Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #11988 Sitting 279 2019-11-18 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa medja fix-xahar għal promozzjoni fuq il-media soċjali Facebook mill-Ministeru u mill-entitajiet li jiffurmaw parti minnha, hija ta’ ftit aktar minn €6300. Dan imur kważi kollu għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li tagħmel marketing biex tippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni għat-turisti.. Din il-promozzjoni tinkludi wkoll l-ITS li tippromwovi l-korsijiet/kurrikulu tagħha għal studenti ġodda u prospettivi; Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u l-Malta Film Commission li jippromwovu l-faċilitajiet tagħhom fuq skopijiet kummerċjali u l-Ministeru.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-nefqa fuq relamar fuq is-sit soċjali Facebook bejn Ġunju 2017 sal-11 ta’ Novembru 2019 kienet kif tidher hawn taħt. Dipartiment/Entità Data Ammont Dettalji Pulizija Marzu - Mejju 2019 €1,965.48 Promozzjoni permezz ta’żewġ infographics Pulizija Ġunju - Lulju 2019 €1,400.00 Video dwar promozzjoni għar-reklutaġġ u skeda relatata mal-Ġimgħa tal-Pulizija.
Leg 13 PQ #11950 Sitting 278 2019-11-13 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget 2020 – nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11821 u jagħti rendikont tan-nefqa li saret għal reklamar dwar il-Budget għas-sena 2020 inkluż nefqa għal reklami f'gazzetti, f'siti soċjali bħal Facebook, Twitter u permezz ta' Google kif ukoll fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kunsill Lokali ta' San Ġiljan — Palazz ta' Spinola - one-stop community centre

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11820 waqt is-seduta ta' nhar il-5 ta' Novembru 2019, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-"pjanijiet oħra" li qegħdin jiġu studjati mill-Awtorità tal-Artijiet dwar l-uzu tal-Palazz ta' Spinola f'San Ġiljan u/jew dwar itat-talba li ġiet ippreżentata mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan sabiex jiġi devolut lilu l-Palazz ta' Spinola f'San Ġiljan bil-għan li dan jinbidel f'one-stop community centre?

Response (BORG, IAN)

Ninforma mill-ġdid lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tal-Artijiet, il-Gvern bħalissa qiegħed jistudja pjanjiet oħra għal Palazz ta’ Spinola f’San Ġiljan u f’dan l-istadju l-Awtorità tal-Artijiet m’għandhiex kummenti xi żżid.

Direttur tal-Agrikoltura — persuni reġistrati bħala bdiewa part-time

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11836 u jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kien in-numri ta' persuni li rreġistraw bħala bdiewa part-time mad-Direttur tal-Agrikoltura? Jista' l-Ministru jgħid l-età, is-sess u f'liema lokalità huma rreġistrati l-imsemmija persuni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Leg 13 PQ #11981 Sitting 278 2019-11-13 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għas-Saħħa — nefqa fuq reklamar

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, xahar b'xahar, minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7522 u ninfurmah ukoll li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kumplament tal-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Inkjesta mill-House of Commons dwar id-diżinformazzjoni u fake news

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li ntbagħtet mill-Kummissarju Għoli ta' Malta fir-Renju Unit lid-Digital, Culture, Media and Sport Committee tal-House of Commons b'rabta mal-inkjesta dwar id-diżinformazzjoni u l-fake news?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #11932 Sitting 277 2019-11-12 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inkjesta mill-House of Commons dwar id-diżinformazzjoni u fake news

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li ntbagħtet f'isem il-Gvern Malti mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, lid-Digital, Culture, Media and Sport Committee tal-House of Commons b'rabta mal-inkjesta dwar id-diżinformazzjoni u l-fake news?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija tiegħu lill Ministru kkonċernat.

Inkjesta dwar id-diżinformazzjoni u fake news – korrispondenza

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li ntbagħtet f'isem il-Gvern Malti mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament lid-Digital, Culture, Media and Sport Committee tal-House of Commons b'rabta mal-inkjesta dwar d-diżinformazzjoni u l-fake news?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali korrispondenza hi parti minn tweġiba inizjali li saret lill-House of Commons f’każ ta’ allegazzjonijiet kompletament infondati.It-tweġiba fl-intier tagħha saret mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin,mingħajr il-bżonn ta’ intervent minn terżi, u għaddiet skont il-mezzi normali tal-ħidma diplomatika.

