Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari numru 10153.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 10153.

Kawża — miżuri leġiżlattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri leġiżlattivi beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza li ngħatat nhar it-8 ta' Mejju 2019 mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) kif ippreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff fil-kawża fl-ismijiet Anthony Debono et vs L-Avukat Ġenerali et (Rikors Numru 89/2018 LM)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab informat li s-sentenza msemmija mill-Onor.i Membru ġiet appellata.

Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar Pulizija — każ ta’ użu eċessiv

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li tħejja mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija dwar l-użu ta' forza eċċessiva li ġiet deskritta wkoll mill-Prim Ministru bħala "heavy-handed", ma' attivisti tal-Moviment Graffitti u tal-Kamp Emerġenza Ambjent waqt protesta li kienet qed issir fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana nhar il-Ħamis 13 ta' Settembru 2018 u li ġie ppreżentat nhar il-5 ta' Frar 2019?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Infrastruttura Malta — soluzzjoni għall-problema ta’ konġestjoni ta’ traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-ippjanar mill-Awtorità għat-Trasport f'Malta u/jew tal-Aġenzija għal Infrastruttura Malta sabiex tissolva l-problema kbira ta' konġestjoni tat-traffiku li jiltaqgħu magħha s-sewwieqa b'mod partikolari fil-ħinijiet ta' filgħodu biex joħorġu mis-Siġġiewi lejn Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi u ċjoè fil-parti fejn tinsab ir-roundabout bejn Triq is-Siġġiewi u Triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-b¿onn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Il-junction li qed jirreferi għaliha tinsab fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ f’waħda mir-rotot ewlenin bejn in-naħa ta’ fuq u u l-punent ta’ Malta fid-direzzjoni lejn Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, Ħal Qormi u ħafna lokalitajiet fin-nofsinhar ta’ Malta. Fix-xhur li għaddew il-Gvern diġa wettaq diversi xogħlijiet sabiex itejjeb l-effiċjenza, s-sigurtà u l-kwalità ta’ din ir-rotta. Fost oħrajn, inbnew mill-ġdid erba’ roundabouts fĦaż-Żebbuġ u Ħal Qormi sabiex ikollhom kapaċità akbar u inqas riskji ta’ aċċidenti. B’hekk jintilef inqas ħin fl-ivvjaġġar u jkun hemm inqas konsegwenzi tal-konġestoni, bħal tniġġis tal-arja u storbju. Fl-istess waqt, għaddej ukoll il-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Qormi, li magħha tingħaqad Triq l-Imdina fid-direzzjoni tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u n-nofsinhar ta’ Malta. Dawn ix-xogħlijiet diġa qed iwasslu għal tnaqqis sostanzjali fil-ħin tal-ivvjaġġar għal dawk li jużaw din ir-rotta, fosthom ir-residenti tas-Siġġiewi. Infrastructure Malta dalwaqt se tibda twettaq ukoll Central Link Project, li jinkludi l-bini mill-ġdid tar-rotta alternattiva ta’ Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ, jiġifieri t-toroq arterjali bejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Dan huwa proġett li kellu jsir ħafna snin ilu iżda l-Gvern ta’ dak iż-żmien ħalla kollox fuq l-ixkaffa, bil-konsegwenza li dawn ir-rotot issa m’għadhomx ilaħħqu mal-ħtiġijiet tat-trasport tal-pajjiż u qed joħolqu diffikultajiet lil eluf ta’ familji. Permezz ta’ Central Link Project ser jonqsu wkoll id-diffikultajiet fuq Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ u l-konnessjonijiet tagħha, hekk kif jinħolqu rotot alternattivi aktar effiċjenti minn dawk li hemm illum biex nivvjaġġaw minn u lejn in-nofsinhar ta’ Malta. Madankollu, dan m’huwiex biżżejjed. Il-ħidma ta’ titjib u aġġustament tas-sistema tat-toroq ta’ pajjiżna huwa proċess kontinwu u għalhekk Infrastructure Malta diġa qed tħejji pjanijiet għal aktar titjib, fosthom tal-junction imsemmija fi Triq is-Siġġiewi, sabiex din ukoll issir aktar effiċjenti u sigura. Sadanittant, Infrastructure Malta qed tikkollabora wkoll ma’ entitajiet u awtoritajiet oħra sabiex l-immaniġġjar tat-traffiku f’din iż-żona jkompli jitjieb anke bl-għajnuna ta’ uffiċjali f’diversi postijiet f’din ir-rotta biex jiżguraw li l-aċċess bejn Triq is-Siġġiewi u Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ ikompli jitjieb. Lil’hinn mill-pjan ta’ titjib fil-kwalità tat-toroq għas-snin li ġejjin, il-Gvern qed jaħdem ukoll sabiex fil-futur ikollna aktar mezzi alternattivi tal-ivvjaġġar, li mhux biss ikunu aktar effiċjenti iżda jkunu wkoll ferm aktar sostenibbli.

