Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta – struttura organizzattiva
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tabella li turi l-istruttura organizzattiva tal-Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li l-Kummissjoni tal-Films bħalissa tinsab fi proċess ta’ tiġdid tal-istruttura organizzatttiva tagħha. Il-proċess għadu għaddej.
Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta – membri tal-bord
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li fil-preżent huma l-membri tal-Bord tal-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, il-membri tal-Bord tal-Kummissjoni Maltija għal Films huma:
· Chairperson - Dr Beverly Cutajar
· Segretarju tal-Bord – Dr Ryan Pace
· Membri – Ms Audrey Mizzi, Mr Jonathan Mangion, Ms Giselle Desira.
Malta Film Fund – kuntratti ta’ persuni li jiffurmaw parti mill-bord tal-evalwazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tal-persuni kollha li fis-snin 2018 u 2019, kif ukoll fil-preżent, jifformaw parti mil-bord tal-evalwazzjoni (evaluation board) tal-Malta Film Fund?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bordijiet ta’ Evalwazzjoni jkunu komposti minn persuni maħtura minn fost persuni b’esperjenza fil-qasam ċinematografiku, u li għandhom l-indipendenza tal-ġudizzju meħtieġa biex iwettqu dik il-funzjoni, u dan kif dejjem isir.
Peress li l-membri tal-Bord jaġixxu fil-mansjoni uffiċjali u mhux personali, ma nħossx li jkun korrett li d-data personali tal-individwi tiġi mxandra.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li fil-preżent jokkupa l-kariga ta' Kummissarju Ċinematografiku?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissarju tal-Films għandu remunerazzjoni ta’ €51,156.60 fis-sena. Bħala perkaċċi għandu €3,261.00 f’expense allowance u 10% ta’ remunarazzjoni fis-sena bħala disturbance allowance.
Taħt it-tmexxija tal-persuna msemmija, il-Kummissjoni tal-Films ta' Malta bdiet proġett ambizzjuż biex tissaħħaħ aktar l-industrija tal-films lokali. Żdied il-programm ta’ cash rebate għal 40% u ġie varat masterplan għall-Malta Film Studios biex tiġi rriġenerata ż-żona kollha u diġà beda l-proċess biex jinbnew l-ewwel soundstages f’Malta. Dan huwa l-ewwel investiment mill-gvern wara 40 sena. Mill-2018, iktar minn 16-il fornitur ta' servizz lokali differenti ħadmu f'aktar minn 35 produzzjoni differenti. Grazzi għax-xogħol siewi li jagħmel il-Kummissarju tal-Films, fl-2019, kien hemm 'il fuq minn 21 produzzjoni ta' films u televiżjoni, li jfisser li total ta' € 40 miljun ġew injettati fl-ekonomija tagħna.
Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta – ħaddiema impjegati
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni kollha li mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kienu jew għadhom impjegati mal-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta kemm fuq bażi full-time kif ukoll fuq bażi part-time? Tista' tindika għal kull waħda mill-imsemmija persuni, il-kariga, ir-remunerazzjoni u dati tal-impieg li kellha u/jew għandha mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Kummissjoni Ċinematogragika ta’ Malta – kopja tar-rapport annwali
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019?
Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati — struttura organizzattiva
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tabella organizzattiva li turi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra tar-riżenja tal-individwu li ismu qed jingħata separatament, liema ittra tar-riżenja ġiet ippreżentata lill-President ta' Malta nhar it-Tnejn 13 ta' Jannar 2020?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kif jaf, l-ittra tar-riżenja tal-individwu li ismu qed jingħata separatament ġiet ippreżentata lill-President ta’Malta .
