalaq is-sittax-il sena biex ikun awtorizzat jikkummerċja u jitqies bħala li hu tal-età għall-obbligazzjonijiet li bihom jintrabat f’affarijiet tal-kummerċ f'każ li ż-żewġ ġenituri tal-minuri jkunu mejtin, interdetti jew assenti.

Atti ta’ revoka ta’ permessi għal kummerċ lill-minuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il att ta' revoka ġie rreġistrat fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili sabiex ġenituri jneħħu l-awtorità mogħtija lill-minuri biex jikkummerċja? Jista' l-Ministru jgħid l-età, is-sess u f'liema lokalità kienu joqogħdu l-imsemmija minuri?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li mis-sena 2000 sallum kien hemm att ta’ revoka wieħed ippreżentat fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili f’Malta li kien dwar minuri ta’ 17-il sena, maskili u li joqgħod is-Sannat Għawdex. Mis-sena 2000 sallum ma kien hemm ebda att ta' revoka rreġistrat fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Ġurisdizzjoni Superjuri.

Att dwar l-Immigrazzjoni – applikazzjoni għal residenza f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il applikazzjoni ġiet ippreżentata sabiex jinħareġ permess għal residenza skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap. 217 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti? Jista' jgħid kemm mill-imsemmija applikazzjonijiet saru biex il-persuna tirtira f'Malta, kemm biex il-persuna tistabbilixxi ruħha f'Malta u kemm biex il-persuna toqgħod f'Malta għal żmien indefinit?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Persuni mejta – donazzjoni ta’ organi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mis-sena 2016 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ kien hemm li fih il-qraba ta' persuna li tkun mietet u li ma kinitx donatur reġistrat, iddeċidew li jagħtu l-kunsens tagħhom sabiex issir donazzjoni tal-organi tal-persuni li tkun mietet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Diċembru 2016 sal-2017 kien hemm 14 il-donatur, fl-2018 kien hemm 12 u fl-2019 sal lum kien hemm 3 donaturi li l-kunsens inġabar mill-qraba.

Tas-Sliema – rapporti ta’ proprjetà maħruqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm ġew irrapurtati każijiet ta' ħruq f'proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' Tas-Sliema, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'liema toroq jew żoni f'Tas-Sliema seħħew l-imsemmija każijiet ta' ħruq, xi ħsara saret, jekk kienx hemm persuni li weġġgħu jew li tilfu ħajjithom u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li mis-sistema elettronika tal-Pulizija, in-numru ta’ każijiet ta’ ħruq fi proprjetà pubblika u privata rrapurtati fil-lokalità ta’ Tas-Sliema, mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Marzu 2019, kien ta’ 5, kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma jirriżultax li kien hemm persuni li weġġgħu jew tilfu ħajjithom f’dawn il-każijiet. Fuq każ wieħed kien hemm persuna li tressqet il-Qorti. Ta’ min jinnota li l-każijiet ta’ ħruq fi proprjetà pubblika u privata fl-istess lokalità għall-perjodu 2008 – 2012 kien ta’ 9.