Tas-Sliema — rapporti ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew irrapurtati serqiet fil-lokalità ta' Tas-Sliema? Jista' jgħid minn liema toroq f'Tas-Sliema saru s-serqiet u jgħid ukoll x'tip ta' serqiet kienu? Jista' jgħid kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u kemm-il persuna tressqet il-Qorti dwarhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna riżorsi biex tinġabar, għaldaqstant napprezza jekk l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fuq l-informazzjoni li jixtieq jilħaq bil-mistoqsija ħalli tkun tista’ tingħatalu. Infurmat illi ma tinżammx statistika elettronika tat-tagħrif dwar kemm-il persuna nqabdet b’rabta ma' dawn is-serqiet u dawk li tressqu l-Qorti dwarhom kif mitlub mill-Onor. Interpellant.

San Ġiljan — rapporti ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew irrapurtati serqiet fil-lokalità ta' San Ġiljan? Jista' jgħid minn liema toroq f'San Ġiljan saru s-serqiet u jgħid ukoll x'tip ta' serqiet kienu? Jista' jgħid kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u kemm-il persuna tressqet il-Qorti dwarhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna riżorsi biex tinġabar, għaldaqstant napprezza jekk l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fuq l-informazzjoni li jixtieq jilħaq bil-mistoqsija ħalli tkun tista’ tingħatalu. Infurmat illi ma tinżammx statistika elettronika tat-tagħrif dwar kemm-il persuna nqabdet b’rabta ma' dawn is-serqiet u dawk li tressqu l-Qorti dwarhom kif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Il-Gżira — rapporti ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew irrapurtati serqiet fil-lokalità tal-Gżira? Jista' jgħid minn liema toroq fil-Gżira saru s-serqiet u jgħid ukoll x'tip ta' serqiet kienu? Jista’ jgħid kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u kemm-il persuna tressqet il-Qorti dwarhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna riżorsi biex tinġabar, għaldaqstant napprezza jekk l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fuq l-informazzjoni li jixtieq jilħaq bil-mistoqsija ħalli tkun tista’ tingħatalu. Infurmat illi ma tinżammx statistika elettronika tat-tagħrif dwar kemm-il persuna nqabdet b’rabta ma' dawn is-serqiet u dawk li tressqu l-Qorti dwarhom kif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Pembroke — rapporti ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew irrapurtati serqiet fil-lokalità ta' Pembroke? Jista' jgħid minn liema toroq f'Pembroke saru s-serqiet u jgħid ukoll x'tip ta' serqiet kienu? Jista' jgħid kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u kemm-il persuna tressqet il-Qorti dwarhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna riżorsi biex tinġabar, għaldaqstant napprezza jekk l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fuq l-informazzjoni li jixtieq jilħaq bil-mistoqsija ħalli tkun tista’ tingħatalu. Infurmat illi ma tinżammx statistika elettronika tat-tagħrif dwar kemm-il persuna nqabdet b’rabta ma' dawn is-serqiet u dawk li tressqu l-Qorti dwarhom kif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Tas-Sliema — CPPS

Question

Jista' l-Ministru jagħti data definittiva meta hu u l-Awtorità għat-Trasport f'Malta ser jieqfu jiddiskriminaw kontra l-kunsill lokali u r-residenti ta' Tas-Sliema u jimplimentaw l-iskema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme) fil-lokalità ta' Tas-Sliema?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10137 f' Seduta 229.