Jista' l-Ministru jagħti d-data ta' meta l-persuni li mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari servew jew qegħdin iservu bħala Kummissarju tal-Pulizija jew Aġent Kummissarju tal-Pulizija rċevew l-ittra tal-ħatra tagħhom bħala Kummissarju tal-Pulizija jew Aġent Kummissarju tal-Pulizija kif ukoll id-data ta' meta kull wieħed mill-istess persuni ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Kummissarju tal-Pulizija jew Aġent Kummissarju tal-Pulizija? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija ittri tal-ħatra kif ukoll tal-ġuramenti tal-ħatra tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Statistical Transfer Agreement bejn Malta u l-Estonja
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istatistical transfer agreement li ġie ffirmat bejn Malta u l-Estonja nhar il-Ġimgħa 24 ta' Jannar 2020?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu – kuntratti ffirmati ma’ persuna
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru għat-Turiżmu u l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha li jaqgħu taħtha, u l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li ħadt parir legali fuq il-kuntratt li ingħata mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu lill-persuna msemmija, ingħataw struzzjonijiet lill-Awtorita’ biex dan il-kuntratt jiġi terminat u mħassar b’effett immedjat. Qatt ma saru ħlasijiet b’rabta ma’ dan il-kuntratt.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-lista ta' rigali li l-predeċessur tiegħu fil-kariga ta' Prim Ministru rċieva mis-sena 2013 sa nhar it-Tnejn 13 ta' Jannar 2020?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq l-Mejda tal-Kamra. Ninforma ukoll lill-Onor Interpellant li kuntrarjament għal dak li kien issir qabel, ir-rigali idaħħlu ukoll fl-inventarju tal-kmamar fejn jinsabu.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Kuntratti ffirmati
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha li jaqgħu jew li kienu jaqgħu taħtu u l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti mitluba mill-Onorevoli interpellant. Infurmat ukoll li r-risposti mill-entitajiet pubbliċi fi ħdan il-MEDE kienu ‘xejn’.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja minn Kummissarju tal-Pulizija? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra jew dokument li ntbagħtet minnu u/jew mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bi tweġiba jew b'rabta mal-imsemmija riżenja?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja minn Kummissarju tal-Pulizija? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra jew dokument li ntbagħtet minnu u/jew mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi bi tweġiba jew b'rabta mal-imsemmija riżenja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra tar-riżenja tas-Sur Lawrence Cutajar.
Permezz ta’ konferenza tal-aħbarijiet il-Prim Ministru ħabbar dakinhar stess li rċieva l-ittra li r-riżenja tas-Sur Cutajar kienet intlaqgħet u li l-Kabinett tal-Ministri kien se jiddiskuti proċess ġdid ta’ kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija.
Dak li qal il-Prim Ministru kien ikkomunikat ukoll fi stqarrija tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni u li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll.
Minn dakinhar il-Gvern ħabbar ukoll il-proposta tiegħu għall-bidla fil-ħatra ta’ Kummissarju. Proposta, li kif jgħidu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja, titlob li jkun hemm sejħa pubblika u li tinvolvi wkoll lill-Parlament fl-għażla, anke jekk il-Kummissjoni Venezja ma talbitx dan.
Il-Prim Ministru mhux se jkun qed iżomm lanqas id-dritt tal-Veto anke jekk il-Kummissjoni Venezja ssuġġeriet li jkollu dan id-dritt.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja minn Chief of Staff tal-Prim Ministru? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra jew dokument li ntbagħtet minnu u/jew mill-predeċessur tiegħu u/jew mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bi tweġiba jew b'rabta mal-imsemmija riżenja?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab informat li l-individwu msemmi b’mod separat, kien fuq kuntratt defenit u appena nnotfika li se jwaqqaf il-kuntratt lill-Prim Ministru preċidenti, din ġiet ikkomunikata lill-amministrazzjoni li waqfet il-kuntratt b’mod immedjat.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja minn Ministru għat-Turiżmu? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra jew dokument li ntbagħtet minnu u/jew mill-predeċessur tiegħu u/jew mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bi tweġiba jew b'rabta mal-imsemmija riżenja?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-riżenja tal-individwu msemmi b’mod separat, hija rrekordjata fil-minuti tal-Kabinet.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament irriżenjat minn Ministru għal Għawdex? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra jew dokument li ntbagħtet minnu u/jew mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bi tweġiba jew b'rabta mal-imsemmija riżenja?
Inkjesta mill-House of Commons dwar id-diżinformazzjoni u fake news
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li ntbagħtet f'isem il-Gvern Malti mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament lid-Digital, Culture, Media and Sport Committee tal-House of Commons b'rabta mal-inkjesta dwar id-diżinformazzjoni u l-fake news?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob hi meqjusa bħala materja komunikata mal-House of Commons b’kunfidenzjalita u li allura ma tistax tiġi ppubblikata.Dan joħroġ ukoll mil-Liġi għal-Libertà tal-Informazzjoni.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — nefqa fuq reklamar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11990 u jgħid, xahar b'xahar, min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?