Inkjesta mill-House of Commons dwar id-diżinformazzjoni u fake news – korrispondenza

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li ntbagħtet f'isem il-Gvern Malti mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, lid-Digital, Culture, Media and Sport Committee tal-House of Commons b'rabta mal-inkjesta dwar id-diżinformazzjoni u l-fake news?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tal-Artijiet – rapport mill-uffiċċjal tal-Verifika

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li tħejja mill-Uffiċċjal Kap tal-Verifika fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet dwar il-leak ta' data mis-sit elettroniku tal-istess Awtorità tal-Artijiet u li ġie żvelat minn The Shift News u The Times of Malta f'Novembru 2018?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport rikjest huwa inkorporat fir-Rapport Annwali tal-Verifika għas-sena 2018, li tqiegħed fuq il-mejda tal-kamra fis-26 ta’ Marzu 2019.

Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan – Palazz ta’ Spinola – one-stop community centre

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11819 u jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar tat-talba li ġiet ippreżentata mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan sabiex jiġi devolut lilu l-Palazz ta' Spinola f'San Ġiljan bil-għan li dan jinbidel f'one-stop community centre?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan illi l-propjeta msemmija għadha ma ġietx devoluta lilhom.
Leg 13 PQ #11925 Sitting 276 2019-11-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika – investigazzjonijiet ta’ ilmenti mir-Regolatur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena, kemm ġew investigati ilmenti mir-Regolatur maħtur skont l-artikolu 25 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti u x'kien l-eżitu ta' kull waħda mill-investigazzjonijiet imwettqa mir-Regolatur?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li minn meta tnieda l-Progamm ta’ Investitur Individwali, in-numru ta’ ittri tal-ilment li rċieva r-Regolatur sena b’sena kien hekk : 2013 → 0 2014 → 0 2015 → 0 2016 → 7 2017 → 8 2018 → 13 2019 (sal-5 ta’ Novembru) → 7 Kollha kienu jittrattaw rifjut tat-talba għaċ-ċittadinanza taħt dan il-Programm għar-raġuni li l-applikant ma kienx konformi ma’ xi waħda jew aktar mill-ħtiġijiet tar-regolamenti. Ir-Regolatur, fl-ebda każ minnhom, ma hass illi kien hemm raġuni valida għalfejn għandu jintervjeni favur l-applikant u nforma b’dan lil kull min kien bagħatlu dawn l-ittri tal-ilment.
Leg 13 PQ #11926 Sitting 276 2019-11-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta – investigazzjoni ta’ ilmenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ser jippreskrivi l-mod li bih jistgħu jsiru ilmenti sabiex jiġu investigati mir-Regolatur dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta u dan skont dak li jipprovdi l-artikolu 25A tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li x-xogħol fuq it-tfassil ta’ regolamenti formali għadu għaddej. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kull ilment li jsir iżda xorta jkun eżaminat.
Leg 13 PQ #11927 Sitting 276 2019-11-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija – rapport annwali tar-Regolatur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ir-Regolatur maħtur skont l-artikolu 25 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta) lestiex ir-rapport annwali tiegħu għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019? Jekk iva, jista' jgħid meta ġie ppreżentat lilu dan ir-rapport u meta ser iqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra kif obbligat li jagħmel skont l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Rapport Annwali tar-Regolatur għal din is-sena, qiegħed jiġi finalizzat. Dan se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2019.
Leg 13 PQ #11928 Sitting 276 2019-11-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija – inkjesti dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, kemm-il persuna applikat biex issir inkjesta dwar il-privazzjoni ta' ċittadinanza Maltija skont dak li jipprovdi l-artikolu 14 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid għal kull wieħed mill-każijiet jekk il-Ministru responsabbli dejjem bagħatx il-każ quddiem il-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Privazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija u f'kull każ, x'kienet id-deċiżjoni tal-Kumitat? Jista' jindika għal kull waħda mill-persuni li applikaw jekk il-persuna kinitx ċittadina Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni jew inkella taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni mgħoddija lili kien hemm 14-il persuna li applikaw sabiex issir inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija skont Artikolu 14, Kap. 188, mis-sena 2013 sal-lum. Kull applikazzjoni li daħlet sabiex issir inkjesta, ġiet riferuta lill-Kumitat ta’ Inkjesta.
Leg 13 PQ #11929 Sitting 276 2019-11-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inkjesta mill-House of Commons dwar id-diżinformazzjoni u fake news

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li ntbagħtet mill-Kummissarju Għoli ta' Malta fir-Renju Unit lid-Digital, Culture, Media and Sport Committee tal-House of Commons b'rabta mal-inkjesta dwar id-diżinformazzjoni u l-fake news?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Inkjesta mill-House of Commons dwar id-diżinformazzjoni u fake news

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li ntbagħtet mill-Kummissarju Għoli ta' Malta fir-Renju Unit lid-Digital, Culture, Media and Sport Committee tal-House of Commons b'rabta mal-inkjesta dwar id-diżinformazzjoni u l-fake news?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.