Kawża — miżuri leġiżlattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri leġiżlattivi beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza li ngħatat nhar it-8 ta' Mejju 2019 mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) kif ippreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff fil-kawża fl-ismijiet Anthony Debono et vs L-Avukat Ġenerali et (Rikors Numru 89/2018 LM)?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 13 PQ #10141 Sitting 230 2019-06-03 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kodiċi Ċivili – Tibdil ta’ isem il-ġenituri fl-Att ta’ Twelid

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li tiġi emendata t-Taqsima III tal-Ewwel Skeda li tinsab mal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16 tal-Liġijiet ta' Malta) sabiex f'każ ta' żball jew bżonn ta' tibdil fl-isem u kunjom tal-ġenituri fl-Att ta' Twelid ta' persuna, dan ikun jista' jsir mill-Qorti ta’ Reviżjoni tal-Atti Nutarili u għalhekk persuna ma jkollhiex bilfors tipproċedi b'kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni pprovduta lili jirriżulta illi qed tiġi kkunsidrata emenda tat-Taqsima III tal-Ewwel Skeda li tinsab mal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16 tal-Liġijiet ta' Malta) sabiex f'każ ta' żball fl-isem u kunjom tal-ġenituri fl-Att ta' Twelid ta' persuna, dan ikun jista' jsir mill-Qorti ta’ Reviżjoni tal-Atti Nutarili u għalhekk persuna ma jkollhiex bilfors tipproċedi b'kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku.

Portijiet ta’ Malta u Għawdex — dħul ta’ bastimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm daħlu bastimenti barranin fil-portijiet ta' Malta u Għawdex? Jista' jagħti l-isem ta' kull wieħed mill-bastimenti u jekk kienx bastiment militari jew inkella bastiment ċivili? Jista' jgħid ukoll f'liema port Malti daħal kull wieħed mill-bastimenti barranin u kemm dam?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli nterpellant biex jirreferi din il mistoqsija lil Ministeru konċernat.

Port il-Kbir — bastimenti - enerġija shore-to-ship

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess biex vapuri li jidħlu u jankraw fil-Port il-Kbir jibdew jużaw enerġija elettrika shore-to-ship bil-għan li l-istess vapuri ma jkollhomx għalfejn jużaw il-magni tagħhom stess, biex jiġġeneraw l-elettriku bil-konsegwenza li qed jikkawżaw tniġġis kbir fl-arja?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat li fir-rigward tal-enerġija elettrika shore-to-ship, l-Awtorità għat-Trasport f'Malta qiegħda fil-fażi inizjali li tiddentifika l-iktar mod xieraq li bih tali metodu jkun introdott għall-bastimenti li jirmiġġaw fil-Port il-Kbir.

Port il-Kbir — Enerġija shore-to-ship

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Enemalta ser tibda tipprovdi enerġija elettrika shore-to-ship lill-vapuri li jidħlu u jankraw fil-Port il-Kbir?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta hija ppreparata biex tipprovdi tali servizz.

San Ġiljan/ Pembroke — talba għal konservazzjoni ta’ bunker

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa jew beħsiebu jieħu s-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali dwar it-talba ta' tmien għaqdiet sabiex jinħareġ ordni ta' emerġenza għall-konservazzjoni tal-bunker ta' żmien il-Gwerra l-Bierda li jinsab taħt l-art ta' St George's Barracks f'San Ġiljan u/jew Pembroke u sabiex isir assessjar komprensiv tal-istess bunker bil-għan li jiġi salvat dak li għad fadal mill-imsemmi sit?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali qed jindaga dwar is-suġġett tat-talba u sabiex isir assessjar komprensiv tas-sit in kwestjoni.

