Jista' l-Ministru jindika l-isem, il-kunjom u l-kariga tal-persuna jew persuni fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport f'Malta li ġew inkarigati mill-istess Awtorità sabiex iwettqu "studju intern sabiex jinħolqu miżuri favur aktar parkeġġ madwar Malta" u b'mod partikolari iżda mhux biss dwar l-iskema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme)?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9852 u jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet dwar is-sena 2018 u li suppost ġie ppreżentat lilu sa mhux aktar tard mit-30 ta' Marzu 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9852.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess biex jitwaqqaf ir-Regolatur tal-Bini u l-Kostruzzjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat l-proċess biex jitwaqqaf ir-Regolatur tal-Bini u l-Kostruzzjoni jinsab fil-proċess ta’ laqgħat li qed issiru mal-entitajiet u l-persuni konċernati filwaqt li qed tkun abbozzata l-liġi li twaqqaf dan ir-regolatur.
Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 1963 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il dikjarazzjoni ta' emerġenza pubblika saret permezz ta' Proklama skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 tal-Att dwar Setgħat ta' Emerġenza (Kap. 178 tal-Liġijiet ta' Malta)? Għal kull Proklama, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li għaliha saret u għal liema parti jew partijiet ta' Malta kienet tapplika?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Fil-perjodu li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, ma kien hemm ebda dikjarazzjoni ta' emerġenza pubblika saret permezz ta' Proklama skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 tal-Att dwar Setgħat ta' Emerġenza (Kap. 178 tal-Liġijiet ta' Malta).
Ċittadinanza Maltija taħt Il-Programm ta’ Investitur Individwali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ingħatax iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali (IIP) tar-Repubblika ta' Malta?
Interċettazzjoni / interferenza fi trasmissjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il mandat ħareġ biex issir interċettazzjoni ta’ jew interferenza ma’ komunikazzjonijiet fil-kors tat-trasmissjoni tagħhom bil-posta jew bil-mezz ta’ sistema ta’ radjokomunikazzjoni jew ta’ telekomunikazzjoni jew b’kull mezz ieħor?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 9881 tal-legiżlatura XII.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe pjanti li jinsabu fil-pussess tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u li juru fid-dettall il-bunker ta' żmien il-Gwerra l-Bierda u li jinsab taħt l-art ta' St George's Barracks f'San Ġiljan u/jew Pembroke?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtoritajiet, kemm mill-Awtorità tal-Ippjanar li m'għandiex fil-pussess tagħha pjanti li juru fid-dettal il-bunker in kwistjoni, filwaqt li l-Awtorità tal-Artijiet ma jkolliex pjanti bħal dawn mitluba.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim u/jew tal-ittra ta' ingaġġ (letter of engagement) li l-Gvern ta' Malta għandu mad-ditta Ingliżi li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, kif ukoll kopja ta' kwalunkwe fattura u/jew talba għal ħlas maħruġa mill-istess ditta Ingliża u mibgħuta lill-Gvern ta' Malta għas-servizzi mogħtija lilu mill-istess imsemmija ditta Ingliża b'rabta ma' art pubblika li tinsab fil-Bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument huwa wieħed kummerċjalment sensittiv u ta’ natura kunfidenzjali.
Regolamenti tal-2007 dwar l-Immaniġġar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni — eżenzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intalbu eżenzjonijiet mir-Regolamenti tal-2007 dwar l-Immaniġġar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni (Avviż Legali 295 tal-2007) sabiex ikunu jistgħu jitkomplew xogħlijiet ta' twaqqigħ u/jew skavar f'siti li jinsabu f'żoni turistiċi fil-perjodu bejn il-15 ta' Ġunju 2018 u t-30 ta' Settembru 2018? Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw eżenzjonijiet u kemm-il talba ġiet miċħuda? Jista' l-Ministru jagħti lista tas-siti u tal-lokalitajiet li għalihom intalbu l-imsemmija eżenzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5951 f’Seduta 124, filwaqt li wieħed iżid li ma kienx hemm il-ħtieġa li t-talbiet li kienu saru jintlaqgħu.
