Direttur tal-Agrikoltura — persuni reġistrati bħala bdiewa part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kien in-numri ta' persuni li rreġistraw bħala bdiewa part-time mad-Direttur tal-Agrikoltura? Jista' l-Ministru jgħid l-età, is-sess u f'liema lokalità huma rreġistrati l-imsemmija persuni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Direttur tal-Agrikoltura — persuni reġistrati bħala bdiewa part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kien in-numri ta' persuni li rreġistraw bħala bdiewa part-time mad-Direttur tal-Agrikoltura? Jista' l-Ministru jgħid l-età, is-sess u f'liema lokalità huma rreġistrati l-imsemmija persuni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar..
Programm ta’ Investitur Individwali – sottomissjonijiet mill-pubbliku – konsultazzjoni pubblika
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar il-Programm ta’ Investitur Individwali bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret matul is-sena 2018?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li r-rapport se jiġi ppubblikat dalwaqt.
Riforma dwar it-Traffikar Uman u l-Prostituzzjoni – sottomissjonijiet mill-pubbliku – konsultazzjoni pubblika
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar ir-Riforma dwar it-Traffikar Uman u l-Prostituzzjoni bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret matul is-sena 2019?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-konsultazzjoni għalqet il-Ħamis 31 ta’ Ottubru 2019.
Is-sottomissjonijiet kollha issa qed jiġu analizzati.
Kif jiġri f’kull konsultazzjoni pubblika, wara jitħejja rapport li jsir pubbliku
Jista' l-Ministru jgħid meta ser terġa' tibda taħdem il-funtana li tinsab f'nofs Misraħ San Ġorġ fil-Belt Valletta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li wieħed mill-kuntratturi internazzjonali fejn ġiet immanifatturata l-funtana (għaxar snin ilu) m’ għadux jopera. Għaldaqstant ir-rappreżentant lokali, qed jagħmel arranġamenti oħra sabiex din tissewwa.
Huwa stmat li matul ix-xahar ta’ Diċembru l-funtana terġa' tibda topera.
Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan – Palazz ta’ Spinola – one-stop community centre
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar tat-talba li ġiet ippreżentata mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan sabiex jiġi devolut lilu l-Palazz ta' Spinola f'San Ġiljan bil-għan li dan jinbidel f'one-stop community centre?
Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan – Palazz ta’ Spinola – one-stop community centre
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar tat-talba li ġiet ippreżentata mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan sabiex jiġi devolut lilu l-Palazz ta' Spinola f'San Ġiljan bil-għan li dan jinbidel f'one-stop community centre?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, il-Gvern qiegħed jistudja pjanjiet oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret għal reklamar dwar il-Budget għas-sena 2020 inkluż nefqa għal reklami f'gazzetti, f'siti soċjali bħal Facebook, Twitter u permezz ta' Google kif ukoll fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami?
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret għal reklamar dwar il-Budget għas-sena 2020 inkluż nefqa għal reklami f'gazzetti, f'siti soċjali bħal Facebook, Twitter u permezz ta' Google kif ukoll fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami?
Relazzjoni ta’ ħbiberija bejn Malta u r-Renju tal-Arabja Sawdija – kontribut ta’ individwu
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kontribut ta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament lejn it-tisħiħ tar-relazzjonijiet ta' ħbiberija bejn il-popli ta' Malta u tar-Renju tal-Arabja Sawdija?
Direttur tal-Agrikoltura — persuni reġistrati bħala bdiewa full-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kien in-numri ta' persuni li rreġistraw bħala bdiewa full-time mad-Direttur tal-Agrikoltura? Jista' l-Ministru jgħid l-età, is-sess u f'liema lokalità huma rreġistrati l-imsemmija persuni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat ta’ l-Agrikoltura mhux l-entità li tirreġistra l-bdiewa bħala full-time. Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat..
Group of Member State Expert on Investor Citizenship and Residence Scheme — professuri
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni kollha li f'isem il-Gvern Malti pparteċipaw fil-laqgħat tal-Group of Member State experts on Investor citizenship and residence schemes?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub huwa hawn isfel anness:
Meeting Date
Participants
1st Meeting
5 April 2019
Jonathan Cardona
(CEO, Malta Individual Investor
Programme Agency (MIIPA))
Catherine Mizzi Grima
(Justice Attaché, PREU)
2nd Meeting
8 July 2019
Jonathan Cardona
(CEO, Malta Individual Investor
Programme Agency (MIIPA))
Joseph Mizzi
(Advisor, Identity Malta Agency (IMA))
Joseph Vella
(Chef de Cabinet, PREU)
Catherine Mizzi Grima
(Justice Attaché, PREU)
3rd Meeting
2 October 2019
Jonathan Cardona
(CEO, Malta Individual Investor
Programme Agency (MIIPA))
Charles Mizzi
(CEO, Malta Residency Visa Agency (MRVA))
Joseph Vella
(Chef de Cabinet, PREU)
Catherine Mizzi Grima
(Justice Attaché, PREU)
4th Meeting
6 December 2019 (TBC)
TBC
Group of Member State Expert on Investor Citizenship and Residence Scheme – dokumenti waqt il-laqgħat
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe dokument li l-Gvern Malti ppreżenta waqt il-laqgħat tal-Group of Member State experts on Investor citizenship and residence schemes?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-Gvern Malti ma ppreżenta l-ebda dokument waqt il-laqgħat imsemmija.
Group of Member State Expert on Investor Citizenship and Residence Scheme — dokumenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe dokument li ġie ppreżentat lill-Gvern Malti u/jew lill-bqija tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt il-laqgħat tal-Group of Member State experts on Investor citizenship and residence schemes?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti ufficcjali li huma pubblici
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern il-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 u dan skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 14(2) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li huwa obbligu li din il-lista tkun ippubblikata kull sena.
Hekk se jsir għall-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant, kif sar drabi oħra.
Media Freedom Coalition — iffirmar ta' Global Pledge
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta f'isem il-Gvern Malti ser jiffirma l-Global pledge on media freedom li diġà ġiet iffirmata minn aktar minn 32 pajjiż li jiffurmaw parti mill-Media Freedom Coalition?
Response (ABELA, CARMELO)
L-iffirmar tal-Global Pledge on Media Freedom qiegħed jiġi kkunsidrat b’mod pożittiv.
Television Malta – Kamra tal-Aħbarijiet – lista ta’ persuni li ħadu sehem fi programmi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11714, 11499 u 11263 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtella' mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Television Malta matul il-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid għal kull waħda mill-persuni f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba sat-30 ta’ Settembru 2019.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11389 u jgħid, sena b’sena, kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tiegħu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, lill-Ministeru għall-Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali u lill-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru hu kif jidher hawn taħt:
Ġunju – Diċembru 2017: 12
Jannar – Diċembru 2018: 32
Jannar – Settembru 2019: 43
Minn dawn kien hemm 41 milqugħa, 35 rrifjutati, 3 irtirati u 8 għadhom pendenti.
Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.
It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat ta’ dan il-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – kumpanija — kuntratti
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11483 u jgħid jekk il-kumpaniji u d-ditta legali li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ingħatawx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija u d-ditta legali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li l-kumpaniji u d-ditta legali li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament ingħataw konsulenza waħda, skont ir-regolamenti finan¿jarji tal-gvern, fil-perjodu msemmi li kienet relatata mat-twaqqif tal-Malta Business Registry.
Il-valur kien ta’ €10,000 (VAT eskluża).