San Ġiljan, Pembroke u s-Swieqi — bini ta’ mini - pjanti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta dettaljata li turi l-proposta tal-Aġenzija għal Infrastruttura Malta għall-bini ta' erba' mini taħt l-art u l-bini mill-ġdid ta' Triq Sant Andrija bejn is-Swieqi, Pembroke u Paceville f'San Ġiljan?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Pembroke-St Julian’s Connections huwa proġett ġdid li jestendi minn Triq il-Kosta sa Triq Reġjonali, qabel id-daħliet tat-tramuntana tal-mini f’Ta’ Giorni. Infrastructure Malta ippreżentat l-applikazzjonijiet inizjali biex tkun tista’ tiġi varata l-konsultazzjoni pubblika dwar dan il-proġett, u jinkisbu l-permessi tal-iżvilupp meħtieġa, skont il-proċeduri tal-Awtorità tal-Ippjanar. Dan il-proġett jinkludi l-bini mill-ġdid ta’ Triq Sant Andrija u parti minn Triq il-Kosta b’erba’ korsiji, it-tneħħija ta’ diversi sistemi ta’ traffic lights u djuq oħrajn li hemm fit-toroq tul din ir-rotta, kif ukoll erba’ mini ġodda biex jiffaċilitaw l-aċċess b’mod aktar sigur u mgħaġġel minn u lejn Pembroke, Paceville, San Ġiljan u s-Swieqi. B’dan it-titjib, Infrastructure Malta se ttejjeb il-kapaċità ta’ din il-ħolqa ta’ toroq arterjali biex jonqos it-traffiku li bħalissa jgħaddi minn għadd ta’ toroq residenzjali fl-inħawi ta’ Pembroke, is-Swieqi u San Ġiljan, kif ukoll it-tniġġis fl-arja u r-riskji ta’ aċċidenti li dan iġib miegħu. Fl-istess waqt, il-proġett qed joħloq ukoll l-infrastruttura ġdida meħtieġa biex jilqa’ għall-ħtiġijiet tat-trasport ta’ din iż-żona fil-ġejjieni. L-itwal mina mill-erbgħa li se jsiru se tgħaqqad it-tarf tan-nofsinhar ta’ Triq il-Kosta (in-naħa ta’ High Ridge) mal-Bajja ta’ San Ġorġ. Din il-mina taħt l-art se tkun twila 1.5 kilometri u se jkollha żewġ korsiji, waħda f’kull direzzjoni. B’hekk, se tipprovdi aċċess aktar mgħaġġel lejn l-inħawi ta’ max-xatt ta’ Paceville u San Ġiljan meta tkun ġej min-naħa ta’ fuq ta’ Malta, mingħajr ma tgħaddi mill-inħawi residenzjali ta’ Pembroke u s-Swieqi. Kuntrarjament għal proposti li saru qabel għal dawn l-inħawi, din l-infrastruttura ġdida se ttejjeb l-aċċess pubbliku għal bosta nħawi f’Paceville u San Ġiljan, u mhux se twassal biss għal xi żvilupp speċifiku. Mina oħra ta’ nofs kilometru se tgħaqqad il-karreġġjata tan-nofsinhar ta’ Triq Reġjonali, qabel ma tasal fil-junction tat-traffic lights ta’ Paceville, direttament ma’ Pembroke (Triq Walter Ganado), biex tipprovdi aċċess eħfef għal din il-lokalità meta tkun ġej min-naħa t’isfel tal-pajjiż. It-tielet mina se tgħaqqad l-istess karreġġjata ta’ Triq Reġjonali mal-Bajja ta’ San Ġorġ biex tagħti daħla alternattiva għall-junction tat-traffic lights ta’ Paceville. Ir-raba’ mina taħt l-art twila 115-il metru se tibda minn Triq il-Knisja (fejn hemm il-Millenium Chapel) u tisbokka fil-Bajja ta’ Spinola (Triq San Ġorġ). Din il-konnessjoni se tipprovdi ħruġ ġdid minn Paceville u tnaqqas id-diffikultajiet li jinħolqu bil-konġestjoni f’diversi junctions u toroq f’dawn l-inħawi. Ħruġ ieħor ġdid minn San Ġiljan se jsir minn Triq iż-Żebbuġ, mill-inħawi ta’ The Gardens, lejn il-kareġġjata tan-nofsinhar ta’ Triq Reġjonali, ftit qabel il-pont Manwel Dimech. Dan se jagħmilha aktar faċli għar-residenti ta’ dawn l-inħawi biex imorru minn u lejn djarhom mingħajr ma’ jgħaddu mill-junctions ewlenin ta’ Paceville u Spinola. Element ieħor importanti ta’ dan il-proġett huwa l-bini mill-ġdid ta’ Triq Sant Andrija u t-tarf tan-nofsinhar ta’ Triq il-Kosta, biex jiġu eliminati diversi partijiet minn dawn it-toroq tas-sistema Ewropea TEN-T li bħalissa jidjiequ għal korsija waħda f’kull direzzjoni. Il-proġett Pembroke-St Julian’s Connections se jwessa’ dawn it-toroq għal erba’ korsiji, waqt li jelimina djuq ieħor li hemm fihom bħalissa. Fl-istess waqt, se jtejjeb il-junctions ta’ Paceville u dik ta’ Pembroke kantuniera ma’ Triq Walter Ganado, kif ukoll il-junction tas-Swieqi faċċata tal-Luxol Grounds. Dan it-titjib se jwassal biex ikun hemm tnaqqis sinifikanti fil-ħin tal-ivvjaġġar f’din ir-rotta ewlenija, waqt li jnaqqas it-tniġġis tal-arja u r-riskji ta’ aċċidenti f’diversi toroq residenzjali fl-inħawi, speċjalment f’Pembroke u San Ġiljan. Infrastructure Malta se tkompli tiltaqa’ u tikkonsulta ma’ dawk kollha interessati, inkluż il-Kunsilli Lokali li l-lokalitajiet tagħhom se jibbenefikaw minn dan il-proġett, biex tirfina l-pjanijiet u tiżgura li din il-ħolqa importanti fis-sistema tat-toroq arterjali tiġi msaħħa bl-aħjar mod biex tibqa’ tilqa’ għall-ħtiġijiet tat-trasport ta’ pajjiżna, kemm t’issa kif ukoll dawk futuri. Il-pjanti tal-proġett ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar u qed inpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skart Organiku – Ammonti li nġabru