Regolamenti tal-2007 dwar l-Immaniġġar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni — eżenzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intalbu eżenzjonijiet mir-Regolamenti tal-2007 dwar l-Immaniġġar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni (Avviż Legali 295 tal-2007) sabiex ikunu jistgħu jitkomplew xogħlijiet ta' twaqqigħ u/jew skavar f'siti li jinsabu f'żoni turistiċi fil-perjodu bejn il-15 ta' Ġunju 2019 u t-30 ta' Settembru 2019? Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw eżenzjonijiet, kemm-il talba ġiet miċħuda u kemm għadhom pendenti? Jista' l-Ministru jagħti lista tas-siti u tal-lokalitajiet li għalihom intalbu l-imsemmija eżenzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, ma kien hemm ebda talba għal xi eżenzjoni tat-tip li qiegħed isemmi l-Onor. Interpellant sal-lum 2 ta' Mejju 2019.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Reġistru tal-Midja li r-Reġistratur tal-Midja hu obbligat li jżomm skont dak li jipprovdi l-artikolu 20 tal-Att dwar il-Midja u l-Malafama (Kap. 579 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba.
Ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni — lista ta’ persuni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern il-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 u dan skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 14(2) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġiżlazzjoni Sussidjarja 188.03)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li huwa obbligu li din il-lista tkun ippubblikata kull sena.
Hekk se jsir għall-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant, kif sar drabi oħra.
Tneħħija ta’ sentenzi mogħtija mill-Qorti mis-sit online
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il talba saret minn persuni sabiex jitneħħew sentenzi mogħtija mill-Qrati ta' pajjiżna mis-sit fl-indirizz http://www.justiceservices.gov.mt u/jew mis-sit fl-indirizz http://www.ecourts.gov.mt? Jista' jagħti d-data ta' meta saret kull waħda minn dawn it-talbiet, jindika għal kull waħda mit-talbiet jekk ġietx aċċettata jew miċħuda, jindika d-data ta' meta t-talba ġiet aċċettata jew miċħuda u jagħti l-okkju u d-data tas-sentenza li dwarha saret it-talba?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mis-sena 2013 sal-lum kien hemm 176 (mija u sitta u sebgħin) talba biex sentenzi ma jibqgħux jidhru online u mhux biex jitneħħew minn fuq is-sistema tal-Qorti. Meta jkun hemm talba biex sentenza ma tibqax tidher online, dan ma jfissirx li kawża titneħħa mis-sistema tal-Qorti. Infatti, il-professjoni legali xorta jibqa jkollha aċċess għas-sentenzi minn fuq il-Lecam.
Saret talba waħda fit-2014. Kien hemm 21 (wieħed u għoxrin) talba fit-2017, 121 (mija u wieħed u għoxrin) talba fit-2018 u 33 (tlieta u tletin) talba fit-2019.
Mill-176 (mija u sitta u sebgħin) talba li saret:
· 112 (mija u tnax) sentenza ġew anonimizzati jew qegħdin fi stadju li jiġu anonimizzati, jiġifieri jitneħħew id-dettalji personali tal-individwi,
· kien hemm 41 (wieħed u erbgħin) talba fejn ġew miċħuda,
· talba waħda kienet invalida u
· 22 (tnejn u għoxrin) talbiet oħra li għadhom qed jiġu kkunsidrati.
Fir-rigward l-okkju tas-sentenzi li dwarhom saret talba biex jitneħħew minn fuq online, issir referenza għar-risposta mogħtija fis-seduta tal-14 ta’ Novembru 2018, għall-mistoqsija parlamentari 4802.
Direttur tar-Reġistru Pubbliku – nota ta’ reġistrazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il nota ta' reġistrazzjoni ġiet ippreżentata lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku sabiex persuna titlob li tbiddel il-ġeneru tagħha? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn in-noti kienu wkoll sabiex il-persuna tbiddel ukoll l-ewwel isem tagħha sabiex jirrifletti l-identità tal-ġeneru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mill-2015 sal-lum kien hemm 105 noti ta’ reġistrazzjoni ppreżentat minn persuni jitolbu biex ibiddlu l-identità tal-ġeneru tagħhom u li sussegwentament bidlu isimhom ukoll.
