Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati — ftehim

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar l-operat tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati u li ġie milħuq bejn is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru responsabbli għall-ġustizzja u l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati skont dak li jipprovdi l-artikolu 5(2) tal-Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.34)?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati — struttura organizzattiva

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tabella organizzattiva li turi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Marsa Junction Project – inawgurazzjoni tal-ewwel żewġ flyovers — nefqa

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11260, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar in-nefqa ta' €40,000 b'rabta mal-inawgurazzjoni tal-ewwel żewġ flyovers li jiffurmaw parti mill-Marsa Junction Project u li saret nhar l-20 ta' Settembru 2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dettalji tal-ispiża hija kif inhi hawn taħt; Formac Malta Ltd – total ta’ €1915 (excl VAT), Elia Caterers – total ta’ €2650.04 (excl VAT) u Formac Malta Ltd – total ta’ €35,497 (excl VAT). Din l-ispiża tkopri servizzi relatati ma’ traduzzjoni; billboard; catering; l-armar ta’ fejn saret l-inawgurazzjoni; xogħol u l-armar tas-sound, dawl, viżwali, Kameras u tagħmir kollu li hemm bżonn biex setgħet titella’ din l-inawgurazzjoni.

Karozzi reġistrati biex jintużaw nhar ta’ Sibt, Ħadd, festi Nazzjonali u btajjel pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet irreġistrata biex tintuża fit-toroq Maltin unikament u esklussivament nhar ta’ Sibt, fil-Ħdud, fil-festi nazzjonali u fil-btajjel pubbliċi sena b'sena mis-sena 2015? Jista' jgħid ta' liema għamla u mudell kienu l-imsemmija vetturi u kemm kienet tammonta t-taxxa ta' reġistrazzjoni li ġiet imħallsa għal kull waħda mill-imsemmija vetturi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ vetturi li ġew irreġistrati biex jintu¿aw fit-toroq Maltin unikament u esklussivament nhar ta’ Sibt, fil-Ħdud, fil-festi nazzjonali u fil-btajjel pubbliċi sena b'sena mis-sena 2015 qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11480 Sitting 256 2019-10-21 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministri u Segretarji Parlamentari – rigal f’tiġijiet u okkażjonijiet simili

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari humiex intitolati li jħallsu għal rigali ta' tiġijiet u okkażjonijiet simili li jkunu mistednin għalihom, mill-allokazzjoni finanzjarja tal-Ministeru tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Le.
Leg 13 PQ #11481 Sitting 256 2019-10-21 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi – irrekordjar ta’ filmat f’Kastilja

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe korrispondenza inkluż emails li għaddew bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi u l-kumpaniji u/jew id-ditta legali li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament u dan dwar l-irrekordjar ta' filmat li sar fil-Berġa ta' Kastilja u li fih fost oħrajn dehret is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi in vista tal-investigazzjonijiet li jinsabu għaddejjin ma jkunx xieraq f’dan l-istadju li din il-korrispondenza tkun ippreżentata fil-Parlament.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tiegħu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ talbiet, skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, li rċieva l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, u l-entitajiet u l-awtoritajiet, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu kien kif ġej: Bejn Ġunju u Diċembru 2017: Erba’ (4) talbiet; Bejn Jannar u Diċembru 2018: Tnax-il (12) talba; Bejn Jannar u Settembru 2019: Tnejn u ħamsin (52) talba. Minn dawn it-talbiet, ħamsa u erbgħin (45) intlaqgħu, sbatax (17) kienu rrifjutati, ħamsa (5) għadhom pendenti u waħda (1) ġiet irtirata. F’dawk il-każijiet fejn talba ġiet irrifjutata, dan sar għax l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet li rċieva l-Ministeru tiegħi saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu jikkonċernaw aspetti varji tal-operat ta’ dan il-Ministeru, kif ukoll l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tiegħu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u lill-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru hu kif jidher hawn taħt: Ġunju – Diċembru 2017: 3 Jannar – Diċembru 2018: 5 Jannar – Settembru 2019: 7 Minn dawn kien hemm 5 milqugħa, 9 rrifjutati u 1 għadha pendenti. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat ta’ dan il-Ministeru u l-entità li taqa’ taħtu.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tiegħu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, lill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u lill-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru hu kif jidher hawn taħt: Ġunju – Diċembru 2017: 19 Jannar – Diċembru 2018: 68 Jannar – Settembru 2019: 85 Minn dawn kien hemm 63 milqugħa, 72 rrifjutati u 37 għadhom pendenti. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.
Leg 13 PQ #11393 Sitting 255 2019-10-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tagħha u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Tista’ tgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Tista’ tgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, lill-Ministeru għal Għawdex u lill-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru hu kif jidher hawn taħt: Ġunju – Diċembru 2017: 3 Jannar – Diċembru 2018: 3 Jannar – Settembru 2019: 9 Minn dawn kien hemm 6 milqugħa, 6 rrifjutati u 3 għadhom pendenti. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat ta’ dan il-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tiegħu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, lill-Ministeru għall-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u lill-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru huwa kif ġej : Ġunju – Diċembru 2017 : 3 Jannar – Diċembru 2018 : 22 Jannar – Settembru 2019 : 13 Minn dawn kien hemm 29 talba milqugħa, 5 talbiet illi ġew irrifjutati, 3 talbiet illi għadhom pendent u talba waħda li kienet irtirata. Dawk it-talbiet illi ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba, ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati. Dawn kienu dwar aspetti varji tal-operat ta’ dan il-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet illi jaqgħu taħtu.

Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati — kumitati mwaqqfa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kumitati ta' użu u kumitati oħra ġew imwaqqfa mill-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati? Jista' jgħid min huma l-membri ta' kull kumitat li ġie mwaqqaf?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-liġi ma tipprovidix għat-twaqqif ta’ kumitati.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tiegħu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, lill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma u lill-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru hu kif jidher hawn taħt: Ġunju – Diċembru 2017: 3 Jannar – Diċembru 2018: 6 Jannar – Settembru 2019: 10 Minn dawn kien hemm 12 milqugħa, 5 rrifjutati,1 irtirata mill-individwu u 1 għadha pendenti. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat ta’ dan il-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tiegħu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, lill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u lill-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru hu kif jidher hawn taħt: Ġunju – Diċembru 2017: Tnejn (2) Jannar – Diċembru 2018: Erba’ (4) Jannar – Settembru 2019: Sitta (6) Minn dawn kien hemm erba’ milqugħa, seba’ rrifjutati u waħda għadha pendenti. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat ta’ dan il-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.
Leg 13 PQ #11386 Sitting 254 2019-10-15 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tiegħu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, lill-Ministeru għall-Finanzi u lill-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru hu kif jidher hawn taħt: Ġunju – Diċembru 2017: 2 Jannar – Diċembru 2018: 22 Jannar – Settembru 2019: 16 Minn dawn kien hemm 14 milqugħa, 26 rrifjutati u 0 għadhom pendenti. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat ta’ dan il-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.
Leg 13 PQ #11387 Sitting 254 2019-10-15 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tiegħu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni lill-Ministeru għat-Turiżmu u lill-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru, huwa kif jidher hawn taħt: · Ġunju – Diċembru 2017: 5 talbiet · Jannar – Diċembru 2018: 23 talba · Jannar – Settembru 2019: 28 talba. Minn dawn kien hemm 13 milqugħa, 35 irrifjutati u 8 għadhom pendenti. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati, u kienu dwar aspetti varji tal-operat ta’ dan il-Ministeru, l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tiegħu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, lill-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali u lill-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru hu kif jidher hawn taħt: Ġunju – Diċembru 2017 : 12-il tallba Jannar – Diċembru 2018 : 17-il talba Jannar – Settembru 2019 : 23 talba Minn dawn kien hemm 1 ikkanċellata, 21 milqugħa, 25 rrifjutati u 5 għadhom pendenti. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat ta’ dan il-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tiegħu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (BONNICI, OWEN)

It-taghrif ghadu qed jingabar.

Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet — mapep

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-mapep dettaljati li juru liema artijiet f'Malta u f'Għawdex ġew dikjarati bħala arei ta’ reġistrazzjoni skont l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mill-‘Land Registry’ u kif murija fit-tabella segwenti, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dettalji ta’ fejn il-mapep mitluba jistaw jiġu aċċessati minn kulħadd għax huma pubbliċi. S.L. 296.02 S.L. 296.03 S.L. 296.04 S.L. 296.05 S.L. 296.06 S.L. 296.07 S.L. 296.09 S.L. 296.10 S.L. 296.11
Leg 13 PQ #11376 Sitting 253 2019-10-14 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

President tal-Kummissjoni li taġġixi bħala Gwardjan ta' Ġenerazzjonijiet Futuri — ħatra

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ser jaħtar President ġdid tal-Kummissjoni li taġixxi bħala Gwardjan ta’ Ġenerazzjonijiet Futuri skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Kap. 521 tal-Liġijiet ta' Malta) u dan peress li f'Ġunju 2019 irriżenjat il-persuna li kienet tokkupa din il-kariga?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin konsultazzjonijiet dwar il-ħatra ta’ persuna.