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm kien l-ammont ta' skart organiku li nġabar f'Malta u f'Għawdex min-nhar il-31 ta' Ottubru 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, xahar b'xahar u lokalità b'lokalità?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Rimi ta’ skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdet li ħarġet jew iddepożitat skart fi triq jew spazju pubbliku f'jum u/jew f'ħin li dak l-iskart partikolari ma jkunx imissu jinġabar, lokalità b'lokalità u xahar b'xahar, min-nhar il-31 ta' Ottubru 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba. Skont ir- records li nżammu mid-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar fi ħdan l-ERA, l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant li hi murija fit-tabella turi każijiet ta' ksur ta' regolamenti li nqabdu mill-uffiċjali tal-ERA jseħħu fil-fatt fuq il-post. Kif kien diġa aċċennat, sal-aħħar tas-sena 2018, l-uffiċċjali tal-infurzar tal-ERA kienu qegħdin biss jinfurmaw lin-nies li kienu qed jinqabdu joħorġu l-borża l-ħażina bil-provvedimenti legali l-ġodda. Kienet tħarrket biss persuna li kisret provvedimenti legali li kienu diġà ilhom jeżistu. L-istatistika turi s-sitwazzjoni sal-15 ta' Mejju 2019. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li r-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f'Postijiet jew Żoni Pubbliċi, il-L.S. 549.40, jistgħu jiġu nfurzati mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, kif ukoll il-LESA u l-Pulizija. L-informazzjoni mogħtija tkopri biss l-infurzar li sar mill-uffiċjali tal-ERA.

Kunsilli Lokali — CPPS

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ippreżentaw talba lill-Awtorità għat-Trasport f'Malta sabiex fil-lokalità tagħhom tiġi implimentata skema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme)? Jista' jgħid dwar liema toroq kienu jirreferu dawn it-talbiet, liema minn dawn it-talbiet ġew aċċettati, liema ġew miċħuda u liema għadhom pendenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, hija qed tevalwa ċ-ċirkustanzi kollha f’dan ir-rigward.