2015
2016
2017
2018
2019
Numru ta’ noti ta’ reġistrazzjoni pprezentat minn persuni, jitolbu biex ibiddlu l-ġeneru tagħhom u li sussegwentament bidlu isimhom ukoll
42
19
21
17
6
Reġistru tal-Qorti Ċivili – rikors minn persuni li jeżerċitaw is-setgħat tal-ġenituri fuq minuri
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rikors ġie ppreżentat minn persuni li jeżerċitaw is-setgħat tal-ġenituri fuq minuri jew tutur ta' minuri fir-Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta' Ġurisdizzjoni Volontarja) sabiex jitolbu l-Qorti tbiddel il-ġeneru reġistrat u l-ewwel isem ta' minorenni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn ir-rikors ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
In-numru ta’ rikorsi li ġew ippreżentati minn persuni li jeżerċitaw is-setgħat tal-ġenituri fuq minuri jew tutur ta' minuri fir-Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta' Ġurisdizzjoni Volontarja) f’Malta sabiex jitolbu l-Qorti tbiddel il-ġeneru reġistrat u l-ewwel isem ta' minorenni huwa kif muri f’din it-tabella t’hawn taħt. L-istess tabella tindika kemm minn dawn ir-rikors ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti:
Sena
Rikorsi Preżentat
i
Rikorsi Milqugħa
Rikorsi Miċħuda
Rikorsi Pendenti
Rikorsi Dezerti
2015
-
-
-
-
-
2016
1
1
-
-
-
2017
2
-
-
-
2
2018
-
-
-
-
-
2019 (sa 03/05/2019)
3
2
-
1
-
Fil-Qorti t’Għawdex ġiet ippreżenta talba waħda fis-sena elfejn u sbatax (2017) liema talba ġiet milqugħa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il deċiżjoni finali dwar l-identità tal-ġeneru ta' persuna li ġiet determinata minn qorti kompetenti barranija jew awtorità responsabbli li taġixxi skont il-liġi ta' pajjiż ieħor, ġiet rikonoxxuta f'Malta? Jista' l-Prim Ministru jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-qrati barranin jew awtoritajiet responsabbli?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Mill-informazzjoni li ngħatat lili jirriżulta li mis-sena 2015 sat-2 ta’ Mejju 2019, ma ddaħħlet l-ebda nota fir-Reġistru Pubbliku rigward deċizjonijiet finali dwar l-identità tal-ġeneru ta' persuna li ġiet determinata minn qorti kompetenti barranija jew awtorità responsabbli li taġixxi skont il-liġi ta' pajjiz ieħor, u li ġiet rikonoxxuta f'Malta.
Persuni akkużati li esponew persuni dwar l-Identità tal-Ġeneru
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet akkużata li dolożament esponiet xi persuna li wżat id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess (Kap. 540 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jagħti l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess (Kap. 540 tal-Liġijiet ta' Malta) ġie fis-seħħ fis-sena 2015. Infurmat li ebda persuna ma ġiet akkużata li dolożament esponiet xi persuna li użat id-dispożizzjonijiet tal-Att, mill-Pulizija.
Att dwar l-Identità tal-Ġeneru – persuni akkużati ta’ vjolazzjono ta’ provvedimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet akkużata li għamlet vjolazzjoni ta’ xi provvediment tal-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess (Kap. 540 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-provvidimenti tal-imsemmi Att li l-persuni ġew akkużati li ivvjolaw, l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess (Kap. 540 tal-Liġijiet ta' Malta) ġie fis-seħħ fis-sena 2015. Infurmat li ebda persuna ma ġiet akkużata li għamlet vjolazzjoni ta’ xi provvediment tal-Att, mill-Pulizija.
Bord tal-Ilmenti dwar il-Pulizija — każ ta’ użu ta’ forza eċċessiva
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li tħejja mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija dwar l-użu ta' forza eċċessiva li ġiet deskritta wkoll mill-Prim Ministru bħala "heavy-handed", ma' attivisti tal-Moviment Graffitti u tal-Kamp Emerġenza Ambjent waqt protesta li kienet qed issir fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana nhar il-Ħamis 13 ta' Settembru 2018 u li ġie ppreżentat nhar il-5 ta' Frar 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9781 u ċjoe: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 9908.